Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartiment, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Suspetti ta' Suwiċidji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Diċembru 2005 sal-15 ta' Jannar 2006 kemm kien hemm inwiet suspettati b'suwiċidju? Kemm kien hemm imwiet suspettati b'suwiċidju mis-snin 2000 sa 2005 u x'kienu l-etajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Diċembru 2005 u l-15 ta' Jannar 2006 kien hemm 4 każi ta' suwiċidju rrapurtati lill-Pulizija, filwaqt li matul is-sena 2000 kien hemm 21, fl-2001 kien hemm 26, fl-2002 - 15, fl-2003 - 18, fl-2004 - 25 u b'kollox is-sena l-oħra kien hemm 17 il-każ.

Pulizija — Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija ma' l-immigranti illegali? Kemm huwa n-numru totali ta' pulizija? Kemm minn dawn jaħdmu fid-depot u fl-uffiċini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 55 membru tal-Korp tal-Pulizija li huma assenjati xogħol full time fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni għall-immigranti illegali. Ma' dawn wieħed irid iżid ukoll medja ta' 30 oħra li jkunu għassa kull jum ma' immigranti illegali li jkunu rekoverati fi sptarijiet, kif ukoll 7 membri tal-Korp li jaħdmu fil-kċina sabiex jippreparawlhom l-ikel, kif ukoll madwar 28 membru tal-Korp oħra li huma involuti f'xogħol amministrattiv u support, bħal ma huwa ipproċessar ta' dokumenti, intervisti, maintenance taċ-ċentri, skorti għall-kliniċi u postijiet oħra u xogħol ieħor relatat li jinqala minn ħin għall-ieħor. Infurmat ukoll illi fil-preżent b'kollox hemm 1,787 membru fil-Korp tal-Pulizija. Fuq xogħol klerikali fid-Distretti b'kollox hemm 71, filwaqt illi fuq xogħol klerikali fid-diversi taqsimiet fil-Kwartieri Ġenerali hemm 100.

Joint Office

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm proprjeta' li hija tal-Joint Office? Jista' jgħid f'liema lokalita' qiegħda?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qiegħed jitlob tinsab f'Annex 8 li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma' kopja tal-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u s-Santa Sede dwar il-proprjeta' li l-awtoritajiet tal-Knisja Maltija għaddew lill-Gvern Malti. Ta' min jgħid li l-lista ta' proprjetajiet f'Annex 8 hija soġġetta għall-korrezzjonijiet li wkoll tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il serqa saret f'Wied il-Għajn mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? Kemm-il każ ġie solvut? Jista' jgħid kemm-il każ ta' qbid ta' nies bid-droga sar f'Wied il-Għajn mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? X'kienu l-etajiet ta' dawn in-nies?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tlettax il-xahar il-Pulizija kellha 239 il-rapport ta' serq f'Wied il-Għajn. Minn dawn s'issa, tmintax ġew solvuti u fi tnax il-każ minnhom diġa` inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu kien hemm tlett każi ta' qbid ta' droga fl-istess lokalita', li b'kollox kienu jinvolvu tlettax il-persuna li l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn is-sbatax u l-wieħed u għoxrin sena.

Pulzija b'overdose ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu pulizija fl-isptar San Luqa b'overdose ta' droga fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul il-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant kien hemm każ wieħed fejn membru tal-Korp tal-Pulizija ġie rrapurtat li ddaħħal l-Isptar San Luqa fuq suspett ta' overdose ta' droga. Hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti dwar dan il-każ.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm irriżenjaw kunsillieri sa mit-twaqqif tal-kunsilli lokali? Minn liema lokalita' kienu ġejjin? Min kienu u kemm damu kunsillieri f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu qed jinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sidien ta' ħwienet — Bejgħ ta' alkoħol lil żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sidien ta' ħwienet tressqu l-Qorti talli servew xorb alkoħoliku lil minorenni kontra l-liġi fl-aħħar tliet snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tlett snin il-Pulizija ressqet 27 persuna quddiem il-Qorti talli servew xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax il-sena.

Kaċċa/Insib illegali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti akkużati b'kaċċa jew insib illegali fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66), fis-snin 2003, 2004 u 2005 kienu 245, 475 u 289 rispettivament.

Ġustizzja u Intern — Diretturi/chairpersons

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi u ċ-chairpersons tal-kumpanniji, enti u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandhom kull wieħed minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jikkonċerna d-dekasteru tiegħi, is-suġġett tal-Mistoqsija jirrigwardja biss il-bordijiet. Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija mweġġga'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri fil-korp tal-pulizija li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom matul l-2005? Kemm minnhom sofrew problemi fiżiċi permanenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 73 membru tal-Korp li weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Ħadd minn dawn ma jirriżulta s'issa li sofra xi problemi fiżiċi permanenti.

Ħruġ ta' passaporti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu passaporti ġodda matul l-2005 u kemm ġew imġedda? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Mis-sena 1990, il-passaporti ma baqgħux jiġu mġedda. Għaldaqstant, jinħareġ passaport ġdid meta jiġi mitlub jew meta passaport eżistenti jiskadi. Ninsab infurmat illi n-numru ta' passaporti maħruġa matul l-aħħar ħames snin hu kif ġej: Sena Malta Għawdex Ambaxxati Total 2001 27,992 1,905 3,565 33,462 2002 30,814 2,126 3,724 36,664 2003 33,331 2,204 3,745 39,280 2004 38,169 2,717 3,952 44,838 2005 34,635 2,609 3,261 40,505

Kunsilli Lokali — Bdil ta' bozoz

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il bozza nbidlu mill-kunsilli lokali din is-sena u mil-liema kunsilli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numru ta' bozoz li nbidlu mill-Kunsilli Lokali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru 2005.

Uffiċċju Konġunt — Postijiet battala

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm postijiet vojta f'idejn l-Uffiċċju Konġunt u li jistgħu jiġu rranġati għal akkomodazzjoni soċjali, ġew trasferiti lil Awtorita’ tad-Djar fl-aħħar ħames snin? F'liema lokalita’?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-protezzjoni ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji li talbu għajnuna lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili matul l-2005, xahar b'xahar? Kemm minnhom kienu b'konnessjoni ma' maltemp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili irċieva 7,075 sejħa għall-għajnuna minn madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2005. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji dwar dawn is-sejħiet.