Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Safi — Barracks

Question

Jaf il-Prim Ministru li fl-EME SQDN fil-barracks ta' Ħal Safi hemm hut kbira msaqqfa biż-żingu li fiha jsir xogħol ta' panel beating u spray tal-karozzi li minnha jinżel l-ilma tax-xita mal-pajpijiet tad-dawl? Jista' jara li dan il-periklu jitneħħa immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

UE — Fondi għall-iżvilupp Għawdxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħtini tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15341 dwar allokazzjoni diretta ta' fondi Ewropej għall-iżvilupp ta' Għawdex għas-snin 2007-2013?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15341.

Ħaddiema tas-servizz pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jafx bl-inġustizzja li qed issir ma' dawk l-impjegati tas-servizz pubbliku li fl-aħħar collective agreement ma tteħidx in konsiderazzjoni fir-rigward tal-pre-retirement leave, li meta ġew impjegati fis-servizz pubbliku kellhom biss 15-il ġurnata paid sick leave u mhux 30 ġurnata kull sena? Jista' jgħid meta din l-inġustizzja se tirranġa ruħha bil-għan li ħadd minn dawn l-impjegati ma jiġi ddiskriminat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar Collective Agreement ma nbidel xejn fis-sustanza ta’ l-iskema tal-Pre-Retirement Leave. It-tibdil li sar huwa fil-formula dwar kif impjegat jikkwalifika għal dan il-leave. Dan sar bi qbil, wara proposta magħmula mill-Unions. Din il-formula hija bbażata fuq is-sick leave mhux utiliżżat matul il-karriera kollha, u tapplika l-istess għal impjegati b’entitlement differenti ta’ sick leave. Għalhekk m’hi qed issir ebda inġustizzja fl-għoti tal-Pre-Retirement Leave.

OPM — Kuntratti ta' konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Jista' jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ngaġġa lis-Sur Gordon Cordina bħala konsulent tul is-sena 2004 u 2005. Tul l-2004 tħallas is-somma ta’ Lm4,600 filwaqt li tul is-sena 2005 sal-lum tħallas is-somma ta’ Lm6,625. Minn naħa tal-Ministeru tal-Finanzi, ninsab infurmat li kien il-Bank Ċentrali ta’ Malta biss li ta xogħol ta’ konsulenza lill-persuna indikata u għar-rigward tad-dettalji, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 13450 li ngħatat fis-seduta numra 289. Nixtieq inżid ngħid li l-persuna ndikata, titħallas permezz ta’ kuntratt annwali mal-Bank Ċentrali ta’ Malta, li jkopri l-konsulenza tiegħu għal sena sħiħa. Fil-każ tal-kumpanija Island Consultancy Services ma saru l-ebda kuntratti jew pagamenti minn dipartimenti jew enti pubbliċi taħt id-dekasteru tiegħi matul l-2004 u l-2005.

Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema mas-settur pubbliku (ċivil) fuq kuntratt definit tax-xogħol u kemm hawn ħaddiema mas-settur pubbliku - kumpanniji, korporazzjonijiet statali - fuq kuntratt definit tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku hemm 658 impjegati li huma b’kuntratt definit, u m’għandhomx grad sustantiv. Hemm ukoll 108 impjegati b’kuntratt definit fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Rigward l-entitajiet fis-Settur Pubbliku li ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi, niltob lill-Onor Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Għawdex — Turisti

Question

Jaf il-Prim Ministru jgħidli x'kienet in-nefqa f'Għawdex tat-turisti Maltin u barranin separatament, kull sena u xahar xahar, mill-1999 sal-lum fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti ta' l-1999 u ta' l-2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif dwar it-turiżmu kif mitlub mill-Onor Interpellant ma jeżistix.

Għawdex — Depożiti u self mill-banek

Question

Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena, mill-1998 'il hawn u fl-aħħar ta' Ġunju tas-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

AFM — Detention Services Unit

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li jipprestaw servizzi lid-detention services unit, bħal mechanics, plumbers, electricians, eċċ. jeħdux l-istess allowance li jieħdu s-suldati li huma għassa ma' l-immigranti irregolari? Jekk le, jista' jgħid jekk jistax jirratifika din id-diskriminazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-“allowance” imsemmija tingħata biss lil dawk il-membri ta’ l-Armata li jkunu “seconded full time” mad-“Detention Service Unit”.

AFM — Ċertifikati tas-sewqan

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li ċ-ċertifikati tas-sewqan tat-trakkijiet u coaches mogħtija mill-Armata mhumiex rikonoxxuti mill-Awtorita' Dwar it-Trasport? Jekk le, jista' jgħid għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Armata u l-Awtorita’ dwar it-Trasport rigward dawk is-suldati li huma diġa ikkwalifikati biex isuqu vetturi kbar (7000kg +) peress li skond Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea rigward it-Trasport, xufiera militari jistgħu jiġu eżentati milli jagħmlu it-testijiet stipulate fir-Regolamenti dwar Licenzi għas-Sewqan ta’ Vetturi bil-Mutur.

NSO — Statistika ta' l-impjiegi f'Għawdex

Question

Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra statistika ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika li turi l-livell ta' impjiegi f'Għawdex f'dawn l-oqsma: 1) gvern, 2) manifattura u 3) turiżmu għas-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li ma jistax jingħata t-tagħrif fil-forma eżatt kif ġie mitlub għajr għall-manifattura, qed jingħata f’forma ta’ attivita’ ekonomika fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

VAT refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega fid-dettall f'liema qasam jingħataw VAT refunds organizzaturi ta' konferenzi f'pajjiżna skond il-miżura mħabbra għall-Budget 2005? Matul is-sena 2005 kemm kien hemm li bbenefikaw minn din il-miżura u x'kien l-ammont ta' VAT refunds li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT Refunds fuq konferenzi, konvenzjonijiet, seminars, fora, laqgħat u sales events jingħataw f’dawn l-oqsma. 1. Akkomodazzjoni 2. trasport provdut minn/lejn lukanda/airport 3. ikel/xorb meħud fil-lukanda meta jifforma pakkett mal-akkomodazzjoni 4. ikel/xorb meħud waqt il-konferenza etc bħal coffee break/ilma/lunches 5. apparat mikri għal waqt il-konferenza 6. servizzi ta’ sikurezza fil-lukanda u technicians 7. servizzi ta’ hostesses fl-ajruport jew fil-lukanda għal konferenza 8. servizzi ta’ telefonija jew internet 9. kiri ta’ kmamar għal laqgħat 10. servizz ta’ elettriku Matul is-sena 2005 kien hemm 16 –il kumpanija barranija li bbenefikaw minn din il-miżura. L-ammont ta’ refunds li ngħata lil dawn il-kumpaniji kien ta’ Lm55,767.57

OPM — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Code of Ethics tal-Ministri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15813, jista' il-Prim Ministru jgħid x'jiddetermina jew min jiddeċiedi meta jkun meħtieġ li l-ministri/segretarji parlamentari jissottomettu rapport għas-safar tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Prim Ministru jiddeċiedi meta jkun meħtieġ rapport.

Ċensiment Nazzjonali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm waqt il-ġbir ta' tagħrif għaċ-ċensiment nazzjonali li sar f'Novembru li għadda kien hemm persuni li ma nstabux u li ma nġabarx it-tagħrif dwarhom? Jista' jgħid kemm ma nstabux persuni, lokalita' b'lokalita', f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Riċevimenti f'dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16896 u jgħid kemm saru riċevimenti fil-ministeri kollha matul l-2005 u fl-ewwel xahar ta' l-2006? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġie jiswa kull riċeviment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'faċilitajiet għandha l-Forzi Armati ta' Malta fil-lokal ta' Pembroke?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-lokal ta’ Pembroke il-Forzi Armati ta’ Malta għandha żewġ faċilitajiet importanti u essenzjali għall-operat tagħha. Waħda minn dawn hija r-Range ta’ l-isparar fejn is-suldati jitħarrgu fl-użu ta’ armi ‘żgħar’ kif ukoll kanuni u mortars. Din l-art hija addattata għal taħriġ ieħor li jingħata lis-suldati f’dik li hija infanterija (kumbattiment u taħriġ relatat) kif ukoll għas-sezzjoni ta’ l-Explosive Ordinance Disposal. Barra minn hekk ir-Range jintuża għall-ezerċizzji ta’ l-Armata fuq skala akbar bħal l-ezerċiżżju Italo-Malti Terraferma. F’Pembroke ukoll, il-Forzi Armati għandha biċċa art li tintuża bħala bażi tal-Plant Troop tat-tielet Reġiment, li l-funzjoni tagħha hi li tipprovdi sapport loġistiku lill-Armata kwazi fuq bażi ta’ kuljum f’dak li huwa xogħol b’makkinarju ‘tqil’ jew heavy plant. Din is-sezzjoni tgħin lid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’każijiet ta’ emerġenza bħal ma m’huma għarar u inċidenti oħra fejn jisplodu kmamar tan-nar jew jaqaħ xi bini. Il-faċilitajiet f’Pembroke jinkludu bini għall-amministrazzjoni, sheds għall-kanuni, trakkijiet u heavy plant, warehouse u graxxijiet għal-xogħol ta’ welding, injam u elettriku, kif ukoll workshops tal-Missjoni Militari Taljana fejn isir il-manteniment ta’ l-apparat Taljan li jintuża fil-Plant Troop.

AFM — Detention Services Unit

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16774 u jgħid jekk is-suldati li jipprestaw servizzi lid-detention services unit, bħal mechanics, plumbers, electricians, eċċ. jeħdux l-istess allowance li jieħdu s-suldati li huma għassa ma' l-immigranti irregolari? Jekk le, jista' jgħid jekk jistax jirratifika din id-diskriminazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16774 f’din l-istess seduta.

AFM — Journeyman's certificate

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16775 u jgħid għaliex mhux is-suldati kollha li għandhomn il-journeyman's certificate huma magħduda bħala li għandhom trade?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li, kuntratjament għal dak li japplika fis-Servizz Pubbliku, fejn il-‘journeyman’s certificate’ jiġi msarraf awtomatikament fil-grad ta’ ‘tradesman’ skond il-Ftehim Kollettiv, fl-Armata r-Regolamenti jistipulaw li biex suldat jiġi rikonoxxut bħala ‘soldier tradesman’ u biex jiġi stabbilt f’liema kategorija jiġi klassifikat għal fini ta’ remunerazzjoni, iridu jiġu eżaminati il-kwalifiki tiegħu minn ‘Trade Assimilation Board’. Jien infurmat ukoll li dawk is-suldati li jippreżentaw il-‘journeyman’s certificate’ lill-awtoritajiet ta’ l-Armata dejjem jingħataw rikonoxximent adekwat għas-sengħa li jkollhom. Jekk l-Onor Membru jaf b’xi każ partikulari fejn dan ma sarx, nitolbu jgħaddihuli biex jiġi investigat.

AFM — Ċertifikat tas-sewqan

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16776 u jikkonferma li ċ-ċertifikati tas-sewqan tat-trakkijiet u coaches mogħtija mill-Armata mhumiex rikonoxxuti mill-Awtorita' Dwar it-Trasport? Jekk le, jista' jgħid għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16776 f’din l-istess seduta.

Ħaddiem tal-Bank Ċentrali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17060 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Prim Ministru jara fiex wasal il-każ ta' ħaddiem li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilu ma jieħu paga għal dan l-aħħar xahar u qiegħed jistenna li jgħaddi board? Jista' dan il-każ jitmexxa 'l quddiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.