Jista' l-Ministru jagħti lista komprensiva ta' pajjiżi li magħhom għandna bilateral investment guarantees? Żdidu xi pajjiżi ġodda minn Settembru 1998?
Response (DALLI, JOHN)
Il-pajjiżi li magħhom Malta għandha bilateral investment guarantee agreement huma dawn li ġejjin:
Pajjiż Data ta` l-iffirmar tal-ftehim Data tar-ratifika
Belġju 5 ta` Marzu 1987 15 ta` Ġunju 1993
Bulgarija 12 ta` Ġunju 1984 8 ta` Jannar 1985
Ġermanja 17 ta` Settembru 1974 14 ta` Diċembru 1975
Italja 28 15 ta` Ottubru 1973
Kuwajt 19 ta` April 1995 25 ta` Ġunju 1996
Olanda 10 ta` Settembru 1984 20 ta` Mejju 1985
Svizzera 20 ta` Jannar 1965 23 ta` Frar 1965
Renju Unit 4 ta` Ottubru 1986 Mhux Ratifikat
Eġittu 20 ta` Frar 1999 Mhux Ratifikat
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' Nutara Maltin li daħal fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ġie magħżul biex jintbgħat perit ħalli jikkonferma l-valur tal-proprjeta'?
Response (DALLI, JOHN)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 6769.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt tħallset fuqu taxxa proviżorja fuq il-qliegħ kapitali kif ukoll taxxa tal-boll matul l-1998?
Response (DALLI, JOHN)
Matul l-1998, kien hemm 5,057 kuntratt ta` Natura Maltin li tħallset fuqu taxxa proviżorja u 9,500 kuntratt li fuqu tħallset it-taxxa tad-dokumenti u trasferimenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'metodu jintuża mill-periti tal-Gvern biex jivvalutaw proprjeta' li tinbiegħ bejn individwi? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-metodu huwiex l-istess metodu li jintuża u jaddotta l-perit tal-Gvern meta tiġi esporprjata proprjeta' tal-privat? Jekk ma jintużax l-istess metodu, x'inhi r-raġuni?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-Regoli ta` l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jipprovdu li `Il-valur tal-proprjeta` assoluta ta` kull proprjeta` fid-data rilevanti għandu jkun il-prezz medju li dik il-proprjeta` kienet iġġib li kellha tinbiegħ fis-suq liberu f`dik id-data, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha li jolqtu lil dik il-proprjeta``.
Għar-rigward tal-metodu li jintuża u jaddotta l-perit tal-Gvern meta tiġi esproprijata proprjeta` tal-privat, nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jindirizza din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il likwidazzjoni ġiet appellata lill-Bord konċernat fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul is-snin 1996, 1997 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` li kwidazzjonijiet appellati quddiem il-Bord ta` Kummissarji Speċjali kienu hekk:
Income Tax Act Duty on Documents Death and Donation
and Transfers Act Duty Act
1996
18 28 0
1997
8 37 4
1998
11 7 1
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni saret minn perit għall-kuntratti ta' kull nutar, nutar b'nutar, għall-konferma tal-valur matul is-sena 1998?
Response (DALLI, JOHN)
Saru 6020 spezzjonijiet matul l-1998. Ma naħsibx li hu ta` nteress pubbliku li tiġi mwieġba l-bqija tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-kuntratti li jintbgħat perit għalihom għall-konferma tal-valur tal-proprjeta'?
Response (DALLI, JOHN)
Avviżi tal-kuntratti kollha jkunu eżaminati minn Bord Intern magħmul mill-Prinċipal Anzjan (Tekniku), mill-Prinċipal Kap tas-Sezzjoni tat-trasferimenti causa mortis u mill-Prinċipal Kap tas-Sezzjoni tat-trasferimenti inter vivos u dan il-Bord jirreferixxi l-każi li jidhirlu lill-espert tekniku tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il likwidazzjoni ġiet mibdula mill-Bord konċernat fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fl-appell fis-snin 1997 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` likwidazzjonijiet li ġew mibdulin mill-Bord ta` Kummissarji speċjali kienu hekk:
Income Tax Act Duty on documents Death and Donation
and Transfers Act Duty Act
1997 1 2 4
1998 0 0 1
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa d-Dipartiment tal-Kuntratti dwar is-sejħa għall-offerti li ħarġet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi għal provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern? Meta ttieħdu dawn il-passi? Setgħet il-fondazzjoni toħroġ din is-sejħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li saru d-diskussjonijiet meħtieġa id-Dipartiment tal-Kuntratti issa ser jieħu f`idejh din is-sejħa għall-offerti. Il-passi biex dan isir ittieħdu hekk kif sar magħruf il-ħruġ tas-sejħa għall-offerti. Jidher li minn interpretazzjoni stretta tal-Public Service (Procurement) Regulations 1996 il-Fondazzjoni ma setgħetx toħroġ din l-offerta jekk mhux bil-permess ad hoc tal-Ministeru tal-Finanzi skond klawsola 4 (4) tar-Regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx sar xi studju mid-Dipartiment tal-Lottu jew tal-Finanzi jew xi dipartiment ieħor dwar l-introduzzjoni tal-pools f'Malta? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li studju dwar l-introduzzjoni tal-pools f`Malta kien sar mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fl-14 ta` Frar 1997.
Ma naħsibx li hu opportun li jiġi ppublikat dan ir-rapport.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' dawk li eżentaw ruħhom mir-reġistrazzjoni għall-VAT?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif kienu juru r-records tad-Dipartiment fid-9 ta` Ġunju 1999, in numru ta` operaturi tan-negozju li għażlu li jibqgħu barra mis-sistema tal-VAT peress li l-valur tal-bejgħ tagħhom ta` sena ma jaqbiżx it-thresholds stabbiliti fl-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kien 12,144. Dan jikkompara ma 27,667 li kien jaqgħa taħt it-tresholds tas-CET.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu d-depożiti li saru mill-bidu tas-sena sa l-aħħar ta' Mejju fil-Mid-Med Bank, Bank of Valletta, Lombard Bank, APS Bank u fil-Midland Bank?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni rikjesta fuq bażi individwali hija kkunsidrata bħala kunfidenzjali. Skond l-Att ta` l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju - Sezzjoni 19 (5)(b) u l-Att li jirregola l-Bank Ċentrali ta` Malta Sezzjoni 38(c), il-Bank Ċentrali ta` Malta jista` biss jippublika informazzjoni konsolidata.
L-informazzjoni konsolidata diġa ngħatat b`risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7537.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mid-Dipartiment tal-Lottu fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena mil-logħob tal-lottu, mis-Super Five, mit-Tiritombla u mil-lotterija nazzjonali? Fil-każ tal-logħob tal-lottu, kemm-il darba f'dan il-perijodu r-rebħ qabeż il-kwota u jekk id-dipartiment hwuiex dejjem ħallas ir-rebħ kollu li sar?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel ħames xhur ta` din is-sena d-dħul mid-Dipartiment tal-Lottu kien kif ġej:
Lm
Lottu ta` nhar ta` Sibt: 1,436,474
Super Five: 1,405,426
Tiritombla: 65,145
Lotterija Nazzjonali: 109,636
F`dan il-perjodu r-rebh tal-Lottu qatt ma qabeż il-kwota allokata skond ir-regolamenti u għaldaqstant qatt ma kien hemm tnaqqis minn xi rebħ.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phone minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba ser tinghata f seduta
aktar il-quddiem.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7235 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jwettaq il-wegħda li kien hemm fl-aħħar Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fuq paragrafu 18 li romol mhux se jibqgħu jiġu ntaxxati bħala ġuvintur?
Response (DALLI, JOHN)
Din hi parti mill-liġi li qiegħda tiġi diskussa fil-parlament bħalissa.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-konsultazzjonijiet mal-IMF, dawn ta' l-aħħar urewx ir-riżervi tagħhom dwar l-infiq supplimentari min-naħa tal-Gvern Malti?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor Interpellant jaf li mhux il-każ wieħed jikkumenta bit-teftifiet dwar il-konsultazjonijiet tal-IMF.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li ġie depożitat fil-Banek Maltin xahar b'xahar minn Ottubru 1998 s'issa?
Response (DALLI, JOHN)
L-ammont nett ta` flus li ġie depożitat fil-banek Maltin mix-xahar ta` Ottubru 1998 sa l-aħħar t`April 1999 huwa dan li ġej:
Xahar Ammont
Lm `000s
Ottubru 98 650
Novembru 98 14,430
Diċembru 98 23,194
Jannar 99 32,075
Frar 99 31,407
Marzu 99 18,544
April 99 33,391
Il-Banek jinkludu: Bank of Valletta plc, Mid-Med Bank plc, APS Bank Ltd, Lombard Bank plc, Midland Bank (Malta Branch) u Lohombus Bank Ltd.