Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18982 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Kumitat Konsekuttiv dwar l-Ippjanar — Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l- Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament irriżenjat minn membru fuq il-Kumitat Konsekuttiv dwar l-Ippjanar bħala rappreżentant l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija rriżenjat minn membru fuq il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar bħala rappreżentant tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għaliex inħatret biex tirrapreżenta lill-istess Assoċjazzjoni fuq il-Kumitat tal-Utenti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #19008 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Dual Citizenship

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw għad-dual citizenship issa li daħlet in vigore l-liġi l-ġdida xahar b'xahar? X'kienet iċ-ċittadinanza ta' dawk li applikaw għaċ-ċittadinanza Maltija? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-Maltin li applikaw għaċ-ċittadinanza barranija? Kemm minnhom ġew approvati s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Dwar talbiet/applikazzjonijiet għal ċittadinanza Maltija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18901. Fil-każ ta` Maltin li applikaw sabiex jakkwistaw ċittadinanza barranija, dawn mhux dovuti li jinfurmaw lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates, għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma teżistix fid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #19009 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Villa Portelli

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm li jsir minn Villa Portelli, Kalkara meta l-MDC joħorġu minn hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali dwar x`użu ser isir minn Villa Portelli, meta din tiġi mbattla mill-MDC. Dan peress illi l-istess MDC għadhom ma nfurmawx lid-Dipartiment bid-data ta` meta ser jitilqu.
Leg 9 PQ #19011 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni fuq traffikar/pussess ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq pussess u traffikar ta' droga f'dawn l-ewwel xhur ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 103 persuna fuq traffikar ta` droga u 206 fuq pussess ta` droga.
Leg 9 PQ #19042 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-garaxxijiet li għandhom il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex fihom isir it-test tal-VRT?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat s`issa għaxar applikazzjonijiet għal garaxxijiet li fihom jista` jsir it-test tal-VRT. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-garaxxijiet.
Leg 9 PQ #19054 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu operati l-bastimenti "Garibaldi" u "Sea salvor" f'każ ta' rutina normali u f'każ ta' emerġenza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-bastiment Garibaldi jintuża biss f`każi ta` emerġenza li jinkludu każi ta` nirien fuq bastimenti fuq il-baħar, kif ukoll jagħti assistenza f`każ ta` inkwinament tal-baħar. Dan il-bastiment jintuża wkoll bħala 'depot' tul ix-xhur tas-Sajf biex jagħti assistenza f`każ ta` inċidenti fuq il-baħar. Ninsab infurmat ukoll li t-Tug Boat Sea Salvor jintuża wkoll għall-istess skopijiet, minbarra minn dak indikat fix-xhur tas-Sajf. Bħalissa dan it-tug boat jinsab mikri lit-Tug Malta Ltd. b`kundizzjoni li jissejjaħ lura mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f`każ ta` emerġenza.
Leg 9 PQ #19056 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Distrett Nru. 1 — Supretendent

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 18748, jista' l-Ministru jikkonferma li d-Distrett Nru. 1, huwa mlaħħaq minn supretendent wieħed biss, filwaqt li d-distretti l-oħrajn huma mlaħħqa minn aktar minn supretedent wieħed għal kull distrett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma hemmx Distretti tal-Pulizija li għandhom assenjat lilhom aktar minn Supretendent wieħed.
Leg 9 PQ #19080 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni lill-Pulizija TLA.62/99?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dwar l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant kien hemm oġġezzjoni mill-ġirien u għalhekk din ġiet riferuta lill-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi l-Bord huwa mistenni li jagħti il-parir tiegħu fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #18914 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Abbuż fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' abbuż fuq it-tfal ġie nvestigat mill-pulizija tul l-1999 u tul din is-sena? Fiex kien jikkonsisti l-abbuż? Tressqu nies il-qorti? Jekk iva, kemm u fuq liema abbuż? X'kienet l-eta' medja tat-tfal abbużati? Bejn wieħed u ieħor, x'inhuma s-sorsi li bihom il-pulizija, tirċievi informazzjoni dwar suspett ta' abbuż fuq it-tfal (eż. sptar, ċentru tas-saħħa, social workers, Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, skejjel, eċċ)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 1999, u l-25 ta` Awissu 2000, il-Pulizija kellha 47 każ ta` abbuż fuq tfal minn 14-il sena l`isfel. Dawn ir-rapporti jinkludu korruzzjoni, tħajjir għall-prostituzzjoni, stupru u offiża fuq il-persuna. Wara investigazzjoni fuq dawn ir-rapporti, tressqu quddiem il-Qorti 35 persuna. Dawn ir-rapporti waslu għand il-Pulizija mill-vittmi stess, minn membri tal-famlija, mill-SWDP, mill-isptar, kif ukoll minn skejjel.
Leg 9 PQ #18320 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' nies li ġew rapportati nieqsa f'dawn l-aħar tliet snin, sena b'sena? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' kienu? Jista' jekk huwa possibbli jagħti lista tagħhom? Jista' jgħid kemm minn dawn fil-fatt għadhom nieqsa u jekk huwa possibbli min huma u kemm ilhom nieqsa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li persuni rrapurtati nieqsa lill-Pulizija bejn l-1 ta` Jannar 1998 u d-19 ta` Lulju 2000, kienu kif ġej : 1998 1999 2000 Numru ta` persuni rrapurtati nieqsa 157 183 111 Numru ta` persuni għadhom rrapurtati nieqsa 1 2 xejn Ma nħossx li għadhom ikunu ppublikati l-ismijiet ta` persuni li jkunu rrapurtati nieqsa u wara rintraċċati. Il-persuni li għadhom irrapurtati nieqsa huma kif ġej : - Raġel minn Sri Lanka, irrapurtat nieqes fil-11 ta` Marzu 1998. Raġel mill-Marokk li ġie rrapurtat nieqes fit-12 ta` Luljju 1999. Kien hemm ukoll il-każ ta` mara Għawdxija li kienet irrapurtata nieqsa nhar il-5 ta` Diċembru 1999, pero` dwar dan il-każ hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #18428 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Korp tal-Pulizija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa x'inhu n-numru totali ta' nies fil-korp tal-pulizija? Kemm minnhom, u ta' liema rank, diġa' għalqu l-25 sena servizz? Kemm minnhom, u ta' liema rank, se jkunu għalqu l-eta' ta' irtirar sa l-aħħar tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent in-numru totali ta` membri fil-Korp tal-Pulizija hu ta` 1,774. It-tagħrif l-ieħor mitlub hu kif ġej : - Li diġa` għalqu il-25 sena servizz Kummissarju 1 Spetturi 12 Deputat Kummissarju 1 Surġenti Maġġuri 2 Assistant Kummissarju 1 Surġenti 28 Supretendenti 3 Kuntistabbli 69 Li ser ikunu għalqu l-eta` ta` l-irtirar sa l-aħħar ta` din is-sena Assistant Kummissarju 1 Supretendent 1 Kuntistabbli 4
Leg 9 PQ #18786 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Knisja ta' Santa Caterina d'Italia

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn ta' permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel ma jsir xogħol ta' restawr bħalma qiegħed isir fil-Knisja ta' Santa Caterina d'Italia, il-Belt? Jekk fl-affermattiv, f'liema każi ta' xogħol ta' restawr estensiv hemm bżonn permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-Restoration Unit tat-Taqsima tax-Xogħlijiet kien informa lid-Direttorat ta` l-Ippjanar li l-Knisja ta` Santa Caterina d`Italia kellu jsirilha xogħol ta` manutenzjoni. L-istess Unit kien issottometta wkoll method statement dettaljat tax-xogħlijiet li kellhom isiru f`dan ir-rigward u kif kellhom isiru. L-Awtorita` awtorizzat li jsiru xogħlijiet preliminari ta` manutenzjoni iżda minħabba li x-xogħlijiet proposti jinkludu restawr estensiv esiġiet li ssir applikazzjoni formali f`dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #18859 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kirkop

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru li dawk li ħadu l-art tal-Knsija u bnew darhom fuqha fl-area magħrufa tal-Mentna f'Ħal Kirkop, ma jistgħux jifdu ċ-ċens, minkejja li fil-kuntratt għandhom id-dritt jagħmlu dan? Jekk iva, x'inhija r-raġuni għal dan?

Response (BORG, TONIO)

Qed jirriżulta minn informazzjoni li għandu l-Uffiċċju Konġunt dwar l-Art magħrufa tal-Mentna, li tinsab fl-akwati ta` Mqabba u mhux Ħal Kirkop, li l-art hija mogħtija b`ċens perpetwu rivedibbli. Iċ-ċnus perpetwi rivedibbli setgħu jinfdew biss bis-saħħa ta` skema li ħarġet fl-1996. Għalhekk kull min kien applika, issa li ġie ffirmat il-Memorandum of Understanding mas-Santa Sede f`Mejju li għadda, qed jissejjaħ biex jersaq għall-kuntratt. Min ma applikax jew ma kellux xi kundizzjoni speċifika fl-att, ma jistax, fil-preżent, jifdi dan iċ-ċens partikolari. Peress li l-Onorevoli Interpellanti jista` jkun li mhux qed tirreferi għal l-art fuq imsemmija, hija mitluba li tagħti aktar dettalji sabiex tingħata risposta adekwata.
Leg 9 PQ #18907 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement notices

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' enforcement notices li ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, sena b'sena, kemm ilha mwaqqfa? Kemm minnhom kienu Malta u kemm kienu Għawdex? Kien hemm xi każ ta' enforcement order f'Kemmuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` Enforcement Notices maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar sena b`sena hu kif jidher hawn taħt : - 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000* Total Malta 349 463 713 1,327 1,212 1,176 1,025 665 6,930 Gozo 144 243 242 372 199 244 190 139 1,773 Comino 1 1 - - 2 - - - 4 Total 494 707 955 1,699 1,413 1,420 1,215 804 8,707 * Sal-31 ta` Lulju
Leg 9 PQ #18314 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew: (1) investigati mill-pulizija; (2) imħarrka mill-pulizija; (3) identifikati mill-pulizija; (4) imtella' l-qorti mill-pulizija, konsegwenza ta' ħsarat li saru fuq proprjeta' u billboards, proprjeta' tal-Partit Laburista bejn is-6 u t-8 ta' Settembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti tlett persuni akkużati li kkaġunaw ħsarat fuq proprjeta` tal-Partit Laburista bejn is-6 u t-8 ta` Settembru 1998.
Leg 9 PQ #18318 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċa - Liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le li l-eta' għal-liċenzja tal-kaċċa ser tinżel minn 21 sena għal 18-il sena? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea din id-deċiżjoni bir-regolamenti ta' l-istess Unjoni tistax tibqa' tiġi attwata?

Response (BORG, TONIO)

Iva, l-eta` ser tinżel għal 18-il sena, u dan mhux ta` konflitt mar-regolamenti ta` l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #18377 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Mr.Manuel Cassar — Performance Bonus

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'performance bonus ingħata s-Sur Manuel Cassar li jmexxu l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin għas-sena 1999?

Response (BORG, TONIO)

Is-Sur Cassar ingħata bonus għas-sena 1999 bir-rata ta` 12 fil-mija. Billi s-Sur Cassar kien għadu jokkupa l-post ta` Supretendent fil-perijodu msemmi huwa ngħata dan il-bonus fuq skeda 5 tas-salarji.
Leg 9 PQ #18792 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kordinazzjoni hawn bejn il-pulizija u l-kunsilli lokali fil-ġlieda kontra d-drogi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tal-Pulizija ta` kontra d-Droga, fuq talbiet mill-Kunsilli Lokali tipparteċipa f`attivitajiet u laqgħat ta` diskussjoni edukattivi u preventivi f`diversi bliet u rħula. Ikun ukoll investigat kull tagħrif li l-Kunsilli Lokali jgħaddu lill-Pulizija dwar abbuż mid-droga.
Leg 9 PQ #18811 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Impjegati taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti dwar impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu sigħat imnaqqsa fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta` l-Intern hu kif ġej : - Dipartiment / Entita` Numru Irġiel / Nisa Etajiet Reġistrazzjoni Ċivili 1 Mara 57 Awtorita` ta` l-Ippjanar 1 Mara 27 Ċittadinanza u ta` l- Expatriates 2 Nisa 21, 32 Reġistru Pubbliku 2 Nisa 29, 30 Taqsima Proprjeta` tal-Gvern 2 Nisa 30, 31 Pulizija 2 Nisa (fil-Korp) 33, 36 1 Mara (pajżana) 32
Leg 9 PQ #18901 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu s'issa applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza doppja wara l-emendi riċenti ta' din is-sena? Min liema pajjiżi hemm l-aktar applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Infakkar lill-Onor. Membru li teknikament m`hemm l-ebda "applikazzjoni" għaċ-ċittadinanza doppja, iżda wieħed jista` jagħmel talba (enquiry) biex jara jekk jikkwalifikax biex jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija mill-ġdid b`mod awtomatiku jew inkella japplika biex jakkwistaha permezz ta` reġistrazzjoni jew naturalizzazzjoni u jżomm din iċ-ċittadinanza flimkien ma` dik barranija. Dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Lista A li turi n-nazzjonalita` u n-numru ta` dawk li għamlu talbiet ( enquiries ) s`issa, kif ukoll Lista B li turi n-nazzjonalita` u numru ta` applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.