Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31853 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żurrieq — Skola Adelaide Ċini

Question

Jaf l-Ministru li studenti li jmorru fl-iskola Adelaide Ċini, iż-Żurrieq ikollhom jinġabru fis-6.30a.m. biex jirkbu t-trasport ta' l-iskola, jaslu fis-7.00a.m. u jibdew l-iskola fit-7.30a.m.? Għaliex dawn l-istudenti qed imorru daqshekk kmieni? Jista' l-Ministru jara kif din il-problema tiġi megħluba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xufier li jibda l-vjaġġ fis-6.30 minn ġol-pjazza ta' Bubaqra jibqa' sejjer Vjal l-Indipendenza u sakemm jasal fejn ix-Xarolla jsiru s-6.45, jasal l-iskola fis-7.15 u l-iskola tibda fit-7.50.
Leg 9 PQ #31948 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Opera Performances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu opera performances fit-Teatri Għawdxin matul l-perjodu 1/1/1997 sa 30/9/1998? Liema kienu dawn u fejn ittellgħu? X'kienet l-ispiża nvoluta f'kull każ? JIsta' jwieġeb l-istess mistoqsijiet għall-perjodu mill-1 t'Ottubru 1998 sal-aħħar tas-sena li għaddiet? X'kontribut għamel il-Gvern f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ma taqax taħt l-operat tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni peress li hija informazzjoni li tirrigwarda entitajiet privati. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferiha lill-Minisru konċernat.
Leg 9 PQ #31949 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm mużiċisti li spiċċaw u oħrajn li daħħlu ġodda mill-Orkesta Nazzjonali mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum? Jista' jgħid min inħatar bħala direttur ta' l-Orkestra Nazzjonali matul l-istess perjodu taż-żmien u x'remunerazzjoni għandu/kellu.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum spiċċaw sitt mużiċisti u ġew impjegati sitt mużiċisti oħra. Informat li f'dan il-perjodu ma kienx hemm Direttur fiss iżda kien hemm sistema ta' "guest conductors".
Leg 9 PQ #31950 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha performances uffiċjali l-Orkesta Nazzjonali matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001 separatament? X'introjtu kellha l-Orkestra Nazzjonali matul l-istess snin separatament minn entitajiet li qabbdu l-orkestra tagħmel xi performances?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #31951 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Carnival Federation of Mediterranean Countries

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-Carnival Federation of Mediterranean Countries li kien ġie propost li jitwaqqaf f'Malta matul l-1997?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan is-suġġett għadu ħaj u anke dan l-aħħar waqt visita li delegazzjoni Maltija mill-Kummissjoni Nazzjonali tal-Folklor kellha ġo Viareggio dan is-suġġett reġa' ssemma. Aħna għadna lesti li ngħatu l-kollaborazzjoni tagħna biex jitwaqqaf forma ta' network ta' kollaborazzjoni fil-qrib fost l-Ibliet tal-Karnival tar-reġjun Mediterranju.
Leg 9 PQ #32035 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet — Kitba u Qari

Question

Jista' l-Ministru jgħid għar-rigward tal-persuni li jgħalmu nies li jattendu korsijiet dwar il-kitba u qari fiċ-Ċentru Dun Paul Frair iż-Żejtun, x'possibilita hemm li dawn ma jibqgħux fuq bażi volontarja iżda jsiru tal-post jew għall-anqas jiġu mgħotija kumpens tax-xogħol siewi tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-programm li qiegħed jitmexxa fl-Istitut Paulo Freire fiż-Żejtun qiegħed isir b'kollaborazzjoni ma' l-ETC. Għaldaqstant kull talba għal ħlas għandha tiġi diretta lejn l-Employment & Training Corporation.
Leg 9 PQ #32041 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita — Gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm gradwati ħarġu mill-Universita u sabu xogħol matul l-1999 - 2000 - 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' gradwati tas-snin imsemmija huma: 1999 - 1978 2000 - 1720 2001 - 2006 Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni m'għandux l-istatistika mitluba dwar kemm gradwati sabu xogħol iżda minn studju li sar mill-Advisory Services Unit ta' l-Universita` irriżulta li mill-gradwati tas-sena 2000, sa sitt xhur wara li ggradwaw 82% minnhom kienu qed jaħdmu, u 15.6% kienu qed ikomplu l-istudju tagħhom.
Leg 9 PQ #31751 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Siti Preistoriċi — Floodlighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-iżvilupp li ser isir madwar is-siti preistoriċi fosthom dawk ta' l-Imnajdra u Ħaġar Qim hux ser jiġi nstallat xi floodlighting permanenti meta nafu li dan is-sit hu wieħed sensittiv ferm għal kull xorta ta' żvilupp u ż-żieda tat-tniġġis mid-dawl f'postijiet bħal dawn jagħmel biss ħsara u ma jagħti image tajba xejn mal-viżitaturi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-pariri xjentifiċi u tekniċi huma li l-ħarsien u konservazzjoni li qed jiġu konsidrati b'ebda mod ma jagħmlu ħsara jew ikollhom impatt negattiv fuq dawn is-siti.
Leg 9 PQ #31752 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Skejjel ta' Għada — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'linji gwida qed issegwi il-Fondazzjoni Skejjel ta' Għada sabiex fir-refurbishment ta' l-iskejjel jiġi rranġat il-ħafna floodlighting magħmul bla ebda ħsieb ta' xejn, f'numru kbir ta' skejjel li qed joħloq inkonvenjent kbir bil-lejl lir-residenti ta' madwar dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada hija ggwidata mill-Kurrikulu Minimu Nazzjonali. Informat li l-Fondazzjoni f'dan l-istadju tagħmel użu minn standards ta' arkitettura internazzjonali, kif ukoll gwida miż-żewġ dokumenti kompilati mill-Periti Joseph Falzon u Joseph Spiteri, liema dokumenti huma intitolati "Proposed Guidelines for the Building of Primary Schools" u "Proposed Guidelines for the Building of Secondary Schools".
Leg 9 PQ #31845 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jaf l-Ministru li studenti li jmorru l-Iskola San Franġisk ta' Assisi miż-Żurrieq u li joqgħodu n-Nigret ikollhom jmorru l-Pjazza biex jirkbu, jiġifieri mixja ta' madwar 35 minuta bil-basktijiet fuq daharhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li l-ilment jiġi mistħarreġ u ġejt informat li x-xufier kemm-il darba talab lit-tfal biex jistennewh in-Nigret. Pero` t-tfal ikunu jridu jinżlu ħdejn il-venda tal-karozzi tal-linja. Mhux l-ewwel darba li x-xufier tela' n-Nigret u ma sabx tfal jistennewh hemmhekk. Mill-iskola lejn id-dar it-tfal jitwasslu san-Nigret.
Leg 9 PQ #31864 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-liema sena twaqqaf l-IHC? Jista' jagħti kemm kien (1) l-intake sena b'sena (2) kemm a) weħlu b) telqu studenti wara sena tal-kors, sena b'sena mindu twaqqaf? (3) kemm a) weħlu b) telqu studenti matul l-aħħar sena tal-kors, mindu twaqqaf l-IHC, kors b'kors?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #31899 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, dentisti eċċ li iservu lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jikkuraw it-tfal fl-iskejjel? Kemm saru żjajjarat fl-iskejjel matul din is-sena skolastika? L-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti jibbenefikaw minn dan is-servizz?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għamlet użu mis-servizz ta' 10 tobba, 17-il infermier, 12-il dentist, 9 Dental Hygenist, 32 Special Therapist u 4 Fiżjoterapisti kif se nsemmi: Tip ta' impjegat Żjajjar Skejjel tal-Knisja u Indipendenti 9 Tobba (DOH) Kuljum Iva 1 Tabib (Ministeru Kuljum Iva Għawdex) 6 Infermiera (Education) Residenti Le 9 Infermier (DOH) Kuljum Iva 1 Infermier (Ministeru Residenti Le Għawdex) 1 Infermier (Ministeru Kuljum Iva (Għawdex) 12 Dentisti (DOH) 104 Iva 9 Dental Hygienists (DOH) 214 Iva 32 Special Therapists (DOH) 345 Iva -- Occupational Therapists 2 Iva (DOH) 4 Fiżjoterapisti * Iva * L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31900 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konsulenti Mhux Legali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31026, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti u f'liema oqsma qed jagħtu dawn il-konsulenzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għal PQ numru 31203.
Leg 9 PQ #31901 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet mal-Universita' dwar il-futur tat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal Qroqq? Meta l-aħħar iltaqgħu iż-żewġ naħat? kemm il-darba iltaqgħu matul l-2001 u s'issa din is-sena? X'inhu jżomm li jintlaħaq ftehim aħħari?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għadhom għaddejjin it-taħditiet bejn il-partijiet konċernati li min-naħa tagħhom qegħdin jikkonsultaw mar-rappreżentanti legali rispettivi tagħhom.
Leg 9 PQ #31902 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sixth Form

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm studenti li qed jattendu is-sixth form 1) tal-Gvern 2) tal-Knisja 3) tal-iskejjel indipendenti. Kemm l-istudent beda din is-sena skolastika fis-Sixth Form u sal-lum telaq u m'għadux jattendi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li bdew jattendu fis-6th Form f'Ottubru 2001 huwa kif se nsemmi: Studenti li bdew fl-1 ta' Ottubru 2001, fis-6th Form Studenti li telqu sat-28/02/02 Skejjel ta' l-Istat G. Curmi Higher Secondary 1453 252* Sir M.A. Refalo Gozo 240 3 Junior College 1503 55 Matsec Course (MCAST) 121 21 Skejjel tal-Knisja St Aloysuis 210 0 De La Salle 102 0 Skejjel Indipendenti Verdala 27 1 St Edwards 66 3 * Numru minn dawn l-istudenti ġew aċċettati f'korsijiet offruti mill-MCAST f'Novembru, oħrajn akkwistaw ċertifikat ta' l-O'Level Ingliż f'Diċembru, oħrajn sabu xogħol. L-informazzjoni dwar kemm hemm studenti b'kollox li qed jattendu s-sixth forms, qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #31903 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sixth Form

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm inħarġu flus fi stipendji lil dawk li jattendu is-sixth form tal: 1) Gvern 2) Skejjel tal-Knisja 3) Skejjel Indipendenti Kemm kien hemm rapporti f'kull każ ta' studenti li tnaqqsilhom l-istipendju għaliex ma' attendewx l-iskola

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matżl din is-sena skolastika, l-istżdenti fil-livell Post Sekondarjż rċivew dawn il-flżs f'Għotjiet ta' Manteniment: Sixth Form ż Istitżzzjonijiet oħra tal-Gvern Lm752,423.00 Skejjel tal-Knisja Lm 98,779.00 Skejjel Indipendenti Lm 18,603.00 Kien hemm dawn ir-rapporti dwar stżdenti li ma attendewx skola bla ġżstifikazzjoni ż allżra tnaqqsitilhom parti mill-istipendjż: Skejjel tal-Gvern 2,951 każ Skejjel tal-Knisja 45 każ Skejjel Indipendenti 210 każ
Leg 9 PQ #31904 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-istudenti li huma entitolati għall-istipendju? X'kundizzjonijiet hemm? Kemm hemm studenti ta' kull kategorija li jieħdu l-istipendju bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti intitolati għall-istipendju huma dawk li qed isegwu xi kors 'full time' f'xi waħda mill-istituzzjonijiet edukattivi elenkati fl-Avviż Legali 196 ta' l-1999 u li huma taħt it-30 sena. Bħalissa hemm 5765 student fil-livell Post Sekondarju li qed jirċievu l-Għotja ta' Manteniment u 5330 Student Universitarju.
Leg 9 PQ #31912 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li nżammu eżamijiet tal-Form 5 tal-Junior Lyceum fi tlett suġġetti f'ġurnata waħda f'żewġ okkazzjonijiet (darba kienu Maths, History u Biology u darb'oħra kienu Physics, Religion u Business Studies) Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jara li jsir skedar aħjar biex jitnaqqas l-istress fost l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalma jsir kull sena, l-eżamijiet ta' Frar 2002 tal-Form 5 tal-Junior Lyceum riedu jinħadmu fuq sebat ijiem b'riżultat li numru żgħir ta' studenti kellhom tliet eżamijiet f'ġurnata jew tnejn minħabba l-għażla tas-suġġetti partikolari li għandhom dawn l-istudenti. Il-ġranet ta' l-eżamijiet ma jitwalux aktar min-neċessarju biex ma jiqsarx il-ħin għal-lezzjonijiet li fil-Form 5 huwa diġa` limitat ħafna. L-istress fuq l-istudenti ikun evitat jekk l-istudju jitqassam matul is-sena kollha. Din is-sena, minbarra l-weekend qabel l-eżamijet, l-istudenti kellhom jumejn vaganzi tal-Karnival.
Leg 9 PQ #31914 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tfajliet Tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfajliet tqal jattendu fil-unit apposta għalihom fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid l-etajiet tagħhom? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 57 tfajla jattendu fil-Unit apposta għalihom fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. L-etajiet tagħhom huma hekk: 14-il sena - 2 15-il sena - 3 16-il sena - 7 17-il sena - 19 18-il sena - 24 19-il sena - 1 21 sena - 1 Ma tistax tingħata l-lokalita` minn fejn ġejjin dawn it-tfajliet, għax jinkiser il-patt ta' kunfidenzjalita` magħhom.
Leg 9 PQ #31943 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Euromed Trophy

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma baqgħatx tiġi organizzata il-Euromed Trophy fl-ibburdjar li kienet saret l-ewwel darba f'pajjiżna fl-1997 fl-okkazjoni tal-Euromed Conference li kienet saret f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Euromed Trophy kienet ġiet organizzata mir-Royal Malta Yacht Club fl-okkażjoni tal-Euromed Conference fl-1997. Fis-snin ta' wara ma tressqet ebda proposta biex din l-attivita` terġa' ssir. Mis-sena 2000 il-Young Sailors Club bdew jorganizzaw il-Euromed Regatta għal żgħażagħ li jibburdjaw. Id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għadda għajnuniet għal dawn it-tiġrijiet li qed joffru opportunita` lil tfal Maltin biex jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet ta' livell għoli.