Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #20765 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondazzjoni għall-prodott turistiku – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20300, peress li f’kull amministrazzjoni jsir ingaġġ b’metodu differenti, jista’ l-Ministru jispeċifika liema metodu intuża f’dan il-każ? Jista’ jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid xi kwalifiki akkademiċi u professjonali għandhom dawn il-persuni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

L-Onor. Interpellant jista’ jserraħ rasu li din l-amministrazzjoni mxiet fuq il-passi tal-amministrazzjoni preċedenti fejn jidħol ingaġġ tal-persuni. Biex nirrispondi għat-tieni parti tal-mistoqsija, il-persuni msemmija għandhom il-kwalifiki meħtieġa biex iservu fil-karigi li għandhom.
Leg 12 PQ #20336 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 19730 u 19731, datati 14 ta’ Ottubru 2015.
Leg 12 PQ #20357 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entità li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #19838 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kienux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #20111 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu– impjegati mill-1998 sa 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f’leġiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor. Interpellant li nformazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Leg 12 PQ #20539 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – impjegati bit-telework

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-impjegati li fl-2013 kienu qed jaħdmu bit-telework fl-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta kellhomx il-kuntratt tat-telework imġedded fl-2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim tat-telework ġie estiż verbalment bl-istess kundizzjonijiet u żdiedu oħrajn magħhom fis-sena 2014. A kuntrarju ta’ stqarrijiet dwar it-teleworking fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, nikkonferma illi m’huwa minnu xejn li kien hemm tnaqqis jew tnaqqir f’dan l-istess arranġament ta’ xogħol. F’konformità mal-linja li qed jieħu dan il-Gvern kontra kull abbuż, il-Ministeru kif ukoll l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, qed jiżgura ruħu li min hu eliġibbli għat-teleworking jieħdu b’mod komplet. Naċċertaw iżda, illi min jabbuża, ser jinqata’ mill-programm jew inkella jiġu riveduti l-kundizzjonijiet tiegħu. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qegħda tagħmel ħilitha biex issolvi dawn il-kwistjonijiet, fl-istess waqt iżda li hija kommessa li żżomm is-serjetà fit-tmexxija.
Leg 12 PQ #20540 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Impjegati bit-telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-impjegati li kienu qegħdin jaħdmu bit-telework fl-2013 kellhom il-kuntratt tat-telework mibdul fix-xhur li għaddew? X’kienet ir-raġuni għall-bidliet li saru?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjeġati li kienu qegħdin jaħdmu bit-telework fit-2013 u kellhom il-kuntratt tat-telework mibdul fix-xhur li għaddew huwa ta’ ħamsa. Dan sar minħabba esiġenzi tax-xogħol jew fuq talba tal-impjegati stess jew sabiex is-sistema tat-telework ikollha fiha ċertu accountability.
Leg 12 PQ #20541 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħaddiema fis-settur pubbliku – edukazzjoni u saħħa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega kif wasal għall-kalkolu ta’ 72% fiż-żieda tal-ħaddiema tas-settur pubbliku li ddaħħlu jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa meta jekk wieħed iqabbel l-istatistika ta’ Frar 2013 u April 2015 kif tidher fil-Gainfully Occupied Population isib li kienu inqas minn 50% li marru jaħdmu f’dawn iż-żewġ oqsma?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif hemm indikat fid-domanda, għandha ssir lill-persuna kkonċernata.
Leg 12 PQ #20300 Sitting 318 2015-10-28 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondazzjoni għall-prodott turistiku – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20057, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika biex intgħażlu persuni li qed jokkupaw dawn iż-żewġ pożizzjonijiet? Jista’ jgħid xi kwalifiki akkademiċi u professjonali għandhom dawn il-persuni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjieġ tal-persuni li qed jimlew il-karigi li għalihom qed jirreferi għalihom sar fuq l-istess kriterju ibbażat fl-amministrazzjoni preċedenti fejn l-istess Onor. De Marco serva fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari u Ministru.
Leg 12 PQ #20097 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-2008 sal-lum, ma kien hemm l’ebda membru parlamentari tal-Oppożizzjoni, preżenti jew passati, li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu.
Leg 12 PQ #20172 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi — skemi ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm lukandi li bbenefikaw minn xi skema ta' għajnuna biex il-lukandi f'Malta u Għawdex jibdew jużaw l-ilma baħar għal diversi affarijiet fil-lukandi? Jekk kien hemm, fiex tikkonsisti din l-għajnuna u kemm kienet l-ispiża involuta bħala sussidju/għajnuna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat tal-Iżvilupp tal-Prodott fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, m’għandux informazzjoni dwar xi skemi jew proġetti ta' għajnuna biex il-lukandi f'Malta u Għawdex jibdew jużaw l-ilma baħar.
Leg 12 PQ #20062 Sitting 311 2015-10-23 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru, fl-istess perjodu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #20056 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – lista ta’ direct orders u contracts for services

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders inkluż ukoll għal contracts for service, li ngħataw mil-Ministeru u mill-Awtorità tat-Turiżmu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u 30 ta’ Settembru 2015? Fil-każ ta’ contracts for service, jista’ l-Ministru jgħid x’servizz qed jinxtara permezz tad-direct order?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #20057 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondazzjoni għall-prodott turistiku – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati persuni mal-Fondazzjoni li twaqqfet biex tieħu ħsieb il-prodott turistiku? ? Jekk iva, kemm ġew ingaġġati persuni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi fil-preżent, il-Fondazzjoni għall-Iżvillup taż-Żoni Turistiċi li twaqfet uffiċjlament fit-2 ta’ Lulju, 2015 timpjega tnejn min-nies fil-pożizzjoni ta’ Chief Executive Officer u Administration Officer.
Leg 12 PQ #19795 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm turisti għamlu l-btala tagħhom f'Għawdex fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena 2015? Kif jikkompara dan mal-ewwel seba' xhur tas-sena l-oħra 2014? Kemm-il lejl qattgħu b' kollox f'Għawdex dawn it-turisti matul l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena u kif dan jikkompara mal-ewwel seba' xhur tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat, li jkollu analiżi approfondita tal-istatistika kollha.
Leg 12 PQ #19955 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Selmun Palace Hotel — xerrej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu x-xerrej tal-binja ta’-Selmun Palace Hotel u jgħid meta hu mistenni li terġa’ tiftaħ il-bibien tagħha, kif ukoll bħala xiex se tkun qed tiffunzjona ladarba terġa’ tiftaħ din il-binja?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-binja ta' Selmun Palace ser tigi rritornata lill-Gvern sabiex dan jiskatta process kompetittiv halli din il-binja terga' tinfetah mis-settur privat ghal skopijiet turistici.
Leg 12 PQ #19888 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandux impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Naghmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’leġiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onor Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Leg 12 PQ #18968 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Linji tal-ajru ġodda li bdew joperaw minn pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew joperaw linji tal-ajru ġodda minn pajjiżna u għal liema destinazzjonijiet qed itiru minn Marzu 2003 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm ġarrew passiġġiera lejn pajjiżna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi informazzjoni dwar linji tal-ajru ġodda li bdew joperaw minn pajjiżna bejn Marzu 2003 u l-aħħar ta’ Dicembru 2005, ma ġietx miżmuma. Madankollu, l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija tista’ tingħata biss minn Jannar 2006 sad-data li fiha qed tkun imwieġba din il-mistoqsija, kif elenkat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jirrimarka wkoll li statistika ta’ kemm dawn il-linji tal-ajru ġarrew passiġġieri ma tistax tingħata minħabba li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali .
Leg 12 PQ #18969 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi li żiedu l-kmamar u s-sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-lukandi li żiedu l-kmamar u s-sodod minn Marzu 2003 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ kmamar u sodod li żdiedu b’kollox? Jista’ jgħid ta’ liema stilel kienu l-lukandi li għamlu dan l-investiment u f’liema lokalità jinsabu? Jista’ jgħid kemm kien il-valur tal-investiment li sar fuq dawn il-kmamar u sodod ġodda?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turizmu ma żżomx informazzjoni dwar kemm kien il-valur tal-investiment li sar fuq il-kmamar u sodod ġodda minn lukandi. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #19174 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Auberge d’Italie — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-25 ta' Ġunju 2015, ix-xogħlijiet li kellhom isiru mal faċċata ta’Auburge d'Italie ma sarux wara li ingħalaq l-uffiċċju turistiku tal-informazzjoni li hemm fl-istess bini? Jista' wkoll jikkonferma li l-uffiċċju tal-informazzjoni ngħalaq għal iktar minn siegħa u li ma kien hemm l-ebda notifika minn qabel dwar dan? Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li l-ħaddiema li ħadmu x-xogħlijiet mal-faċċata ta’ Auberge d’Italie, ma kellhomx ilbies protettiv bħal helmets, ingwanti u safety shoes? Jekk fl-affermattiv, jista jgħid għaliex tħalla li jsir dan ix-xogħol? Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser ikun riallokat l-uffiċċju turistiku, ladarba Heritage Malta tieħu f’idejha l-binja ta’ Auburge d’Italie?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħolijiet mal-faċċata ta’ Auberge d’Italie saru minn Heritage Malta u l-ħaddiema li għamlu x-xogħol kienu mqabbda wkoll minn Heritage Malta. Ma hemm l-ebda indikazzjoni illi l-Uffiċċju Turistiku tal-Informazzjoni fl-istess bini ngħalaq għall-siegħa. Bħala prekawzjoni biex ma jweġġa’ ħadd, ma kienx hemm aċċess għall-uffiċċju tal-informazzjoni minn naħa ta’ Triq il-Merkanti u nfetaħ aċċess minn Triq Melita. Kif diġa’ mgħarraf fil-mistoqsija parlamentari numru 18035, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qiegħda tevalwa numru t’għażliet li għandha quddiemha sabiex issir l-għażla fejn ser jiġu rrilokati l-uffiċini l-ġodda tagħha. L-uffiċċju turistiku ser jibqa’ jipprovdi servizz minn Auberge d’Italie.