Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pedestrian Crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita hemm li issir pedestrian crossinng għar-residenti ta' Triq Erin Serracino Inglott, l-Iklin li jkunu iridu jaqsmu il-B'Kara by pass mingħajr il-bżonn li joqgħodu jmorru ħdejn il-bathroom design?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta` l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x`jista jsir.

Dipartiment tat-Toroq — Kontijiet Ikkontestati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu il-valur tal-claims msemmija fil-mistoqsija parlamentari nru. 24385?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment għandu claim ta` Lm2.08miljun fir-rigward tal-proġett ta` tal-Qroqq fil-waqt li l-ammont ta` claims oħra hu ta` Lm357,000.

CCTU

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-katusi tas-sistema tad-drenaġġ fis-service road parallel ma Imdina Road, Ħal Qormi ġew spezzjonati permess tas-CCTU qabel ma din it-triq ingħatat it-tarmac għax hemm suspett serju li din is-sistema eżistenti hi kollassata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-triq imsemmija ma saritx spezzjoni bis-CCTU peress li wara li saru xi lmenti mir-residenti mal-Kunsill Lokali, saru xogħolijiet neċessarji u l-Kunsill Lokali ikkonferma lid-Dipartiment li t-talbiet tar-residenti kienu ġew sodisfatti.

Karozzi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 24066?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` vetturi li ġew irreġistrati ġodda hu hekk: Jannar Frar 1997 1,371 872 1998 833 920 1999 1,116 987 2000 1,356 1,377 2001 1,007 918

Mosta — Triq Ġilormu Cassar

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 24188?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ħa l-inizjattiva biex jimmarka parking slots fuq in-naħa tax-xellug ta' Triq Ġilormu Cassar. Dan għamlu wara li kellu talba mir-residenti għax kien qed isir parking fuq il-bankina. Rappreżentanti tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, għamlu survey fuq il-post u kkonfermaw li s-sinjali u l-markings huma regolari.

Għaxaq — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jassigura li l-trasport pubbliku lejn Ħal Għaxaq jibda jitlaq fil-ħin u dan sabiex jiġi eliminat l-inkonvenjent li passiġieri jqatgħu ħinijiet jistennew għal xejn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari Nru. 24532.

Toroq — Triq Ta' Loretu - Ħal Għaxaq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq ta' Loretu f' Ħal Għaxaq tiġi ranġata peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.

Malta Maritime Authority

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23848, jista' l-Ministru jgħid meta saru s-sejħiet biex jiġu ngaġġati żewġ IT application developers u ħames Flag & Port State Control Inspectors ma' l-Awtorita' Marittima? Fejn u kif u meta ġew reklamati dawn is-sejħiet? Kemm applikaw għall-kull post? Meta saru jew se jsiru l-interviews għall-kull post imsemmi? Jekk l-interview saru, x'kien l-eżitu tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sejħiet biex jiġu ngaġġati ż-żewġ IT Application Developers saru l-ewwel lill-ETC fit-18 ta` Ottubru 2000, imbagħad dehru fil-gazzetti lokali mill-4 ta` Diċembru 2000 sat-8 ta` Diċembru 2000 (ETC permit no. 219/2000). Ħadd mill-lista tat-tliet applikanti li bagħtet l-ETC ma attenda għall-interview. B'kollox applikaw sitt kandidati, tnejn wieġbu għar-riklam fil-gazzetti u erbgħa li rċevejna mingħand ditta ta` Recruitment Consultants. Żewġ interviews saru fid-9 ta` Jannar 2001 u wieħed fis-7 ta` Marzu 2001. Ħadd għadu ma ntagħżel għal dawn iż-żewġ pożizzjonijiet vakanti. Flag & Port State Control Inspectors: Is-sejħiet biex jiġu ngaġġati il-ħames Flag & port State Control inspectors saru l-ewwel lill-ETC fit-13 ta` Lulju 2000. Wara li ma ntagħżel ħadd mill-ETC deher riklam fil-gazzetti lokali mit-30 ta` Ottubru 2000 sas-7 ta` Novembru 2000 (ETC Permit no. 183/2000). Kien hemm 17-il applikazzjoni mir-riklami fil-gazzetti. Għaxra ġew shortlisted għall-interview li saru fit3, 4 u 5 ta` Jannar 2001.

Malta Maritime Authority

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23848, jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-proċeduri ma l-ETC biex ikunu jistgħu jimtlew vakanzi ma' l-Awtorita' Marittima? F'hiex jikkonsistu dawn il-vakanzi u meta saru jew hu maħsub li jsiru sejħiet pubbliċi biex timtela kull vakanza?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa l-Awtorita` Marittima għandha dawn il-vacancies miftuħa: 2 clerks il-vacancies imtlew 2 Maintenance men/handymen ser isiru l-interviews 2 Site supervisors/draughtsmen saru l-interviews ta` l-ETC u tlabna permess biex nagħmlu sejħiet pubbliċi 1 Berthing Master (Yacht Marina) ħa jsiru l-interviews minn sejħiet pubbliċi

Traffic Control Board

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 24514, jista' l-Ministru jgħid jekk ux possibli li t-traffic control board jieħu l-passi biex ineħħi s-sign No Entry except for residents only la darba din ma kienitx approvata mit-traffic control board anki għall-fatt li din is-sign qed toħloq problemi lis-sajjieda full time li għandhom impjegati magħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali ta` Marsaskala biex ineħħi in-No Entry except for residents only sign u jinstalla dawk approvati mill-Bord.

Vetturi Ġodda — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 24356 għax jidher li l-mistoqsija li irreferu għaliha (mistoqsija parlamentari nru. 24066) wkoll sal-lum għadha mhux risposta?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Din it-tabella turi biss in-numru ta` vetturi liċenzjati waqt dawk reġistrati ġodda huwa differenti, kif indikat fir-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru 24464.

Toroq One Way

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24137?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-Traffic Control Board kellu diversi talbiet biex toroq isiru one way. Dawn it-talbiet jiġu milqugħa wara li tkun saret konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali kkonċernati.

Qormi — Triq l-10 ta' Settembru

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta t-triq l-10 ta' Settembru 1546 f'Ħal Qormi se tiġi rranġata biex ma tibqax tegħreq bl-ilma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li d-dipartiment qiegħed jistħarreġ is-sitwazzjoni dwar l-għargħar fil-lokalita`, Triq l-10 ta` Settembru 1546 tiġi rranġata fid-dawl ta` dan il-pjan meta jkun lest biex jitwettaq.

Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq Triq Ġuże Duca u Triq l-Imdina f'Ħal Qormi waqaf? Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li x-xogħol f'din it-triq jitlesta kompletament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fit-Triq Guże Duca għandu jitkompla dalwaqt.

Tar-Rabbatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk b'referenza għat-tweġiba li ta' fis-seduta 490 ta' t-12 ta' Frar 2001 għal mistoqsija parlamentari nru. 23495, x'kien ir-riżultat tal-investigazzjonijiet dwar it-trejqa in kwistjoni? Ix-xogħol ser jiġi nkorporat fl-iskema li għaddeja bħalissa f'tar-Rabbatt, Ħamrun u għal daqstant jingħata l-asfatt? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jistax l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jirrevedi id-deċiżjoni negattiva ħalli x-xogħol isir peress li dan il-passaġġ hu perikoluż għal minn jużah, speċjalment l-anzjani kif ukoll minħabba sal-lum qed jintuża għal tfiegħ ta' skart u huwa mudlam ħafna? Jista' jagħti prijorita urġenti lil din it-talba peress li l-proġett tar-Rabbatt hu fi stadju li dalwaqt jitlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-passaġġ huwa mibni u għalhekk huwa meqjus bħala passaġġ għal użu tal-pubbliku. Id-Dipartiment tat-Toroq se jara x'hemm bżonn isir biex il-kundizzjoni tal-passaġġ jitjieb.

Paola — Triq il-Gurbell

Question

Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li l-ispazju miftuħ li hemm fit-tarf ta' Triq il-Gurbell f'Paola (fejn din tmiss mal-ħajt tal-ground ta' Pace Grasso f'Paola) jiġi upgraded billi, fost oħrajn, issir bankina (peress li s'issa qatt ma kien hemm waħda) u dan l-ispazju jiġi asfaltat peress li huwa responsabilita tal-Gvern Ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant jaqa` kollu fl-ambitu tar-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.

Ħal Għaxaq

Question

B'referenza għall-post ta' nar ta' San Ġużepp ta' Ħal Għaxaq, li l-entratura għalih min ġo l-għelieqi hi waħda dejqa tant li ma tistax tgħaddi ambulanza f'każ ta' xi disgrazzja, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita' li din it-triq titwessa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex jara x'inhi s-sitwazzjoni tal-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant.

Toroq — Triq Indri Magrin - Ħal Għaxaq

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġa la darba s-servizzi kollha, fi Triq Indri Magrin f'Ħal Għaxaq ġew mgħoddija, jista' l-Ministru jara li din it-triq tiġi mogħtija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Gvern Ċentrali ħa l-passi neċessarji biex jiġu ppubblikati tenders għall-asfalt ta` diversi toroq f`Ħal GĦaxaq. Ix-xogħolijiet fi Triq Indri Magrin għalhekk ikunu jistgħu jsiru aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkollu quddiemu d-Dipartiment.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita hemm li Triq is-Sagra Familja f'Ħal Għaxaq, li hi mibnija u s-servizzi mgħoddija, tiġi mgħotija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.