Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24821 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri għat-tiswija fit-tarzna mill-1990 sal-lum, sena sena? Jista' wkoll jgħid kemm sar xogħol, f'ammonti monitarji, sena sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' vapuri, inkluż il-valur approssimattiv tax-xogħol, li daħlu biex jissewwew fit-Tarzna matul dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej: SENA NUMRU TA' VAPURI VALUR Lm miljuni 1990 209 17.5 1991 228 18.0 1992 172 14.7 1993 146 14.3 1994 119 14.3 1995 118 12.5 1996 127 14.0 1997 108 11.2 1998 101 11.9 1999 104 11.0 2000 132 9.7 2001 (parzjali) 43 7.0
Leg 9 PQ #24822 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-flotta ta' ajruplani ta' l-Air Malta? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin li ilha mwaqqfa l-Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #24910 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fil-long weekend ta' bejn is-16 u d-19 ta' dan ix-xahar, inħolqu queues enormi minn vetturi li kienu qed jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer? Jaħseb il-Ministru li dan kien assoċjat/marbut man-nuqqas ta' servizz li qed tipprovdi l-korporazzjoni Gozo Channel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, ir-raġuni għaliex matul "il-long weekend" ta' bejn it-18 u d-19 ta' dan ix-xahar inħolqu queues minn vetturi li kienu qed jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer ma kienx dovut għan-nuqqas ta' servizz provdut mill-Gozo Channel kif jirriżulta minn diversi fatturi, fosthom 1. in-numru kbir ta' vetturi li qasmu bejn il-gżejjer bejn il-Ġimgħa 16 ta' Marzu u t-Tnejn 19 tax-xahar. Infatti matul dawk il-ġranet mill-Mġarr għaċ-Ċirkewwa qasmu 5,154 karozza u 51 trakk, filwaqt li miċ-Ċirkewwa għall-Mġarr qasmu 5,415 il-karozza u 61 trakk. 2. Il-Ġimgħa 16 ta' Marzu kien għadu qed isir xogħol fuq il-moll numru wieħed ta' l-Mġarr u għaldaqstant seta' jintuża biss il-moll numru tnejn. 3. Dakinhar il-vapur MV Gaudos kellu jagħmel il-vjaġġ tal-merkanzija minn Sa Maison minħabba li kien ġej "long weekend". 4. Fl-istess ġrnata saru 64 vjaġġ, jiġifieri 16 żejda. 5. Is-Sibt 17 tax-xahar, is-servizz mexa tajjeb, bit-tlitt vapuri jagħmlu bejniethom sittin vjaġġ, jiġifieri tnax iżjed min-normal. 6. Il-Ħadd 18 ta' Marzu saru 62 vjaġġ, jiġifieri 16-il vjaġġ aktar minn dawk skedati. 7. It-Tnejn 19 tax-xahar, minkejja diversi diffikultajiet, il-vapuri għamlu xejn anqas minn 80 vjaġġ, li jfissru 34 vjaġġ aktar minn dawk skedati. B'dawn il-fatti quddiemna, ma naħsibx li wieħed jista' jattribwixxi xi nuqqas lill-Gozo Channel.
Leg 9 PQ #24912 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Ħsarat fuq vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsarat li ġarrbu s'issa l-vapuri l-ġodda Ta' Pinu u Gaudos minn mindu bdew joperaw? Kemm tħassru trips/vjaġġi bejn Malta u Għawdex minħabba dawn il-ħsarat? Kemm tammonta l-ispiża biex l-imsemmija ħsarat ġew/jew ser jiġu rranġati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s'issa l-vapuri ġodda tal-Kumpanija Gozo Channel ġarrbu ħsara, li dejjem kienet ta' natura teknika, fil-ġranet elenkati hawn taħt. MV Ta' Pinu matul is-sena 2000 fil-25 ta' April, fil-31 ta' Mejju, fit-30 ta' Ġunju, fit-8, fl-10 u fil-25 ta' Lulju, fis-17 u fid-19 ta' Awissu, fis-27 ta' Settembru u matul din is-sena fit-8, fid-9, fid-19, fl-20 u fil-21 ta' Jannar u fid-19 ta' Frar. MV Gaudos matul din is-sena fl-14, fil-15, fit-18, fis-26 u fis-27 ta' Marzu. B'riżultat ta' dawn il-ħsarat, b'kollox tħassru 24 vjaġġ bejn iż-żewġ vapuri. L-ispejjeż ta' dawn il-ħsarat huma kollha koperti mill-garanziji rispettivi tal-vapuri.
Leg 9 PQ #24914 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Fuel Oil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-konsum ta' fuel oil li l-vapuri tal-Gozo Channel qed jikkunsmaw fil-ġimgħa, vapur b'vapur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-rata ta' konsum ta' fuel fis-siegħa tal-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel li qed joperaw bħalissa huwa kif ġej: Cittadella 141 litru Mġarr 143 litru Calypso 180 litru Ta' Pinu 475 litru Gaudos 475 litru Il-kosum fil-ġimgħa jiddependi fuq kemm ikun ħadem il-vapur u fuq liema rotta kien.
Leg 9 PQ #24915 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-kumpannija Gozo Channel tat struzzjonijiet lill-kaptana biex il-vapuri l-ġodda, ie Ta Pinu u Gaudos, jitħaddmu fuq żewġ makni flok fuq erbgħa? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għala ngħatat struzzjoni bħal din?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fl-20 ta' dan ix-xahar, il-Kumpanija Gozo Channel ħarġet ċirkolari indirizzata lill-Masters u CHief Engineers tal-Kumpanija li permezz tagħha ingħataw linji ta' gwida dwar l-operat taż-żewġ vapuri Ta' Pinu u Gaudos. Fost ir-rakkomandazzjonijiet li fiha din iċ-ċirkolari, hemm dik li ż-żewġ vapuri jitħaddmu b'mod effiċjenti u ekonomiku iżda fuq kollox b'sigurta'.
Leg 9 PQ #24916 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju qed jintgħażlu l-baħrin/ħaddiema tal-kumpannija Gozo Channel sabiex jaħdmu l-overtime? Peress li hemm tħassib serju ta' kif qed jitqassam l-overtime f'din il-kumpannija, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'overtime ingħata kull baħri/ħaddiem matul dawn l-aħħar tliet snin, sena sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-ahra fil-Kumpanija Gozo Channel tinħadem fuq bażi ta' roster. Ma naħsibx li jkun prudneti li jiġi ppubblikat l-ammont ta' flus li kull impjegat tal-Kumpanija qed jirċievi bi ħlas għas-sahra li jkun għamel.
Leg 9 PQ #24672 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

St Microelectronics

Question

Wara li l-kumpannija globali ST Microelectronics dan l-aħħar ħabbret fl-istampa internazzjonali li kienet ser tirrevedi 'l isfel it-tbassir tagħha għall-kumplament tas-sena finanzjarja, jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex mistenni li jkolli xi impatt dirett fuq il-GDP ta' pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-istampa internazzjonali irrapurtat kif il-kumpaniji fis-settur tas-"semiconducters", fosthom inkluża l-ST Microelectronics, qed iħabbtu wiċċhom ma' tnaqqis fil-prezz tal-prodotti tagħhom, prinċipalment minħabba li l-qasam tal-kompjuters ma baqax jespandi bir-ritmu antiċipat. Dan qed iwassal biex dawn il-kumpaniji jirrevedu l-isfel it-tbassir tagħhom dwar "turnover". Madankollu huwa mistenni li sa l-aħħar tas-sajf is-settur ikun diġa' reġa lura għall-livell ta' attivita' milħuqa fis-snin li għaddew. Minħabba f'hekk, mhux mistenni li t-turnover ta' l-ST Microelectronics f'Malta għal din is-sena ser ikun daqstant differenti minn dak tas-sena li għaddiet u għalhekk mhux qed ikun antiċipat xi impatt partikulari fuq il-Prodott Gross Domestiku ta' pajjiżna.
Leg 9 PQ #24370 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kont

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikompli joħroġ il-kont tad-dawl u l-ilma lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija (kont anness) li ilha mejta iżjed minn sena u minkejja li ilni xhur inwassal dan l-ilment u minkejja li ilni niġi mwiegħed li se jittieħdu l-passi biex dan ma jibqax joħroġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-kont li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant fih biss arretrati u mhux kontijiet kurrenti. Dawn l-arretrati huma għall-perjodu bejn il-31 ta' Jannar 1998 u l-5 ta' Settembru 2000. Meta dawn l-arretrati li jammontaw għal Lm114.13c jitħallsu kollha, l-kont ma jibqax joħroġ.
Leg 9 PQ #24468 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bank of Valletta — Fergħa fix-Xatt ta' Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex se jagħlaq il-fergħa tiegħu l-Bank of Valletta fix-xatt ta' tas-Sliema b'dannu għall-klijenti li jmorru jinqdew fiha persuni fl-inħawi, fosthom pensjonanti li s'issa kienu jsibu din il-fergħa komda u li malajr tista' tintlaħaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Gvern għandu biss ħamsa u għoxrin fil-mija ta' l-ishma fil-Bank of Valletta u għaldaqstant deċiżjonijiet ta' natura amministrattiva hija fil-kompetenza tal-Bord tad-Diretturi ta' l-istess Bank.
Leg 9 PQ #24667 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

National Statistics Office — Unemployment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-labour force survey li ħareġ in-national statistics office, għalkemm jagħti definizzjoni ta' unemployment ma jagħmel ebda riferenza speċifika għal figuri tal-qgħad li joħorġu mill-istess survey? Meta mistennija li jiġu pubblikati dawn il-figuri?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onorevoli Interpellant, l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika għadu ma ħariġx ir-rapport dwar il-'Labour Force Survey". Infatti ir-rapport dwar is-"surveys" li saru s-sena li għaddiet mistenni jitlesta u jiġi ppublikat dalwaqt. Dan ir-rapport ser jinkludi ċ-ċifri kollha li joħorġu mir-riżultat ta' "surveys" bħal dawn, inklużi dawk dwar in-nies qiegħda u r-rati tal-qagħad. Tajjeb jingħad li n-"News Release" li nħarġet mill-Uffiċċju, filwaqt li tispjega li r-rapport finali tas-"surveys" għad irid ikun ippubblikat, tikkonċentra fuq aspett wieħed li joħroġ mis-"surveys", dak tad-dħul mix-xogħol u l-kejl tal-"Gini Coefficient", u ma tagħti ebda riżultati oħra. Fin-"News Release" jingħataw ukoll xi definizzjonijiet li jintużaw fil-metodoloġija tal-"Labour Force Survey", inklużi dawk ta' l-"employment" u l-"unemployment", sabiex tinġibed l-attenzjoni ta' dawk li jużaw l-istatistika ġdida għall-fatt li dawn huma differenti minn dawk li jintużaw fl-istatistika dwar il-qasam tax-xogħol kif tinġabar mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 9 PQ #24668 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Overall Exports

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-overall exports fis-sena 2000 żdidux jew naqsux jekk wieħed jeskludi r-re-exports taż-żejt u l-exports of machinery and transport equipment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jekk mill-esportazzjoni totali għas-sena 2000, li tammonta għal Lm1073.9 miljuni, jitnaqqsu l-figuri li semma l-Onorevoli Interpellant, u jsir l-istess għas-sena 1999, fejn l-esportazzjoni totali kienet ta' Lm791 miljuni, jirriżulta li hemm żieda ta' Lm1.1 miljuni għas-sena 2000 fuq l-1999. Dan jidher ċar mill-informazzjoni segwenti. Tajjeb jingħad li s-settur tal-machinery and transport equipement jinkludi diversi kumpaniji. 2000 1991 Lm miljuni Lm miljuni Esportazzjoni totali 1073.9 791 Re-exports - mineral fuels, lubricants and related material (47.1) (23.1) Domestic Exports - machinery and transport equipment (736.2) (475.3) Re-exports - machinery and transport equipment (23.3) (26.4) Esportazzjoni netta 267.3 266.2
Leg 9 PQ #24506 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tal-Laħam — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm inħarġu liċenzji għall-importazzjoni tal-laħam, majjal matul l-1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000-01 ? Għalkemm kwantita?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: SENA NUMRU TA' EŻENZJONIJIET KWANTITA' EŻENTATA (F'KILOGRAMMI) 1995 44 2,508,644 1996 3 92,000 1997 2 90,000 1998 / / 1999 2 7,000 2000 45 408,890 2001 53 739,562 (sas-16 ta' Marzu) Tajjeb jingħad li l-kwantita' msemmija mhux bilfors hija l-kwantita' ta' majjal li fil-fatt ġiet importata.
Leg 9 PQ #24638 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

AirMalta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 24403, jista' l-Ministru jgħati breakdown tal-impjiegi ġodda, kumpanija b'kumpanija li ġew maħluqa fil-kumpanija Air Malta u s-sussidjarji tagħha bil-grad tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #24660 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Impjiegi

Question

B'referenza għal-mistoqsija parlamentari nru 24401, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-122 impjieg ġdid fil-Port Ħieles u l-kumpaniji sussidjarji tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Malta Freeport Corporation Limited Dipartiment Numru ta' impjegati ġodda Security 10 Training Centre 1 Malta Freeport Terminal Limited Dipartiment Numru ta' impjegati ġodda Administration 5 Engineering 8 Operations 84 Legal & Claims 2 MIS 2 Marketing 3 Finance 7
Leg 9 PQ #24661 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Retail Price Index

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta ġie ippubblikat ir-retail price index għal Jannar 2000 ma tteħidx in kunsiderazzjoni t-tnaqqis fir-rebates dwar il-kontijiet ta' l-elettriku li ġew fis-seħħ f'Jannar 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tnaqqis fir-rebate ta' l-elettriku li ġie fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001 kien diġa' iddaħħal fl-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut sena qabel, jiġifieri f'Jannar tas-sena 2000. Skond l-iskeda oriġinali, it-tieni tnaqqis fir-rebate kellu jsir fl-2000. Madanakollu b'riżultat tal-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Union Ħaddiema Magħqudin f'April 2000, dan it-tnaqqis ġie ttardjat b'sena. Għalhekk il-prezz ta' l-elettriku (kif ukoll ta' l-ilma) matul is-sena 2000 ma tbiddilx minn dak li kien fl-1999. Madanakollu, l-Indiċi matul is-sena 2000 inħadem daqs li kieku it-tieni tnaqqis fir-rebate (u għalhekk iż-żieda fil-prezz ta' l-elettriku) kien ġie fis-seħħ f'Jannar 2000. Wara l-ftehim ta' April 2000 imsemmi aktar 'l fuq, u wara konsultazzjoni mal-Bord dwar l-Indiċi tal-Prezzijiet, ġie deċiż li l-effett tat-tieni tnaqqis fir-rebate jitħalla kif kien inħadem, allavolja ma' kienx ġie fis-seħħ. F'dawn iċ-ċirkostanzi, kien ikun skorrett li jiddaħħal tnaqqis fir-rebate fil-kalkolu ta' l-Indiċi għal Jannar tas-sena 2001, meta proprju l-istess tnaqqis kien diġa' inkorporat fil-kalkolu sena qabel. It-tnaqqis imsemmi fir-rebate ħalla impatt ta' 0.08 punti 'l fuq fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet f'Jannar 2000.

Enemalta — Security Guards - Telefonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li fl-Enemalta s-security guards se jiġu mitluba jħallsu telephone calls li qed jiġu msejħa mhux ġustifikati? Fuq liema kriterju se jiġi stabilit li telefonata ma tkunx ġustifikata? Kif se jiġi determinat min għandu jħallas it-telefonata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minħabba numru eċċessiv ta' sejħiet li qed isiru minn fuq telefons li tagħhom l-Uffiċjali tas-Sigurta' huma responsabbli, il-Korporazzjoni Enemalta iddeċidiet li dawn it-telefonati jiġu nvestigati. F'każ li jirriżulta li kien hemm abbuż, l-impjegat konċernat jiġi mitlub iħallas dawk il-"calls" li ma jkunux ġustifikati. It-telefonati li ma jkunux relatati man-natura tax-xogħol ta' l-impjegat huma meqjusa bħala li m'humiex ġustifikati. Tajjeb jingħad li llum il-Korporazzjoni tirċievi kontijiet "itemized" li fihom ikun hemm numru ta' dettalji dwar kull telefonata li ssir. Għaldaqstant ma tkunx ħaġa daqshekk diffiċli għall-Korporazzjoni biex tidentifika minn kien responsabbli għal telefonata mhux ġustifikata.
Leg 9 PQ #24539 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Iklin — Dawl tat-Triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi installat id-dawl fi Triq Anton Manwel Caruana, Iklin billi l-arbli ilhom mwaħħlin aktar min tliet ġimgħat? Id-dwal li hemm mwaħħlin mar-residenzi privati ser jinqalgħu

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol biex jiġi nstallat id-dawl fit-triq imsemmija għandu jitkompla flimkien ma' xogħolijiet oħra u mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' April.
Leg 9 PQ #24653 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephone Booth

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-Maltacom tara tistax tagħmel telephone booth fl-inħawi ta' Triq l-Arkubużur, Żejtun għaliex din il-parti taż-Żejtun kibret ħafna b'għadd kbir ta' residenti u t-telephone booth li hemm tinsab ftit 'il bogħod? Billi jien infurmat li għadd kbir ta' residenti minn dawn l-inħawi iffirmaw anki petizzjoni biex issir din it-telephone booth u billi hemm talba pendenti f'dan is-sena, possibli l-Maltacom tikkunsidra b'mod favorevoli din it-talba?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #24580 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bozoz Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda fil-Fgura mill-ewwel tas-sena sal-lum u fejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-bidu tas-sena 'l hawn, ma twaħħlux lampi ġodda fil-Fgura direttament mill-Korporazzjoni Enemalta, iżda ġew imqabbda lampi ornamentali li kien installa l-Kunsill Lokali mas-sistema ta' "street lighting" fi Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma' Triq San Tumas. Tajjeb jingħad li s-sena li għaddiet twaħħlu b'kollox 24 lampi ġodda fil-Fgura.