Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30014 Sitting 474 2017-01-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25568 jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sħiħa u jagħti l-informazzjoni wkoll għall-perjodu meta hu ma kienx Ministru jew Segretarju Parlamentari għas-Saħħa? Jista’ jgħid ukoll il-valur ta’ kull item u min awtorizza x-xiri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 12 PQ #30003 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp – servizz ta’ tabib — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m'hemmx servizz ta' tabib fl-Isptar Zammit Clapp? Huwa minnu li r-residenti li jkollhom bżonn tabib, iridu jħallsu €20 kull darba li jżurhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30004 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

NPICU – żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27706 u jgħid x’wassal biex fl-2016 kien hemm żieda ta’ trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta ' pazjenti fit-taqsima li qed issemmi hi, tkompla mat-trend ta' l-aħħar snin.
Leg 12 PQ #30005 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28637 u jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 12 PQ #30006 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25723, 25569, 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: a. l-isem tal-persuna appuntata; b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; d. min għażel lill-persuna; e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-ewwel parti tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29338.
Leg 12 PQ #30007 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa – Fibromyalgia Clinic

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29200, jista’ l-Ministru jgħid meta qed tkun miftuħa l-Fibromyalgia Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana? Jista’ jikkonferma li minħabba nuqqas ta’ persuni speċjalizzati biex jaħdmu f’dan il-qasam, il-Fibromyalgia Clinic mhux qed tkun miftuħa kif indikat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fibromyalgia Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana tkun miftuħa kull nhar ta’ ġimgħa wara nofs inhar. Ninformaha ukoll li din il-klinika baqgħat tinfetaħ kull gimgħa sa mill-bidu tal-ftuħ tagħha sal-lum.
Leg 12 PQ #30008 Sitting 473 2017-01-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet – waiting list

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25722, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti reġistrati li qed jistennew data biex jagħmlu operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti rreġistrati jistennew biex jagħmlu operazzjoni sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2016 kien ta’ 14,009. Tajjeb li nfakkarha illi għal aħħar tal-2012 taħt gvern preċidenti, kif taf hi n-numru ta’ pazjenti jistennew għal-operazzjoni kien eluf aktar minn dak preżenti.
Leg 12 PQ #29925 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 12 PQ #29942 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – servizzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema servizzi ġodda bdew jingħataw mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex matul is-sena 2016 u meta bdew jingħataw? Jista' jgħid liema xogħol sar matul is-sena 2016 fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm sewa dan l-istess xogħol u minn min kien sar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2016 saru diversi xogħolijiet ta’ manutenzjoni u rinovar fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Tul din l-istess sena infetħu 3 kliniki ġodda għad-dispożizjoni tal-pazjenti tagħna, dawn huma l-Endocrinology, Rheumatology u Neurology.
Leg 12 PQ #29959 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri ta' Matul il-Jum — ftuħ ta' ċentri għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28540, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għal persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar aktar pjanijiet sabiex tkun tista’ tiżdied il-kura u s-servizzi lill-persuni bi bzonn ta’ kura psikjatrika.
Leg 12 PQ #29960 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — servizz tal-outreach

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandhom jagħmlu dawk il-klijenti/pazjenti tal-Isptar Monte Carmeli li jixtiequ s-servizz tal-outreach? Fiex jikkonsisti dan is-servizz u min huma dawk il-professjonisti li huma responsabbli ta' dan is-servizz importanti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il pazjenti li jiġu rilaxxati minn faċilitajiet residenzjali psikjatriċi li jkollhom bżonn assistenza kontinwa fil-komunita’ tal-Outreach, jistaw jiġu referuti mill-Psikjatri Konsulenti tagħhom . Is-servizz tal-Outreach jopera fuq mudell biopsikosoċjali u għalhekk iqis l-aspetti kollha tal-ħajja tal-persuna sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-kura psikjatrika biex jgħinu l-individwu b`mard mentali jerġa jintegra u jgħix ħajja aċċettabbli fil-komunita’. Permezz tas-servizz tal-Outreach, kull pazjent jiġi allokat membru mit-tim, li jkun jissejjaħ keyworker b’hekk tkun tista titjieb l-kontinwita’ tal-kura. Ir-rwol tal-keyworker huwa li jaħdem fi sħubija mal-pazjent sabiex joħolqu pjan ta` kura li tkun magħmula apposta għall-bżonnijiet ta` kull individwu. It-tim jikkonsisti f`dixxiplini differenti inklużi nfermiera psikjatriċi, ħaddiema soċjali, assistenti psikologi, nursing aides u care workers.
Leg 12 PQ #29961 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — spiża għal kull pazjent

Question

B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 23156 u 28814, jista' issa l-Ministru jindika kemm hija l-ispiża għal kull ġurnata fuq pazjent li qiegħed fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għal kull ġurnata għal kull pazjent li jkun qed jieħu l-kura fl-Isptar Monte Carmeli tvarja minn €121 għas-swali ta' Riabilitazzjoni għal €261 għas-swali Akuti.
Leg 12 PQ #29964 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: PETER MICALLEF To: Ministeru għas-Saħħa

Servizzi ta' support għall-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u l-carers tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ta' support qed joffri lill-persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali u min jieħu ħsiebhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizzi ta`sapport lill-persuni b`nuqqas ta`saħħa mentali huma diversi u qed jiġu offruti kemm mill-isptar Monte Karmeli, mis-Psychiatric Unit fl -isptar Mater Dei u kif ukoll mill-komunita’. Dan is-sapport qed jiġi provdut minn timijiet multidixxiplinari fis-swali kollha ta’ l-isptar, kliniki tas-saħħa mentali , permezz tas-servizzi tal- Outreach u fiċ-ċentri ta`matul il-jum.
Leg 12 PQ #29988 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – Pilloli Rosuvastatin 5mg

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tas-Saħħa ma jipprovdix pilloli Rosuvastatin tal-5mg imma jġib biss ta' 20mg u 40mg? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex min ikollu bżonn pilloli tal-5mg, qed ikollu jixtrihom? Jista' jikkunsidra li jibdew jinġabu pilloli tal-5mg ukoll?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa jipprovdi l-pilloli Rosuvastatin f’żewġ dozi - 20mg u 40mg bħala mediċini 3rd line għal dawk il-pazjenti li mhux ikkontrollati bi statins oħra.
Leg 12 PQ #29997 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Bini tal-Parlament – Spezzjonijiet għal-Legionella

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispezzjonijiet għal-Legionalla fil-Bini tal-Parlament sarux għax kien hemm rapport li persuni setgħu kienu nfettati mil-Legionella?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispezzjonijiet inkluż it-teħid tal-kampjuni ma sarux għax kien hemm rapport li persuni setgħu kienu nfettati mil-Legionella iżda fuq rikjesta mill-persuna responsabbli mill-Kamra tar-Rappreżentanti għal testijiet fuq is-sistema tal-ilma.
Leg 12 PQ #29998 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Bini tal-Parlament — Legionella

Question

Jista’ l-Ministru jgħid id-data eżatta ta’ meta nstabet il-Legionella fil-Bini tal-Parlament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li ttieħdu l-kampjuni neċessarji mill-bini tal-Parlament, fis-27 ta’ Diċembru, 2016 rriżulta li tnejn mill-kampjuni analizzati kienu kontaminati bil-batterju tal-Legionella.
Leg 12 PQ #29999 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Siti marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data bdew l-ispezzjonijiet tas-siti fejn għandhom isiru l-attivitajiet marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tispeċifika għal liema spezzjonijiet qed tirreferi.
Leg 12 PQ #30000 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali – Spezzjonijiet fuq is-siti marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema siti fejn għandhom isiru l-attivitajiet marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Malta ġew spezzjonati mid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet f’siti marbutin mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għadhom għaddejjin u s’issa saru fil-Grand Master Palace, fil-lukandi: Kempinski, Corinthia Palace, Corinthia San Gorg, DB San Antonio, Grand Hotel Excelsior, Hilton, Intercontinental, Le Meridien, Radisson Blu Resorts, Pheonicia, Dolmen Resort, Palazzo Capua, The Palace u The Victoria, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Xara Lodge, L-Forti ta’ Sant Anġlu, Notre Dame Gate, il-Mużew Marittimu, Esplora Bighi, Montekristo Estate, Casino Maltese u Palazzo De Piro.
Leg 12 PQ #30001 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Mistiedna marbuta mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea — lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lukandi fejn il-mistiedna marbuta mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed joqogħdu ġewx spezzjonati qabel ma’ Malta ħadet il-Presidenza? Jekk iva, meta ġew spezzjonati? Jekk le, għalfejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tispeċifika għal liema spezzjonijiet qed tirreferi.
Leg 12 PQ #30002 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Council for the Professions Complementary to Medicine

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ltaqa’ l-aħħar il-Council for the Professions Complementary to Medicine? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-kunsill minn mindu nħatar f’Lulju 2016? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda tal-aħħar laqgħat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onor.i Interpellant li l-aħħar żewg laqgħat tal-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina kienu fis-19 ta' Diċembru 2016 u fis-16 ta’ Jannar 2017.