Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti b'kollox fiċ-Ċentri Miftuħa? Mil-liema pajjiżi ġejjin? X'tip ta' taħriġ qed jingħataw dawn l-immigranti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għall-ewewl ¿ewġ domandi qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
In kollaborazzjoni ma’ NGOs u individwi oħra, ir-residenti fiċ-ċentri miftuħa jitħarrġu fil-lingwi, kompjuter, u food handling. Madankollu, xi residenti privatament jattendu taħriġ ieħor offrut minn operaturi diversi (bħall-ETC), u l-ġestjoni taċ-ċentri ma tkunx neċessarjament taf b’dan, għax ir-residenti mhumiex obbligati li jinfurmawha.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — żjarat uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taż-żjarat uffiċjali li għamel minn Marzu 2013 'il hawn, f'liema pajjiżi, għal-liema raġuni u kemm damet kull waħda minn dawn iż-żjarat?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kuntratti ta’ konsulenza li ngħataw mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u jgħid f’kull każ xi proċedura ntużat biex jinħatru dawn il-konsulenti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għall-liema perjodu qed jirreferi.
Politika Nazzjonali dwar ix-Xandir — Ftehim mal-EBU
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11480, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rilevanti miġbura mill-PBS flimkien mal-European Broadcasting Union (EBU) fuq l-istazzjonijiet Ewropej, kif ukoll ir-rapport b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Ministeru ppreparat mill-kumpanija tal-awditjar ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dan l-istadju l-informazzjoni miġbura għadha qed tiġi skrutinizzata, u l-Kamra tkun informata ladarba issir implimentazzjoni ta’ miżuri suġġerriti fid-dokument li ġie ippreparat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11483, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li kien sar mal-Gvern fis-sena 2005, kif ukoll kopja tad-dokumenti li saru wara sabiex jestendi dak il-kuntratt kull sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull sena l-Ministeru ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport fuq l-EPSO funds li jsir minn ditta tal-awdituri. Nirreferi għall-Onorevoli Interpellant għall-rapporti imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn armi tan-nar, bħal rifles, snieter, pistoli, revolvers, eċċ. irreġistrati? Kemm żdiedu jew naqsu tul l-aħħar ħames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-drabi li l-Prim Ministru għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta bejn Jannar 2012 u Marzu 2013? Jista’ jgħid x’kienu l-okkażjonijiet? Jista’ jagħti d-dati? Jista’ jgħid liema helicopter intuża? Jista’ jgħid kemm dam fl-ajru? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża għal kull titjira?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 7326.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali maqsum f’kategoriji (asylum seekers, refused applications, refuġjati, irregular immigrants, granted humanitarian protection eċċ.) ta’ immigranti rregolari u refuġjati li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti l-aktar ċifri riċenti ta’ din l-informazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-perijodu taż-żmien li qed jistennew dawk il-persuni mhux Maltin li talbu biex ikollhom ID card f'Malta wara li ġew joqogħdu hawn għal tup ta' żmien? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx distinzjoni fil-perijodu li wieħed irid jistenna, qabel jingħata din l-ID card, bejn dawk li huma ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi oħra? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa għall-għoti ta' tali ID card? Minn liema pajjiżi, pajjiż b'pajjiż?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li Malta, wara l-emendi li saru fl-Att dwar il-Karta ta’ l-Identita u Dokumenti oħra tal-Identità (Kap 258), m’għadhiex toħroġ ID Cards lill-Barranin.
Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates joħroġ dokumenti ta’ residenza lill-barranin awtorizzati joqogħdu f’Malta. Dan id-dokument jista’ jintuża wkoll għall-skopijiet ta’ identifikazzjoni. Iż-żmien li jieħu l-iproċessar ta’ dan id-dokument ivarja skont il-każ u min-numru ta’ applikazzjonijiet li jridu jiġu pproċessati fil-perjodu partikolari. It-tul ta’ żmien medju għall-iproċessar tad-dokument huwa ta’ ftit ġimgħat.
L-iproċessar ta’ dokumenti ta’ dawk il-persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huwa iqsar minħabba li dawn għandhom, skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, dritt li dan id-dokument jinħareġ immedjatament.
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, dokument li juri applikazzjonijiet pendenti għal ħruġ ta' dokumenti ta' residenza skont il-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni tal-MEPA li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin sabiex tinbena l-YOURS fl-Imtaħleb? F’liema stadju waslet din l-applikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ l-applikazzjoni huwa 0257832130740. Din ġiet preżentata nhar is-17 ta’ Ottubru 2014, għalhekk din l-applikazzjoni għada fil-fażi inizjali tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ abbuż fuq anzjani ġie investigat mill-pulizja tul is-snin, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2014? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ jagħti d-dettalji sena b’sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta tħallas il-performance bonus lill-uffiċjali tal-Armata minn Lt Colonel ’il fuq sal-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-performance bonus lill-uffiċjali tal-Armata minn Lt Colonel ’il fuq sal-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-2013 (li jkopru s-sena 2012) kien maħrug mal-paga tal-25 ta’ Frar 2013, ftit inqas minn ġimgħatejn qabel l-Elezzjoni Ġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta tħallas il-performance bonus lill-uffiċjali tal-Armata minn Lt Colonel ’il fuq sal-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-2014? Kien hemm uffiċjali li l-performance bonus tagħhom ma tħallasx mal-kumplament fl-2014?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-performance bonus lill-uffiċjali tal-Armata minn Lt Colonel ’il fuq sal-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-2014 (li jkopru s-sena 2013) kien maħrug mal-paga tad-9 ta’ Settembru 2014, filwaqt li l-uffiċċjali li ġew promossi fl-aħħar kwart tas-sena 2013 se jiħdu l-bonus tagħhom mal-performance bonus tal-2014.
Wara li l-Ministru ilu iktar minn sena u nofs jistudja l-volumi ta' files li skont hu jrid jifli biex jistudja l-kwistjoni tal-arretrati ta' overtime mitlub u mwiegħed lill-Korp tal-Pulizija, u li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9108 qalli li kien qed jiflihom mill-ġdid, jista’ issa jiddikjara sa meta se jitħallsu u kemm se jkun l-ammont li l-Pulizija se jitħallsu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta ma din il-mistoqsija parlamentari, ninsab infurmat li qed jiġu eżaminati l-pariri li ngħataw minn amministrazzjoni preċedenti dwar dan il-każ, sabiex wieħed jifli sew din is-sitwazzjoni. Kuntrarju għall-amministrazzjoni preċedenti, dan il-Gvern jinsab impenjat li jsib soluzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f’Għawdex kuljum qed jintbagħtux pulizija għassa (on duty mhux extra duty) mas-sett tal-film li qed jinbena, u jekk iva kemm-il Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mass-sett tal-films li hemm ġewwa Għawdex qed ikun hemm żewġ pulizija li qed jaħdmu extra duty.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni mill-pulizija, mis-sena 2011 sal-lum, rigward tipjip f’postijiet pubbliċi u kemm minn dawn il-persuni nstabu ħatja? Jista’ jagħti din l-informazzjoni lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid kemm kienet l-inqas multa li ngħatat? Jista’ jgħid kemm inqabdu nies ipejpu f’postijiet pubbliċi mis-sena 2011 sal-lum li kellhom anqas minn 18-il sena? Jista’ jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-pulizija rigward tipjip f’postijiet pubbliċi mis-sena 2011 sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolamenti dwar it-Tipjip f’Postijiet Pubbliċi huma regolati permezz ta’ l-Avviż Legali numru 414 ta’ l-2004. Infurmat ukoll li l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet kontinwament dwar dan l-abbuż, fil-fatt mill 2011 sal-aħħar t’Awwissu 2014 il-pulizija qabdet/sabet total ta' 5,510 persuna ipejpu f’postijiet fejn it-tipjip huwa projbit, kif jidher f'din it tabella:
2011
2012
2013
2014 sa Awwissu
Total
1968
1536
1458
548
5510
Pulizija — Każ ta’ individwu involut f’inċidenti f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra r-rekluta tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li fl-aħħar jiem kien involut fi ġlieda f’La Grotta Discotheque, f’Għawdex u wara kien involut f’inċident stradali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn staħħriġ li sar mill-Pulizija ma riżultax li r-rekluta tal-Pulizija indikata mill-Interpellant kien involut fi ġlieda jew kontravenzjonijiet oħra fl-imsemmija diskoteka. Saru pero investigazzjonijiet dwar inċident stradali li kien seħħ kważi xhar qabel id-data li ġiet sottoposta din id-domanda. Jirriżulta li hemm biżżejjed provi sabiex il-Pulizija tmexxi l-każ li hu ta’ natura ex offiċjo fil-qorti.
Kordin – Festin – Persuni arrestati fuq reati konessi mad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna kienu arrestati mill-Pulizija fuq reati konessi ma’ konsum jew traffikar ta’ droga fil-festin li sar fil-basketball pavillion, Kordin fil-lejl ta’ bejn is-7 u t-8 ta’ Settembru 2013? Kemm minnhom tressqu l-Qorti u kemm minnhom tressqu fuq pussess ta’ droga u fuq traffikar/pussess mhux għall-użu esklussiv?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-lejl ta’ bejn is-7 u t-8 ta’ Settembru 2013 matul il-festin li sar fil-Basketball Pavillion, Kordin, l-Pulizija arrestat ħmistax il-persuna b’konnessjoni ma’ pussess u traffikar/pussess mhux għall-użu esklussiv ta’ drogi, kif jidher hawn taħt:
10 persuni fuq pussess sempliċi,
3 persuni fuq traffikar u pussess mhux għall-użu esklussiv,
2 fuq traffikar,
Dawn kollha tressqu l-Qorti.
Forzi Armati ta’ Malta – kors tal-Advanced Staff College
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieviet inviti l-Forzi Armati ta’ Malta sabiex tibghat uffiċjali tagħha jattendu l-Kors tal-Advanced Staff College bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10672, l-Onorevoli Interpellant għandu jerga’ jkun informat li l-korsijiet għall-Advanced Staff College jeżistu tlieta li fi żmien imsemmi setgħu ġew offruti lil Forzi Armati. Dawn huma:
Is-Senior Command and Staff Course ġewwa l-Irlanda,
l-Advanced Command and Staff Course ġewwa l-Ingilterra
Ir-Royal College of Defence Studies ukoll ġewwa l-Ingilterra
Fil-perijodu imsemmi f’din il-mistoqsija, ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta ma rċeviet l-ebda invit fil-perijodu msemmi għar-Royal College of Defence Studies. Rċiviet tnejn għall-Advanced Command and Staff Course li pero wieħed minnhom ma ttiħidx minħabba li l-invit kien wasal tard u għaldaqstant ġie deċiż li l-Kors ma jittiħidx, filwaqt li għas-Senior Command and Staff Course tal-Irlanda irċiviet ħames inviti.