Legislature:
Category:
Reset
Active:

ADT — Xarabanks

Question

Tista' l-ADT tikkonsidra li l-karozzi tal-linja jerġgħu jibdew iġibu d-destination number fuq in-naħa ta' wara tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li din mhiex waħda mill-materji li qegħdin ikunu diskussi bejn l-Awtorita' dwar it-Trasprot u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku

Żvilupp Urban u t-Toroq — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 nxtrat karozza waħda, Peugeot 307 SW5, li swiet Lm6,780.
Leg 10 PQ #16689 Sitting 356 2006-02-21 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

San Pawl tat-Tarġa — Traffic lights fil-bypass

Question

Jistgħu jitwaħħlu traffic lights fil-bypass ta' San Pawl tat-Tarġa fil-parti li tagħti mill-Għargħur għan-Naxxar, billi din qed tkun ta' periklu kbir għar-residenti tal-Għargħur li jkunu jridu jaqsmu l-bypass?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16387 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif jidher hawn taħt :- Dipartiment Numru ta' konsulenti, Ħlas/Remunerazzjoni Benefiċċji Oħra part timer, casuals, jew x'bi kuntratt L-Awtorita' dwar it-Trasport 9 Lm 225,428.00 Erbgħa huma ntitolati għall-użu ta' karozza Ministeru/Dipartiment 2 Lm 61,097.60 Xejn

Swieqi — Triq it-Tiben

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17102 u jgħid x'passi se jieħu fid-dawl ta' l-ilmenti li sarulu f'ittra mir-residenti ta' Triq it-Tiben fis-Swieqi, datata 30 ta' Jannar 2006, dwar għargħar li qed isofru meta tagħmel ix-xita?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-periti tad-Direttorat iltaqgħu mar-residenti u r-rappreżentanti tal-Kunsill Lokali Swieqi dwar din il-problema. Wara dawn il-laqgħat sar survey tat-triq imsemmija u qed isir studju ta' kif l-aħjar tissolva din il-problema.

Belt Valletta — Telgħa ta' Kastilja

Question

Veru li se tinqala' u ssir mill-ġdid it-triq li mill-Furjana tieħu għat-Telgħa ta' Kastilja? Jekk iva, għaliex? Kemm ġiet tiswa? Kemm se jiswa x-xogħol il-ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

San Ġiljan — Triq l-Isqof Romero

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex Triq l-Isqof Romero f'San Ġiljan tinbidel fi spazju fejn ir-residenti jistgħu jipparkjaw fiha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #17294 Sitting 356 2006-02-21 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Rabat — Triq Ħemsija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex partijiet minn Triq Ħemsija, Rabat, Malta li għadha kemm inqalgħet u ġiet irranġata bil-fondi tal-protokoll Taljan, qiegħda ċċedi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati u kemm intnefqu flus fuq: i) bini ta' toroq ġodda, u ii) bini mill-ġdid ta' toroq f"Malta sena b'sena mill-1999 sa l-2005? Kemm kilometri saru kull sena: i) ta' toroq ġodda u ii) ta' bini mill-ġdid ta' toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara By-pass — Bicycle lane

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir bicycle lane fuq il-by-pass ta' Birkirkara, ħalli r-residenti ta' Birkirkara, Balzan, Lija u l-Iklin ikunu jistgħu jmorru l-universita' bir-rota jekk iridu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

"Y" Plates Vehicles

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kumpanniji li jiġbdu films f'Malta ingħatawx il-faċilita' li jużaw chauffeur driven vehicles li mhumiex liċenzjati bil-"Y" plates?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Tas-Swatar HE

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16891, jista' il-Ministru jivverifika l-kundizzjoni ta' Triq Guttenberg, is-Swatar, l/o Imsida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Landrijiet l/o Rabat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb biex it-triq li tieħu għal-Landrijiet, limiti tar-Rabat, tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac peress li tant qiegħda fi stat ħażin li kważi ma tistax tidħol bil-vettura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Imtarfa

Question

Jista' il-Ministru jara li dik il-parti tat-triq arterjali bejn ir-roundabout fit-triq tar-Rabat u r-roundabout ta' fejn iċ-ċimiterju ta' l-Imtarfa, li llum m'għadhiex tintuża għax it-triq ingħatat l-alignment ġdid, titkisser u terġa' issir ħamrija għax bħalissa qed toħloq eyesore kbir li tara t-tarmac fost ir-raba'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’riferenza għar-rimarka li l-Onorevoli Interpellant poġġa quddiem il-kamra, hija l-intenzjoni tal-Awtorita' illi l-area ta’ asfalt imsemmija titkisser u tingħata għall-użu tar-raba. Fil-ġranet li ġejjin ser ikun hemm diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Artijiet fuq min ser jokkupa din ir-raba.

Swatar — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16373 u jgħid liema huma dawk it-toroq li mistennija jiġu asfaltati fis-Swatar, l-Imsida fix-xhur li ġejjin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-toroq li huma mistennja li jiġu asfaltati fis-Swatar u l-Imsida fix-xhur li ġejjin huma :- Triq Bordin Msida Triq Indri Grima Msida Triq it-Tempju Megalitiku Swatar Triq il-Gaffiti Navali Swatar Triq Grossetto Swatar p/o Triq Luigi Onorfio Swatar Triq il-Qanpiena Swatar Triq il-Qattus Swatar Triq is-Sissla Swatar Triq l-Għabex Swatar

San Ġiljan — Triq MichelAngelo Borg

Question

Minħabba ħofra kbira li hemm fil-bidu tat-Triq MichelAngelo Borg, San Ġiljan, jista' isir asfaltar ta' din it-triq li tieħu għat-Triq Reġjonali billi ma kull maltempata li tagħmel il-patching li jagħmlu tal-kunsill jitkaxkar ma' l-ewwel xita? Nifhem li din it-triq hija responsabbilta' tal-gvern ċentrali.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant la hija triq distributorja u l-anqas arterjali u għaldaqstant taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali.

Imdina Road — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-traffic lights li jinsabu fil-karreġġjata li minn Ħaż-Żebbuġ tieħu lejn Ħal Qormi, fil-parti ta' Imdina Road bejn il-ġibjun, il-kalkara tal-ġir u l-qasam industrijali ta' Għarram, mhux qed jaħdmu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn it-traffic lights għadhom ma nxtegħlux minħabba li ġie deċiż illi mat-traffic light poles eżistenti fuq il-post, ser jiġu mwaħħla anke overhead poles u dan biex ikunu aktar viżibbli mis-sewwieqa tal-vetturi li ser ikunu qed jużaw din it-triq. Hekk, l-imsemmija traffic lights ser ikunu aktar safe għall-persuni li ser ikunu qed jużawhom. Ix-xogħol fuq dawn l-overheads jinsab fi stadju avvanzat u huwa ppjanat illi l-istess overhead poles jitwaħħlu fil-ġranet li ġejjin. F’din il-lokazzjoni partikolari, it-traffic lights mingħajr l-overhead poles imsemmija jistgħu jkunu ta’ periklu għal min ikun qed jużahom u għaldaqstant ikun aktar opportun illi jinxtegħlu biss wara li jkunu twaħħlu l-istess overheads.

Gżira — Triq Reġjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi passi ppjanati biex toroq li qed jiġu mgħarrqa fin-naħa tal-Gżira ħdejn Triq Reġjonali, bi problemei kbar għal-familji, tant li ġieli ġew żgumbrati minħabba l-għargħar u l-periklu għalihom, jiġu rranġati biex din il-problema serja tittaffa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-twegiba ghal din il-mistoqsija parlamentari ser tinghata f'seduta ohra.

Birkirkara — Triq Mons. Depiro

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-parti mit-Triq Mons. Depiro, f'Birkirkara, li għadha bla tarmac, jinbeda x-xogħol fuqha għaliex qiegħda tkun ta' detriment għar-residenti ta' dik it-triq? F'każ li se jinbdew ix-xogħlijiet, jista' jgħid meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta' toroq ġodda u dawn ix-xogħlijiet se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.