Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra, fl-aħħar 10 snin, sena b’sena? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u d-dazju mitluf sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Waqt li ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm b’kollox tlettax-il persuna li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013, ma narax il-ħtieġa li nagħti isimhom għal raġunijiet ta’ data protection.
Ministeru għall-Finanzi — person of trust u position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29924 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-saħħa f'termini perċentwali meta kkomparata mill-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż għal kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista' jgħid kemm mistennija tkun fis-sena kurrenti (2017)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tas-saħħa f’termini perċentwali meta kkomparata mal-Prodott Gross Domestiku ibbażata fuq statistika fuq in-nefqa tal-gvern ikklassifikata skont il-funzjonijiet tal-gvern (Classification of Functions of Government, COFOG) u miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kienet 5.7% fl-2013; 5.7% fl-2014; u 5.8% fl-2015. Il-figura komparabbli għall-2016 għadha ma nħadmitx.
Fl-istess ħin ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma joħroġx stimi u allura m’inix f’pożizzjoni li nagħti t-tagħrif mitlub għall-2017.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29624 u jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tas-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jispjega kif skont paġna 60 tal-Economic Survey 2016, il-produzzjoni industrijali tal-farmaċewtika għall-ewwel seba’ xhur tas-sena niżel bi kważi 10% filwaqt li skont in-News Release tad-9 ta’ Jannar 2017 fuq l-International Trade, il-valur tal-esportazzjoni tal-istess prodotti farmaċewtiċi għall-perjodu Jannar sa Novembru żdiedu bi 265.8%?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, waqt li l-produzzjoni industrijali tal-farmaċewtika kkwotata fl-Economic Survey hi bbażata fuq volum u fuq tagħrif miġbur minn kampjun (sample), il-figura tal-esportazzjoni li tidher fin-News Release u li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi bbażata fuq il-valur u hi dik attwali.
Ministeru għall-Finanzi — person of trust u position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD — proposti
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28674, jista’ l-Ministru jgħid, mill-proposti li ġew imressqa mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-MCESD għall-Baġit 2017, kemm minnhom ġew inkorporati fil-baġit u kemm minnhom tħallew barra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
It-tagħrif li qed jitlob għalih l-Onor. Interpellant jinstab bejn id-dokument bl-isem Measures proposed by the Gozo Regional Committee of the MCESD for the 2017 Budget (September 2016) li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ftit jiem ilu mill-Onor Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u fid-Diskors tal-Baġit 2017 li jien għamilt f’din il-Kamra fis-17 ta’ Ottubru 2016.
Il-Ministeru ma jistax jagħmel l-eżerċizzju mitlub mill-Onorevoli Interpellant għaliex ikun soġġettiv ħafna li tiddikjara jekk kull waħda minn madwar tlett mitt proposta li ġew sottomessi ġewx inkorporati u, jekk iva, il-grad ta’ kemm ġew inkorporati.
Il-Bagit hu eżerċizzju ferm akbar minn sempliċi kullana ta’ miżuri. Huwa strument li fit-totalità tiegħu jistimola l-ekonomija biex tilħaq l-ogħla potenzjal possibbli u tara li l-ġid jitqassam mas-saffi kollha tas-soċjetà Maltija u Għawdxija.
Ministeru għall-Finanzi — Personal Emoluments - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit.
Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016, din l-informazzjoni għadha mhix konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.
Palazz tal-President – xogħlijiet relatati mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm intefqu flus u lil min għax-xogħol kollu li twettaq fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza minħabba dak kollu relatat mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew li se tibda f'Jannar li ġej? Kemm minn dawn l-ispejjeż kienu direct orders u lil min?
Ministeru għall-Finanzi — persuni f'position of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura 5 persuni f’position of trust mal-Ministeru għall-Finanzi. Bħalissa fil-Ministeru fadal 2 persuni f’position of trust.
Ħadd min dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’
position of trust
trid tkun fis-settur pubbliku.
Draft Financial Estimates – Abstract of Recurrent Expenditure
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima (budget) għan-nefqa rikorrenti f’termini assoluti kif tidher fit-tabella Abstract of Recurrent Expenditure li hija inkluża fid-dokument Draft Financial Estimates tal-Budget għal kull sena bejn l-2010 u l-2015? Jista’ jgħid b’kemm, f’termini assoluti, ġiet maqbuża din l-istima sena b’sena għall-istess ħames snin u dan kif joħroġ mill-istess tabella? Kemm hu stmat li tkun id-differenza fl-2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi – abbuż fir-refunds għal safar ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi mill-Ministeru għall-Finanzi biex jassigura li l-abbużi fir-refunds dovuti għal safar ministerjali, kif mikxufa mill-Awditur Ġenerali, ma jirrepetux ruħhom? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi ttieħdu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull nuqqas li jiġi identifikat mill-Awditur Ġenerali fir-rapport annwali tiegħu jiġi indirizzat.
Nikkonferma li din id-darba, kif jiġri normalment, il-Ministeri ġew mitluba li dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati biex ma jiġrux darb’oħra.