Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Hon. Interpelant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Residenza San Vinċenz de Paul – swat fuq persuna

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ġimgħa li għaddiet familjari ta’ residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul qabdu wieħed mill-impjegati tal-ward isawwat anzjan fil-Psychogeriatric Ward Men? Jista’ jinforma lill-Kamra x’tip ta’ investigazzjoni qed issir fuq dan il-każ? Jista’ jgħid jekk il-persuna in kwestjoni ġietx sospiża mix-xogħol u jekk iva, meta din il-persuna ġiet sospiża mix-xogħol jew inkella għadhiex taħdem fir-Residenza San Vinċenz de Paul fuq xogħol differenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allegat każ, ġie ikkomunikat lill-amministrazzjoni ta’ San Vincenż l-għada li allegatament seħħ l-inċident. L-investigazzjonijiet bdew mill-ewwel, skont il-proċeduri stabbiliti, waqt li rajna li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa skont Regolament 20 tal-Kodiċi għall-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku. L-amministrazzjoni ser tkun qed tieħu dawk il-passi kollha mehtiega skont l-eżitu tar-riżultati li joħorġu mill-investigazzjonijiet.

Adozzjonijiet ta’ tfal — Malta u l-Bulgarija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni bejn Malta u l-Bulgarija rigwardadozzjoni tat-tfal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tas-sitwazzjoni bejn Malta u l-Bulgarija, fejn jidħlu addozzjonijiet tat-tfal, id-Dipartiment tal-Istandards u Ħarsien Soċjali qiegħed jistenna li tkun qiegħda tittieħed deċiżjoni mid-Dipartiment tas-saħħa, dwar il-proċeduri mediċi involuti.

Adozzjoni – kriterji u kundizzjonijiet ta’ saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma l-kriterji jew il-kundizzjonijiet relatati mas-saħħa li qed jimpedixxu milli pajjiżna jkollu opportunitajiet ta’ adozzjonijiet tat-tfal min-numru ta’ pajjiżi? Jista’ jindika liema huma l-pajjiżi li qed jiffaċċjaw problemi jew intoppi relatati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Fostering tat-tfal — placements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il placement ta' tfal għall-fostering għamel u ordna hu personalment fl-aħħar sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Hon. Interpelant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegibha tinghata f'seduta ohra.

Anzjani – allowance ta’ €300

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha, anzjani li għandhom 78 sena jew iktar ingħataw allowance ta’ €300, bejn Jannar u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija ? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allowance ta’ €300 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom ’l fuq minn 75 sena u li għadhom jgħixu fil-kommunità. Sa issa matul din is-sena kien hemm 27,803 persuni li bbenifikaw minn din l-allowance. L-ispiża imħallsa sa issa fuq din il-miżura għal din is-sena kienet ta’ €8,299,520.44.

Social Housing — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn individwi li qed jistennew social housing? Jista’ jgħid kif dan jikkumpara ma’ dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? X’inhuma l-etajiet ta’ dawk li applikaw? Kemm minnhom huma single mothers? X’inhu n-numru ta’ membri fil-familja ta’ dawk li applikaw? Kemm tqassmu residenti soċjali dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 2918 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva li minnhom 1004 huma single parents. In-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti meta tikkomparah fuq medda ta’ ħames snin, jesegwixxu dawn l-osservazzjonijiet li wieħed jista’ jara fit-tabella t’hawn isfel. Sena Total ta’ applikazzjonijiet pendenti Sat-18 ta’ Ġunju 2015 2918 Sat-30 ta’ Ġunju 2014 3184 Sat-30 ta’ Ġunju 2013 3108 Sat-30 ta’ Ġunju 2012 2559 Sat-30 ta’ Ġunju 2011 2105 Sat-30 ta’ Ġunju 2010 2285 L-etajiet ta’ l-applikanti li tefgħu is-sottomissjoni tagħhom għall-akkomodazzjoni alternattiva ivarjaw kif ġej: Eta’ Total Bejn 18 – 21 sena 155 Bejn 22 – 25 sena 342 Bejn 26 – 40 sena 1106 Bejn 41 – 65 sena 1027 66+ 288 Total 2918 Minn dawk li applikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva, il-households applikanti kienu jikkonsistu f’tant numru ta’ membri fil-familja, hekk kif l-Onor. Interpellant jista’ jara fid-dettal fit-tabella t’hawn taħt. Ammont ta’ membri fil-familja Total 1 831 2 993 3 592 4 318 5 126 6 33 7 17 8 7 12 1 Total 2918 Dawn l-aħħar erba’ snin u tul din is-sena (2015), tqassmu total ta’ 775 residenza soċjali, kif imqassma hawn taħt mill-2011 sal-preżent. Allokazzjonijiet Total Sena 2011 92 Sena 2012 270 Sena 2013 179 Sena 2014 182 Sat-18 ta’ Ġunju 2015 52 Total 775

Ċekk ta' kumpens — każ ta' persuna

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16665, 16345, 15941, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna rigward ċekk ta' kumpens?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Adozzjonijiet ta' tfal — opportunitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi barranin il-Gvern jinsab viċin li jasal fi ftehim biex jinfetħu opportunitajiet ġodda jew jerġgħu jinfetħu dawk li kienu diġà eżistenti dwar possibilitajiet ta' adozzjoni ta' tfal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-pajjiz/pajjizi jigu mhabbra fil-futur qarib malli jigi iffirmat ftehim ma’ dawn il-pajjizi.

Adozzjonijiet ta' tfal

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16911, jista' l-Ministru jgħid għal liema pajjiżi kien qed jirreferi meta qal "fost l-oħrajn"?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pajjiżi fejn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.

Settur tal-Adozzjoni — viżjoni tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-viżjoni tal-Gvern fuq is-settur tal-Adozzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li il-viżjoni tal-Gvern fuq is-settur tal-adozzjoni hija li ninstensifkaw il-kuntatti ma’ pajjiżi barranin u nilħqu ftehim ma’ numru minnhom meta possibbli biex jinfetħu dejjem aktar opportunitajiet ġodda ta’ adozzjonijiet għal ġenituri interessati f’pajjiżna.

Residenza San Vinċez de Paul — televiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16916 u ċjoè: B'referenza għal dak li qal l-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-10 ta' Mejju fuq l-Istazzjoni Familuy Living waqt il-programm 'Bejnietna' fejn stqarr li għaddejjin investigazzjonijiet fir-Residenza San Vinċenz de Paul dwar allegat abbuż li f'ċerti swali fil-postijiet pubbliċi it-televiżjoni kien jitħalla fuq l-istazzjoni tal-partit labursita, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul — investigazzjoni jew proċeduri ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16917 u jgħid kemm kien hemm investigazzjonijiet jew proċeduri ta' dixxiplina fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 57 investigazzjoni/proċeduri ta' dixxiplina fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015.

Residenza San Vinċenz de Paul — deċiżjonijiet ta' dixxiplina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16918 u jgħid jekk u kemm kienu l-ħaddiema li ġew sospiżi fuq deċiżjonijiet ta' dixxiplina u mil-liema swali jew dipartiment oħra fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn April 2013 u Mejju 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi kien hemm 5 ħaddiema li ġew sospiżi fuq deċizjonijiet ta’ dixxiplina. Il-ħaddiema inkwistjoni kienu jaħdmu f’dipartmineti differenti.

Allokazzjoni ta' Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Bord minn meta tħabbret l-elezzjoni fis-7 ta' Jannar 2013 sal-ġurnata tal-elezzjoni tad-9 ta' Marzu 2013 u kemm-il allokazzjoni saret? Kemm-il kuntratt tal-allokazzjoni sar fil-ġimgħa ta' qabel l-elezzjoni ġurnata b'ġurnata? Kemm-il kuntratt ta' allokazzjoni saru li ma ngħatawx iċ-ċwievet mal-kuntratt, meta saru dawn il-kuntratti u x'kienet ir-raġuni? Jekk minn dawn il-kuntratti li ma ngħatawx iċ-ċwievet kienx hemm minnhom li ma ngħatawx minħabba strutturi perikolużi jew għax il-post kien malandat? Jista' jingħadd kemm kienu l-ispejjeż marbuta magħhom għal kull proprjetà individwali u fejn kienu bħala lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-7 ta’ Jannar 2013 sad-9 ta’ Marzu 2013, il-Bord iltaqa’ sebgħa darbiet li fih saru 175 allokazzjoni. Il-Bord inkwistjoni iltaqa’ fid-dati li ġejjin: 24 ta’ Jannar 2013, 30 ta’ Jannar 2013, 5 ta’ Frar 2013, 8 ta’ Frar 2013, 15 ta’ Frar 2013, 28 ta’ Frar 2013 u 4 ta’ Marzu 2013. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabelli t’hawn taħt rigward informazzjoni fuq kuntratti ta’ allokazzjonijiet, u għall statistika iddettaljata ta’ kemm ċwievet ma ngħatawx, u għal liema raġuni jekk il-każ, u l-ispejjeż involuti f’dan ir-rigward għal kull propjeta’ individwali, u l-lokalitajiet ikkonċernati. Data tal-kuntrattNumru ta’ kuntratti 1 ta’ Marzu 20136 4 ta’ Marzu 201312 5 ta’ Marzu 201314 6 ta’ Marzu 201320 7 ta’ Marzu 201322 8 ta’ Marzu 201310 Total84 Data tal-kuntratt li ċ-ċwievet ma ingħatawx mal-kuntrattRaġuniSpejjeż biex jitneħħa l-perikluLokalita’ 5 ta’ Marzu 2013Periklu€17,100.01Bormla 7 ta’ Marzu 2013Periklu€11,514.75Furjana 7 ta’ Marzu 2013Pre-allokazzjoniStima għadha mhix finalizzata. Ħamrun 8 ta’ Marzu 2013Periklu-Birgu* *L-applikant ingħata post alternattiv riċentament peress li dan huwa post tal-Uffiċċju Konġunt u mhux vijabbli li jiġi rranġat mill-Awtorita’ tad-Djar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Hon. Interpelant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegibha tinghata f'seduta ohra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Hon. Interpelant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegibha tinghata f'seduta ohra.

Għawdex – Użu min-Night Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jagħmlu użu min-Night Shelters f’Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm persuna waħda li qed tagħmel użu minn Night Shelter ta’ dar Padova, f’Għajnsielem Għawdex.

Djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità — Standards

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istandards li se jkunu qed jiġu segwiti fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju fuq Standards li ser ikunu segwiti fid-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità huwa lest u dalwaqt ser ikun qiegħed ippublikat għall-pubbliku.

Djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità – Konsultazzjoni fuq Standards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min saret konsultazzjoni (jekk saret) fit-tfassil tal-Istandards għad-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lil Hon. Interpelant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegibha tinghata f'seduta ohra.