Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – pazjenti għall-kura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, jum b’jum, kemm kien in-numru ta’ pazjenti li kienu għall-kura fl-Isptar Mater Dei imma li fil-fatt jeħtieġu kura f’nursing homes jew post ta’ riabilitazzjoni u mhux kura akuta?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni ghada qed tingabar.

Mediċina Botox

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pazjenti li jkollhom stroke ma baqgħux jingħataw il-mediċina Botox? Jaħseb li din il-prattika se tinbidel u jekk iva, meta se tinbidel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-direttorat tal-Affarijiet Farmacewtici m’ghandux informazzjoni li l-medicina Botulinium toxin (Botox) kienet tinghata lill-pazjenti li sofrew minn puplesija.

Memorandum of Understanding – Università ta’ Pisa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12353 u jgħid x’xogħol sar matul din is-sena skont kif provdut fil-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mal-Università ta’ Pisa f’Settembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ma hemm l-Ebda Memorandum of Understanding iffirmat mal-Universita ta’ Pisa. L-Memorandum of Understanding kien gie iffirmat mar-Regjun ta’ Toscana. Ma sar l-ebda xoghol fuq dan il-Memorandum matul is-sena 2014.

Pazjenti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern qed jippjana li jibda jġib pazjenti barranin f’Malta fuq bażi kummerċjali (imsejjaħ ukoll turiżmu mediku) biex isirilhom trattament ġewwa faċilità tal-Gvern, minkejja li għad hemm waiting lists twal għal pazjenti Maltin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Dan il-gvern qed iwettaq hidma intenziva biex inaqqas il-waiting lists ezistenti u diga kiseb rizultati pozittivi. Dan il-gvern ser jibqa ffukat biex itejjeb is-servizz li jinghata.

Servizzi tas-Saħħa – Introduzzjoni ta’ Electronic Patient Record

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12349, jista’ l-Ministru jgħid konkretement x’inhuma l-pjanijiet ta’ implimentazzjoni ta’ Electronic Patient Record integrata fis-servizz tas-saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bħala parti mill-Istrateġija Nazzjonali ta’ l-eHealth, il-Gvern qed jippjana l-kreazjoni ta’ National Electronic Health Record li tintegra d-dettalji kliniċi tal-pazjenti minn diversi sistemi f’oqsma differenti tas-servizzi tas-saħħa u li b’hekk tippermetti iżjed kontinwità fil-kura tal-pazjenti.

CPAS — implimentazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12350, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jaddotta s-sistema CPAS bħala l-Electronic Patient Record tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

.Nirreferi lill-Onorevoli interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 13224

CPAS — ċertifikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12351, jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sistema CPAS hija sistema approvata mill-MITA?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli interpellant biex jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkoncernat.

CPAS — ċertifikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12351, jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sistema CPAS hija sistema li hija aderenti (compliant) mal-istandard HL7?

Response (MIZZI, KONRAD)

CPAS titrasmetti ‘data’ lil sistemi oħra permezz tal-HL7 standard.

Sptar Mater Dei — Pazjenti trasferiti għal istituzzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Novembru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm-il pazjent ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei lejn: (1) L-Isptar San Vinċenz; (2) L-Isptar Karin Grech; (3) Djar tal-anzjani tal-Gvern; (4) Djar tal-anzjani Privati;(5) Oħrajn u fejn? Jista’ jqabbel dawn l-istess figuri mal-istess perjodu tal-aħħar 3 snin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Director General Finance and Administration

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12953 u 13563 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament bħala Director General Finance and Administration of Health fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li ismu jidher hawn fuq, u li gie appuntat fi Frar 2014, iħaddan il-pożizzjoni ta’ Chief Finance and Adminsitration Officer u għalhekk l-pakkett finanzjarju tiegħu huwa ta’ € 75,000. L-individwu li għalih qed jirreferi l-Onorevoli interpellant, għandu esperjenza estinsiva fil-qasam finanzjarju, b’27 sena ġol-Maltacom u GO plc u 8 snin minnhom bħala Group Finance Director. Huwa Membru taċ-Chartered Association of Certified Accountants (ACCA), għandu Warrant bħala Certified Public Accountant (CPA); Membru tal-Malta Institute of Accountants; Awditur (CPAA) u Fellow of the Chartered Association of Certified Accountants (FCCA).

Trattamenti tal-IVF — Nisa tal-età ta' 43 sena

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12526 fejn intqal li 17-il omm ta’ aktar minn 43 sena kellhom tarbija kull sena fl-aħħar tliet snin, jista’ l-Ministru jgħid għaliex in-nisa ta’ 43 sena ma jistgħux jagħmlu trattament tal-IVF meta r-riżultati tad-demm juru li dawn għandhom ċans tajjeb li joħorġu tqal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi ghat-twegiba ta’ PQ 12222

Trattamenti tal-IVF — Rifjut minħabba l-età tal-mara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa li applikaw biex jagħmlu l-IVF u ġew miċħuda mill-Embryo Protection Authority minħabba li għalqu l-età ta’ 43 sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 3 applikazzjonijiet ta' eta' 43-il sena u fuqha.

Servizz tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux każ ta’ inġustizzja meta dawn in-nisa jista’ jkun li għandhom bżonn l-għajnuna biex joħorgu tqal minħabba problemi mhux konnessi mal-età, pereżempju problemi min-naħa tal-partner?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-onorevoli interpellant tispicifika liema nisa qed tirefferi ghalihom.

Trattamenti tal-IVF — Nisa tal-età ta' 43 sena

Question

F’każ li l-Gvern iħoss li m’għandux jgħin lil nisa li għalqu 43 sena biex jagħmlu t-trattament tal-IVF fl-isptar tal-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux jitħallew jagħmlu dan fil-privat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-etá massima hija stabbilitá fil-Protocol maħruġ mill-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijun u tapplika kemm għal servizz pubbliku u dak privat.

Xiri ta’ oqbra

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsabu l-proċeduri għax-xiri ta’ numru ta’ oqbra li nħarġu għall-bejgħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal-liema proċeduri ta’ xiri u ċimiterji qed jirriferi.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12345 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-MAM ġietx ikkonsultata dwar il-proġett mal-Barts School of Medicine u jekk hemmx qbil magħha dwar l-operat f’dan il-proġett?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba ghad-domanda numru 13215.

Barts School of Medicine — ftehim

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12345 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-KSU u l-MMSA ġewx ikkonsultati dwar il-proġett mal-Barts School of Medicine u jekk hemmx qbil magħhom dwar l-operat f’dan il-proġett u kif dan jista’ jkun qiegħed jimpattahom bħala studenti tal-mediċina?

Response (MIZZI, KONRAD)

Id-dipartiment tas-sahha kellhu laqghat mal- MMSA fejn gie diskuss il-progett ta' Barts School of Medicine.

San Ġiljan – Ċentru Reġjonali għall-kura primarja – project brief

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12343 u 8075 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ l-Ministru jagħti data meta se jitlesta l-cost benefit analysis imsemmi fit-tweġiba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li bħalissa għaddej studju kif l-aħjar jiġu allokati fondi potenzjali mill-Ewropa.

Kartuna safra/roża – applikazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistosija parlamentari 12344 u 8085 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6535 (li kienet tirrigwarda applikazzjonijiet ġodda għall-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża minn Jannar 2012 sa Novembru 2013), jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-proċess tat-tender għas-sistema tal-entitlement baqa’ ma ġiex konkluż mill-Gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fil-prezent, il-Ministeru qed jevalwa sistemi ġodda ta' IT biex jintużaw fl-istock control .

GP Trainees — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex din is-sena ma ħarġietx is-sejħa għall-GP Trainees kif kienet toħroġ b’mod regolari fis-snin li għaddew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninfurma l-Onor. Interpellant illi dan il- kaz qieghed il- qorti.