Peress li f'ħarġa riċenti tal-OECD, nikkwota l-kliem eżatt li "the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers to agriculture produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity, measured at the farm gate level" huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' l-UE ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isejjaħ dawn il-fatti li ġġib sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE fuq il-familji Maltin u Għawdxin bħala ħrejjef?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għax hekk huma, xejn ħlief ħrejjef. L-ispiża ta' l-Unjoni Ewropeja fit-tħaddim tal-'Common Agricultural Policy' għandha titqies biss bħala solidarjeta' mall-bdiewa tal-pajjiżi membri ta' l-Unioni Ewropeja bħala rikonoxximent għall-produzzjoni ta' l-ikel u għaż-żamma ta' l-ambjent. Mingħajr l-inċentivi tal-'Common Agricultural Policy, il-produzzjoni ta' l-ikel tkun ħafna anqas u l-prezzijiet għall-konsumatur ħafna aktar.
Peress li f'Ottubru tas-sena l-oħra l-BBC f'wieħed mir-rapporti li għamel qal li l-CAP qed tiswa lill-familji ta' erba' persuni tal-pajjiżi membri ta' l-UE 20 sterlina fil-ġimgħa, li huma madwar Lm600 fis-sena għall-familji Maltin, jista' l-Ministru jgħid għaliex skond huwa dawn il-fatti huma ħrejjex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għax hekk huma, xejn ħlief ħrejjef. L-ispiża ta' l-U.E. fit-tħaddim tal-CAP għandha titqis biss bħala solidarjeta' mall-bdiewa tal-pajjiżi membri ta' l-U.E. bħala rikonoxximent għall-produzzjoni ta' l-ikel u għaż-żamma ta' l-ambjent. Mingħajr l-inċentivi tal-CAP, il-prodizzjoni ta' l-ikel fl-Ewropa kienet tkun ħafna anqas u l-prezzjijiet għall-konsumatur ħafna aktar.
Peress li fl-ewwel disgħa xhur tas-sena l-GDP niżel b'kawżi miljun fis-setturi tal-biedja u sajd meta pparagunat mas-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet ta' dan it-telf?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-kontribut tal-Agrikoltura u Sajd għall-GDP huwa stmat li naqas b'Lm700,000 fl-ewwel 9 xhur ta' din is-sena, meta mqabbel ma l-ewwel 9 xhur tas-sena l-oħra. Eventwalment dan setgħa kien ikkaġunat minn bejgħ anqas ta' bajd frisk.
Għall-iżjed dettalji ta' statistika l-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu raġunijiet li l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd Maltin u l-uffiċjali ta' l-UE li flimkien għamlu l-iscreening tas-sajd fil-gżejjer tagħna ma ltaqgħux mal-Koperattivi Nazzjonali li jirrappreżentaw is-sajjieda Maltin u Għawdxin?
Kemm il-laqgħa saret bejn l-uffiċjali Maltin tas-sajd u ta' l-UE sabiex sar dan l-iscreening u jekk saru xi konsultazzjonijiet ma' minn saru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari numru 10901.
Peress li huwa previst li l-Ministeru tal-Biedja u Sajd se jieħu għajnuna ta' madwar Lm600,000 mill-UE sabiex id-Dipartment tas-Sajd u ta' l-Agrikoltura, l-bdiewa, raħħala, produtturi, sajjieda u l-Agro Industrija jaġġornaw mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u CFP, jista' l-Ministru jgħid kif dawn il-flejjes se jitqassmu qasam, qasam u dipartment dipartiment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għall-ewwel darba l-Onor. Interpellant qed jammetti u jikkonferma li l-U.E. tgħin b'mod finanzjarju biex jiġu msaħħa l-oqsma tal-Biedja u Sajd anke fil-perjodu sakemm insiru membri sħaħ.
Bħas-soltu l-figura li kkwota l-Onor. Interpellant ma hiex figura uffiċjali. Tkun xi tkun il-figura, din titqassam skond prijoritajiet li jiġu determinati skond il-ħtieġa.
B'riferenza għall-preparazzjonijiet li jridu jsiru sabiex pajjiżna jkunu konformi mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u CFP, jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkulata n-nefqa li l-Gvern Malti jrid jiffinanzja sabiex jimplimenta dawn il-bidliet qabel is-sħubija?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-istess kalkoli tan-nefqa dejjem għall-Gvern Malti wara s-sħubija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-'bilateral screening' u wara li jiġu mifthema il-miżuri u l-bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-Biedja u Sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu u kemm jekk ma nidħlux fl-U.E.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata n-nefqa lid-Dipartiment tal-Agrikoltura jenħtieġ sabiex jiżviluppa l-laboratorji tiegħu ħalli jsiru l-analisi tal-ħamrija, ilma, eċċ u l-MRL's fuq il-ħxejjex u l-frott frisk li jipproduċu l-bdiewa Malin u Għawdxin?
Meta fil-fatt se jiġi żviluppat dan ix-xogħol fid-dipartment u fejn se jsir dan l-iżvilupp?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-laboratorju li ħalla warajħ l-Onor. Interpellant huwwa suffiċjenti.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa li l-Gvern Malti jrid jiffinanzja sabiex id-Dipartiment tas-Sajd u tal-Biedja sezzjoni sezzjoni jkun konformi mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u CFP li ġew pproġettati mill-5 ta' Settembru tal-1998 'il hawn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-'bilateral screening' u wara li jiġu mifthema l-miżuri u l-bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-Biedja u Sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu u kemm jekk ma nidħlux fl-U.E.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-kalkoli tan-nefqa li ġiet ipproġettata mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn li l-agro-industrija fil-gżejjer tagħna tirrikjedi sabiex tiffinanzja l-investiment meħtieġ sabiex tkun konformi mal-liġijiet, regoli u direttivi tal-CAP u ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din l-informazzjoni tkun tista' tiġi kkwantifikata wara li jitlesta l-'bilateral screening' u wara li jiġu mifthema l-miżuri u l-bidliet kollha li jkunu meħtieġa għall-ġid tal-Biedja u Sajd, liema tibdiliet huma meħtieġa kemm jekk nidħlu u kemm jekk ma nidħlux fl-U.E.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa mill-inħawi ta' Ħad-Dingli, Rabat u nħawi oħra li rrapportaw lid-Dipartiment tal-Biedja ħsarat kkawżat mis-silġ li għamel is-Sibt 13 ta' Novembru, 1999?
Kemm kienet stmata l-ħsara kkawżata?
Jikkonsidra l-Ministru li dawn il-bdiewa jingħataw l-istess għajnuna li ngħataw bdiewa oħra ftit tax-xhur ilu li ġarbu ħsarat simili kawża tal-maltemp?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-maltempata tas-silġ li laqtet l-aktar l-inħawi ta' Ħad-Dingli u ta' madwar għamlet ħsara fl-uċuħ lill madwar 40 bidwi.
Din il-ħsara għada qed tiġi stmata.
Fil-ħsara li ġrat fid-19 ta' Novembru 1998 il-bdiewa qed jiġu kompensati biss għal telf ta' strutturi u materjal. Din il-ħsara tas-silġ ta' dan ix-xahar ikkaġunat l-aktar ħsara fl-uċuħ kif ukoll ħsara ta' ftit liri li jammontaw għal madwar Lm700 fi ħġieġ tas-serer.
Qed isiru spezzjonijiet lill dawk il-bdiewa li rrapportaw dawn il-ħsarat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' sajjieda Maltin u Għawdxin fulltime u part-time fil-mument?
Peress li sar l-iscreening tas-sajd bejn id-Dipartiment tas-Sajd u l-uffiċjali ta' l-UE, jista' l-Ministru jinformani kemm huwa n-numru ta' sajjieda fulltime u part-time tal-pajjiżi membri u kemm minn dawn is-sajjieda ġejjin mill-pajjiżi tal-Mediterran?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sajjieda full-time huma: Maltin - 250 Għawdxin - 130
Is-sajjieda part-time huma: Maltin - 1315 Għawdxin - 228
L-istati membri ta' l-Unioni Ewropeja ma jikkategorizzawx id-dgħajjes tas-sajd tagħhom f'full-time u part-time u l-kwantita totali ta' sajjieda kienet ikkwotata fid-domanda parlamentari ta' l-istess interpellant nru 10917.
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li l-Gvern kellu fin-negozjati tiegħu dwar il-każ tas-sajjieda Maltin u Għawdxin li sofrew danni fl-ibħra internazzjonali tar-reġjun tal-Mediterran mis-sajjieda Tunesini?
Meta sar l-ewwel kuntatt uffiċjali bejn iż-żewġ ministri tas-sajd taż-żewġ pajjiżi u meta se jkomplu dawn il-konsultazzjonijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambaxxatur ta' Malta f'Tuneż għamlu r-rapreżentazjonijiet tagħhom lill-uffiċjali għolja tal-Gvern Tuneżin u lill-Ambaxxatur ta' Tuneż f'Malta. Il-Gvern Tuneżin minn naħa tiegħu wiegħed li ser jagħmel verifika tal-fatti irrapurtati u jikkomunika lura ir-riżultati.
Ma saru l-ebda laqgħat bejn il-Ministri rispettivi pero f'April li għadda kienet saret żjara f'Tuneż fejn iltaqgħu iż-żewġ Diretturi tas-Sajd. Il-konsultazzjoni bejn id-Dipartimenti għada għaddejja permezz ta' korrispondenza.
B'riferenza għal każ li nqala' bejn sajjieda Maltin u Tuneżin u l-iżvantaġġ kbir li qed jiffaċċjaw is-sajjieda Maltin u Għawdxin, jista' l-Ministru jinformani x'miżuri temporanji qed jieħu l-Gvern Malti u l-Armata sabiex fiċ-ċirkostanzi jipproteġi l-qagħda kritika li jinsabu fiha s-sajjieda Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Palamentari numru 11478 u nżid ngħid illi meta s-sajjieda Maltin javżaw lill-Malta Radio li ħerġin fuq il-'fishing grounds', il-'Patrol Boats' joħorġu fuq 'Patrol' qrib l-istess 'fishing grounds'. Jiena nemmen li ma jkunx għaqli li nieħdu azzjonijiet bil-mezzi ta' l-armata għax dawn jistgħu jiġu interpretati bħala aggressjoni u jirrovinaw ir-rapport ta' "Buon Vicinat" li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien ta' xulxin.
Inżid ngħid li wara l-inċidenti li saret referenza għalihom, is-sajjieda tagħna ħarġu jistadu fl-istess ibħra mingħajr xkiel.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9860, il-Ministru qed jirriferi għall-47 tunnellata Sante' jew Alpha?
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż taż-żewġ esportazzjonijiet ta' l-Alpha u tas-Sante' għall-ewwel 471 tunnellata taż-żewġ varjetajiet?
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt ta' l-esportazzjoni Alpha mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-ewwel 471 tunnellata patata ta' Malta li kienet imsiefra din is-sena kienet tal-varjeta Sante'. Għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9860 ma setgħatx ma tikkonċernax din il-varjeta.
L-ispejjeż għall-ġarr tal-patata Sante' u dawk għall-ewwel 471 tunnellata Alpha laħqu Lm19,455 u Lm21,282 rispettivament.
Kif jaf tant tajjeb l-Onor. Interpellant, il-kuntratt preżenti kien iffirmat fil-5 ta' Mejju 1998, jiġifieri qabel ma għalaq dak ta' qablu fejn kawża ta' hekk il-kuntrattur ma kellux jagħmel xi sforzi żejda biex joħroġ ta' raġel lejliet l-għotja ta' kuntratt ġdid, ovjament ħobżu kien diġa maħżun minn sena qabel. Kien għaldaqstant li l-patata dik is-sena ma kisbitx prezzijiet aħjar, peress li diġa kellu l-kuntratt ta' tlett snin ta' wara f'idejh.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9650, jista' l-Ministru jinformani kemm saru laqgħat mal-bdiewa u l-kooperattiv tagħhom kif ukoll mal-Pitkala dwar il-grading skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?
Meta saru u x'punti tqajjmu mill-bdiewa mill-koperattivi u pitkala dwar dawn ir-regoli?
Response (ZAMMIT, NINU)
Konsultazzjoni ma' kull min hu nvolut sejra ssir fi żmien qasir.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9647, il-Ministru fit-tweġiba tiegħu qed jirriferi għall-istrutturi u l-apparat tal-kwarantina lokali li huma konformi ma' l-istandards u liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nikkonferma li l-liġijiet tal-kwarantina u l-kundizzjonijiet ta' l-importazzjoni ta' l-annimali huma simili ma dawk ta' l-Ewropa, jekk mhux iktar stretti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9649, jista' l-Ministru jinformani bir-regoli l-ġodda fuq il-volum u dispożizzjoni tad-demel mill-irziezet tal-majjal li l-produtturi lokali jridu jkunu konformi magħhom bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Kemm se jiswa fis-spejjeż lir-raħħal produtturi tal-majjal f'Għawdex u f'Malta?
Kemm saru laqgħat sabiex ir-raħħala jiġu nformati dwar dawn il-bidliet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li immaterjalment mis-sħubija ma' l-Unjoni Ewropeja, diġa qed jittejbu l-faċilitajiet tad-dispożizzjoni tad-demel mill-irziezet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma fil-fatt ir-regoli, standards minimi u regoli ta' l-iġjene minimi li qed jirriferi għalihom f'mistoqsija parlamentari numru 9646?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-regoli tal-UE?
Saru xi laqgħat ma' dawn il-bejjiegħa tal-ħaxix u frott frisk sabiex jiġu mfissra lilhom dawn ir-regoli minimi ta' standards u iġjene ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-Regolament tal-Kunsill Numru 2200/96 u regolamenti oħra relattivi. Konsultazjonijiet mal-GRTU sejra ssir fi żmien qasir.
Peress li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea timplika t-tneħħija tal-kwoti tat-trobbija tal-majjal, jista' l-Ministru jinformana kif se ssir din it-transizzjoni mal-produtturi Maltin u Għawdxin? Kemm saru laqgħat mal-produtturi u x'kienet l-opinjoni tagħhom dwar it-tneħħija tal-kwota?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwota tal-majjal jiġu diskussi waqt in-negozjati. Kontrarjament għall-implikazzjoni li qed jistqar l-Onor. Interpellant, il-pożizjoni tal-Ministeru hija li dawn il-kwoti jibqgħu iseħħu.
Peress li sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea tiftaħ il-25 mil tal-kosta ta' pajjiżna għal sajd ta' 105,000 sajjied ġejjin mill-pajjiżi tal-Mediterran li huma membru ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinformana kif dan se jaffetwa lis-sajjieda Maltin u Għawdxin? Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mas-sajjieda Maltin u Għawdxin dwar dan il-fatt? Kemm saru laqgħat mal-koperattivi tas-sajjieda dwar din il-materja li tista' thedded l-għajxien tas-sajjieda Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jekk l-Onor. Interpellant diġa jaf illi l-kosta tagħna taħt il-25 mil ser tkun miftuha għall-105,000 sajjieda mill-pajjiżi tal-Mediterran li huma membri ta' l-UE għandu informazjoni avvanzata iktar minn dan il-Ministeru. Il-Ministru jkun f'pożizzjoni li jiddiskuti l-ftuh jew le fl-egħluq tan-negozjati. Laqgħat mas-sajjieda jsiru b'mod regolari minn naha ta' istituzjonijiet differenti bħal ma huma d-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura, il-'Fisheries Advisory Board', l-APEX u l-MIC. Waqt dawn il-laqgħat jiġu diskussi ħafna punti anke dak imqajjem mill-Onor. Interpellant. Infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-għijxien tas-sajjieda jiddependi fuq kemm hemm ħut fil-baħar u dawn fil-preżent imorru sa 200 mil bogħod sabiex ikollhom qbid tajjeb.