Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081 u 15318 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Top Management

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15079 u 15314 u jgħid x'inhi s-salary structure tat-top management ta' l-Enemalta miċ-chairman 'l isfel? Kemm qed jitħallsu l-membri tal-fuel procurement board tal-korporazzjoni, inkluż nies tekniċi barranin li jistgħu qed iservu fuqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Proġett Park and Ride

Question

Jista’ il-Ministru jgħid il-proġett tal-park and ridex’impatt se jkollu fuq min jaħdem u jinsab fil-viċinanzi ta’ dan il-proġett? Jista’ jgħid ukoll kif se jiġu milquta l-postijiet li jinsabu fiż-żona u li qed jintużaw mill-parteċipanti tal-karnival? Jista’ jgħid jekk f’dan il-każ hemmx xi flus ivvotati biex jgħinu lil dawn l-istess parteċipanti ħalli jkunu jistgħu jsibu post alternattiv u adegwat fejn ikunu jistgħu jaħdmu l-karrijiet tagħhom? Hemm xi postijiet li ġew identifikati għal dan l-iskop? F’każ li jkun meħtieġ li jsiru xi alterazzjonijiet, min se jagħmel dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Distribution losses ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123 u 15383 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Żieda fil-prezz tal-fuel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14962, 15126 u 15382 u jgħid apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surchargex'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Petrol u Diesel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15084 u 15315 u jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit x'impatt se jkollu fuq il-bottom line tal-korporazzjoni Enemalta jekk u meta tiġi implimentata d-deċiżjoni li l-petrol u d-diesel jibda jiġi mportat minn sorsi oħra barra l-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra .

Newsroom tal-PBS

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15234 u 15348 u jgħid għalfejn nies min-newsroom tal-PBS u ta' stazzjonijiet oħra ma tħallewx iġibu l-eżerċizzju li sar f'Burmarrad mill-gvern fil-kuntest tal-marda tat-tjur, dan speċjalment meta l-eżerċizzju kien fl-interess nazzjonali u għaldaqstant kellu jintwera fuq l-aħbarijiet ta' l-Istat? Jista' il-Ministru jgħid min ingħata l-esklussivita' biex jiffilmja dan l-eżerċizzju?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru tiegħi ma kienx responsabbli mill-eżerċizzju li sar f'Burmarrad dwar il-marda tat-tjur. Nitolbok tindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħaddiema tas-Sea Malta

Question

Jista' il-Ministru jinformana bl-aħħar żvilupp dwar il-pożizzjoni tal-ħaddiema tas-Sea Malta? Huwa minnu li dawn il-ħaddiema vera huma miżmuma li jmorru ma' xi dipartiment governattiv? Jekk fl-affermattiv, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Ħaddiema barranin

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14899 u 15143, jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena t-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill-ġdid? X'kienu r-raġunijiet li għalihom tħassar il-proċess ta' l-għażla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PBS — Campus FM

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehm bejn il-PBS u Campus FM? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm ftehim bejn il-PBS u l-University Broadcasting Services Limited dwar Campus FM. Qed inpoġġi kopja ta' dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra.

Maritim Selmun Palace Hotel/Crowne Plaza Hotel — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tal-ħaddiema tal-lukanda Maritim Selmun Palace Hotel ta' Selmun u Hotel Crowne Plaza f'Tigne'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Impjegati tal-Kumpanija Grand Hotel Mercure Selmun Palace għandhom relazzjoni kontrattwali mal-kumpanija liema relazzjoni tirregola l-impjieg tagħhom. Rigward dawk tal-kumpanija Crown Plaza Hotel, l-Onorevoli Membru għandu jirreferi għat-tweġiba li diġa ingħatat għad-domanda numru 15115.

Crown Plaza Hotel — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14819 u 15037 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-lukanda Crowne Plaza? Sakemm huwa maħsub li tkompli topera din il-lukanda? X'se jsir mill-ħaddiema tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fuq il-kotba tal-lukanda Crown Plaza sa l-aħħar ta' Settembru hemm impjegati 145 Full Timers u 32 Part Timers. L-Air Malta se tbigħ il-kumpanijja li tmexxi il-lukanda. Għaldaqstant kemm il-lukanda sa ddum topera ikunu jistgħu jgħiduħ is-sidien il-ġodda. Il-ħaddiema kollha tal-lukanda Crown Plaza għandhom relazzjoni kontratwali mal-kumpanija. Peress li l-Air Malta sa tbigħ il-kumpanija, din ir-relazzjoni tibqa' fis-seħħ sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor.