Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Kummissarji tal-Ġustizzja, wieħed b'wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 kien għad fadal dawn in-numru ta’ kawżi pendenti quddiem it-Tribunali:
Tribunal Kummissarju tal-Ġustizzja Nru ta’ każi
Żejtun Dr Louis Vella 3,592
Qormi Dr Anton Farrugia Sacco 5,867
Żurrieq Dr Deborah Farrugia 2,710
Birkirkara Dr Ramon Rossignaud 3,907
Sliema Dr Robert Mangion 9,525
Fgura Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Grazio Mercieca
Dr Matthew Brincat
Dr Noel Bartolo
Dr Louis Vella 1,672
Tramuntana (Mosta) Dr Matthew Brincat 5,035
Valletta Dr Benny Delia l-informazzjoni għadha ma waslitx
Għawdex Dr Grazio Mercieca 1,282
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu li ssir laqgħa biex isir self ta' flus biex ikunu jistgħu jibnu uffiċini tal-kunsilli ġodda fis-sena 2005/2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment għall-Gvern Lokali għandu ħames talbiet minn Kunsilli Lokali biex jieħdu self mill-bank biex jixtru jew jibnu l-uffiċini amministrattivi tagħhom. Dawn huma l-Kunsill ta' Ħal Qormi, ta' Kerċem, tan-Nadur, ta' Sannat u tax-Xagħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament sena b'sena separatament, f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'kienet il-kawża tal-mewt tagħhom? F'dawn il-każi dejjem issir inkjesta tal-maġistrat? Kemm għad hemm inkjesti jew kompilazzjonijiet pendenti mill-1995 sal-lum (sena b'sena separatament)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm mill-Pulizija taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:
Kawża tal-mewt
1998
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
Overdose
7
3
6
7
6
4
5
6
Omiċidju
7
12
6
8
5
0
7
3
Inċident tat-traffiku
14
14
15
19
17
17
14
18
Suwiċidju
11
23
21
26
16
18
25
17
Inċidenti fatali oħra
17
16
26
16
13
28
22
21
Fil-każijiet ta’ mewt sobtu jew vjolenti jew suspetta, jew ta’ mewt li ma jkunx magħruf il-kaġun tagħha, il-Pulizija Esekuttiva tagħmel rapport lill-Maġistrat tal-Għassa.
Dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika separata dwar persuni li mietu traġikament.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inżammu seduti mill-Kummissarji tal-Ġustizzja matul din is-sena, wieħed b'wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
L-informazzjoni tkopri mill-1 ta' Jannar 2005 sa l-aħħar ta' Ottubru 2005 (l-informazzjoni disponibbli sa issa).
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi mill-Kummissarji tal-Ġustizzja matul din is-sena, wieħed b'wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 ġew deċiżi dawn in-numru ta’ kawżi minn dawn it-Tribunali:
Tribunal Kummissarju tal-Ġustizzja Nru ta’ każi
Żejtun Dr Louis Vella 12,445
Qormi Dr Anton Farrugia Sacco 26,958
Żurrieq Dr Deborah Farrugia 5,542
Birkirkara Dr Ramon Rossignaud 13,612
Sliema Dr Robert Mangion 30,087
Fgura Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Grazio Mercieca
Dr Matthew Brincat
Dr Noel Bartolo
Dr Louis Vella 8,926
Tramuntana (Mosta) Dr Matthew Brincat 17,317
Valletta Dr Benny Delia l-informazzjoni għadha ma waslitx
Ghawdex Dr Grazio Mercieca 6,410
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru suwiċidji fis-sena 2005 u fil-bidu ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 17-il każ ta' suwiċidju rrapurtati lill-Pulizija, filwaqt li f'Jannar ta' din is-sena kien hemm 3 każi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru attakki sesswali fuq individwi matul l-2005 u matul l-ewwel xahar ta' l-2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005, il-Pulizija kellha 69 rapport ta' offiżi sesswali, filwaqt li matul Jannar ta' din is-sena ġew irrapurtati 7 każi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet fl-iskema tal-qbiela li ħarġet fis-sena 2000/2001? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm ġew rifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li taħt l-iskema tal-Qbiela tas-sena 2000/2001 daħlu qrib l-10,000 applikazzjoni, li minnhom ġew iffinalizzati 450 u 226 ġew irrifjutati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn sar u għadu jsir abużivament grid blasting meta m'hemmx permessi biex isir dan fil-lok imsemmi, u meta diġa' saru diversi rapporti l-għassa tal-pulizija tal-Mosta dwar dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi peress li m'hemmx it-triq fil-lokalita indikata mill-Onoveoli Interpellant, il-Pulizija għamlet aktar verifiki fejn ġie rintraċċat il-post. Is-sid ġie mitkellem mill-Pulizija u avżat sabiex ma jagħmilx xogħol ta' grid blasting qabel ma jkollu l-permessi meħtieġa skond il-liġi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt qegħdin jaħdmu sigħat il-pulizija li jaħdmu fl-uffiċini, meta wieħed iqis li dawn jaħdmu mis-7.30 a.m. sal-5.30 p.m. u kulma għandhom huwa biss nofs siegħa break, mit-Tnejn sal-Ġimgħa li jfisser li qegħdin jaħdmu disa' sigħat u nofs meta m'humiex qegħdin jitħallsu aktar għas-sigħat żejda? Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li qiegħda ssir inġustizzja ma' dawn il-membri fil-korp tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sa Jannar 2002, membri tal-Korp tal-Pulizija li jkunu assenjati xogħol fl-uffiċini, kienu jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt. F'Jannar 2002, wara diskussjonijiet ma' l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija, kien intlaħaq qbil sabiex dawn il-membri tal-Korp, jibda jkollhom is-Sibt u l-Ħadd frank. Pero' sabiex dawn il-membri tal-Korp setgħu jibqgħu igawdu mill-kondizzjonijiet kollha tal-Korp tal-Pulizija, ma setax jitnaqqas mill-ħin li dawn jaħdmu. Għaldaqstant il-ħinijiet ġew mibdula sabiex jirrifletti l-istess ammont ta' ħin li dawn kienu jaħdmu meta kienu jidħlu xogħol is-Sibt.
Infurmat ukoll illi jekk wieħed jgħodd is-siegħat maħduma minn membri tal-Korp tal-Pulizija assenjati xogħol fl-uffiċini, bil-ħinijiet tax-xitwa kif ukoll bil-ħinijiet tas-sajf, isib illi dawn jaħdmu medja ta' 46 siegħa fil-ġimgħa. Dan ifisser lli mhux qed jaqbżu is-siegħat li l-membri tal-Korp tal-Pulizija huma rikjesti li jaħdmu skond il-ftehim ta' l-1993. Fejn ikun meħtieġ li dawn jaħdmu aktar, isir il-ħlas bir-rata ta' l-overtime.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-pulizija ordnat supporters tal-Floriana biex ineħħu banner li waħħlu fl-enclosure tal-ground f'Ta' Qali li kellu l-kliem "Come on Greens" ladarba dan ma kien qed jinsulenta jew joffendi lil ħadd?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ħadet din l-azzjoni fuq talba tal-M.F.A.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' każi ta' suwiċidju li seħħew f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament u l-istatistika uffiċjali dwar il-kawża tal-mewt (method of suicide), sess u eta'? Minn dawn il-każi traġiċi, dawn il-persuni kemm kienu joqogħdu f'kull distrett elettorali ta' Malta jew kienu minn Għawdex? (in percentage terms)
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar rapporti lill-Pulizija beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998. It-tagħrif disponibbli dwar il-każi ta’ suwiċidju rrapurtati lill-Pulizija minn din id-data sa l-aħħar tas-sena l-oħra kienu kif ġej:
19981999200020012002200320042005
Suwiċidju1123212616182517
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif disponibbli ċioe` lista li turi l-lokalitajiet minn fejn kienu l-vittmi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu persuni f'dawn l-aħħar għaxar snin kawża ta' overdose, omiċidji, inċidenti tat-traffiku, suwiċidju u inċidenti industrijali? (total)
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:
Kawża tal-mewt19981999200020012002200320042005
Overdose73676456
Omiċidju712685073
Inċident tat-traffiku1414151917171418
Suwiċidju1123212616182517
Inċidenti fatali oħra1716261613282221
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta' suwiċidju jew attempted suicide matul l-aħħar għaxar snin (total)?
Minn dawk il-każi ta' attempted suicides, kemm mill-ġdid għamlu attentat ieħor u kemm traġikament irnexxielhom jagħmlu suwiċidju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1998 u huwa kif ġej:
1998
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
Suwiċidju
11
23
21
26
16
18
25
17
Attentat ta’ suwiċidju
17
12
6
30
16
30
27
29
Mir-records disponibbli, jidher illi kien hemm żewġ persuni illi ppruvaw jerġgħu jagħmlu suwiċidju, filwaqt li erba’ persuni spiċċaw biex wettqu suwiċidju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16930 u jagħti dettalji dwar kemm irriżenjaw kunsillieri sa mit-twaqqif tal-kunsilli lokali? Minn liema lokalita' kienu ġejjin? Min kienu u kemm damu kunsillieri f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 16927 u problemi ta' flooding fi Triq it-Tank, fis-Siġġiewi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba li għamlet l-awtorita' dwar it-trasport lid-dipartiment ta' l-artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu ebda talba pendenti mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għall-esproprju ta' xi servitu fi Triq it-Tank, Siġġiewi.
Permezz tan-Notifika Nru. 700 li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta' Settembru 2000, kien sar esproprju ta' dritt ta' taħt wiċċ l-art f'din it-triq sabiex isir id-dranaġġ.
Billi s-sound reproducing apparatus (li jaqa' taħt l-HS Code 8519999000) jistgħu jiġu mpurtati, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex dawn qed jiġu kkonfiskati mill-pulizija minn ġod-djar residenzjali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ jipprojbixxu l-bejgħ u ż-żamma ta' tisfir ta' għasafar reġistrati (pre-recorded bird calls). Għaldaqstant il-Pulizija taġixxi skond il-liġi, kif hija fid-dover li tagħmel kull fejn tiltaqa' ma' xi oġġett li ż-żamma tiegħu hija pprojbita.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Jannar 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Jannar 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar ta’ l-2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 51 każ ta’ serq li f’27 minnhom diġa nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up9
Pick Pocketing37
Snatch & grab9
Serq minn dgħajjes9
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi62
Serq minn karozzi224
Serq minn residenzi94
Serq minn barijiet / lukandi31
Serq minn fabbriki7
Serq minn ħwienet48
Serq ieħor268
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar 2006 ir-reati li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 43 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family1
Arson5
Attempted offences112
Bodily harm77
Computer misuse1
Damage231
Drugs5
Forgery13
Fraud14
Illegal Immigration19
Perjury/false swearing1
Prostitution5
Sexual offences7
Theft803
Threats and private violence9
Violation of places of confinement1
Violence against public officers11
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Ottubru 2004 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.