Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8124 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Grounds tal-football — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dħul mill-ġbir tal-15% VAT fuq id-dħul fil-grounds tal-football hux se jiġu vvotati għall-isports?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mill-ġbir tat-taxxi huwa maħsub biex jagħmel tajjeb għall-infieq ġenerali tal-Gvern skond l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-pajjiż kif ippjanat fl-estimi finanzjari ta` kull sena. L-għaqdiet ta` l-isports diġa qed igawdu minn għotijiet li jingħataw kull sena mill-Isports Fund tad-Dipartment tal-Lottu Pubbliku.
Leg 9 PQ #7697 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Aġenzija tar-riklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-kumpannija jew aġenzija tar-riklamar li permezz tagħha qed isir ir-riklamanr tas-sistema ġdida ta' l-Income Tax? Jista' l-Ministru jgħid: (1) inħarġitx tender? (2) kemm se tiġi tiswa din il-kampanja ta' riklamar? (3) Intalbux quotations?

Response (DALLI, JOHN)

Il-kumpanija tar-reklamar li bħalissa qed tagħmel reklamar fuq is-sistema il-ġdida ta` l-income tax hi MPS Ltd. 1. Intalbu quotations minn 10 ditti tar-reklamar għal din l-ewwel fasi tal-kampanja. 2. Huwa stmat li din il-fasi tal-kampanja ser tiġi tiswa mal-Lm20,000. 3. Bħalissa hemm tender ppublikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-tieni fasi tal-kampanja.
Leg 9 PQ #7870 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-gvern se jimponi t-taxxa tal-VAT fuq id-dħul miġbur mill-għaqdiet ta' l-isports? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-isport kollu huwiex se jiġi milqut? Għaliex qiegħed jintalab li jitħallsu l-flus ta' lura meta kienet ingħatat l-impressjoni minn ministri tal-gvern li l-isport mhux se jkun milqut minn din it-taxxa? Japprezza l-Ministru li la l-għaqdiet sportivi se jħallsu l-VAT dawn se jgħollu l-ħlas tal-biljett tad-dħul?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 7869.
Leg 9 PQ #7871 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministru tal-Finanzi — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-karozza li fiha attwalment qed jinstaq x'marka u x'mudell hi? Meta nxtrat u b'kemm inxtrat u min fejn inxtrat? Jekk inkriet, meta nkriet u minn fejn u b'kemm qed tinkera kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Mat-tagħrif mogħti għall-Mistoqsija Numru 6760, inżid illi l-karozza nkriet mill-1 ta` Marzu 1999.
Leg 9 PQ #7895 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti — Diskussjonijiet mal-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew id-diskussjonijiet mid-Dipartiment tal-Kuntratti mal-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi dwar is-sejħa għall-offerti għall-provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Kuntratti beda diskussjonijiet mal-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi appena kellu t-tagħrif li kienet ħarġet din is-sejħa għall-offerti. Jiena nfurmat li l-ewwel kuntatti tad-Direttur tal-Kuntratti mal-Fondazzjoni saru fil-21 ta` Mejju 1999.
Leg 9 PQ #7931 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu jiġbor flus il-gvern minn arretrati dovuti lilu din is-sena? Kemm hu maħsub li hemm arretrati dovuti lill-gvern illum? Kemm mis-somma li nġabret din is-sena inġabret mill-(a) inland revenue; (b) it-Teżor; u (c) id-Dwana?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7932 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Public accounts — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru tal-Finanzi wara li fir-rapport tal-Public Accounts mill-awditur ġenerali (paġna 14) hemm imniżżel illi "The Governments public account has not been formally reconciled with the Central Bank account since June 1992?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ngħarraf l-Onorevoli Membru li s-System Analysis meħtieġa diġa saret u wasalna fl-istadju tas-System Design.
Leg 9 PQ #7933 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bearer accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bearer accounts ġo banek Maltin illum u kemm kien in-numru sena b'sena, fl-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

L-ammont totali ta` bearer accounts ġo banek Maltin sa l-aħħar ta` Mejju 1999 kien ta` 8,616 waqt li n-numru ta` kontijiet fl-aħħar ħames snin kienu: L-aħħar tas-Sena Numru Attwali ta` kontijiet Diċembru 1994 17,123 Diċembru 1995 12,404 Diċembru 1996 10,518 Diċembru 1997 9,694 Diċembru 1998 8,890 Il-banek jinkludu: Bank of Valletta plc, Mid-Med Bank plc, APS Bank Ltd, u Lombard Bank Malta plc.
Leg 9 PQ #8057 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ tal-GDP tħallas f'pensjonijiet mis-sena 1980 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għas-snin rispettivi kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra permezz tal-Financial Report` li joħroġ kull sena. Dwar kemm kien il-G.D.P. għal kull sena, l-Uffiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika iqassam lill-Kamra tar-Rappreżentanti n-`National Accounts of the Maltese Islands` u `News Releases` oħra. Għaldaqstant, minn dan it-tagħrif l-Onorevoli Membru jista` jkollu l-persentaġġi mitluba li d-Dipartiment tat-Teżor ma jżommx.
Leg 9 PQ #7816 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-impjegat tad-Dwana, li ismu qed jintbagħat separatament, ġie trasferit mix-xogħol tiegħu fit-Taqsima tad-Droga, Dwana fl-ajruport? Ma jaħsibx il-Ministru li trasferimenti bħal dawn jistgħu jibagħtu messaġġi żbaljati li min jiġġieled kontra d-droga mhux qed jiġi nkoraġġit anzi jista' jiġi interpretat li qed jiġi kkastigat?

Response (DALLI, JOHN)

Trasferimenti minn sezzjoni għal oħra jsiru minn żmien għal żmien skond il-ħteġiet, l-eżiġenzi u ċ-ċirkustanzi tal-mument. Wieħed jista` jsemmi li bejn April 1996 u Ġunju ta` din is-sena ħarġu għaxar Transfer lists tal-Customs Class li f`ħames minnhom kien hemm involuti xi membri tat-Taqsima tad-Droga. Il-persuna li qed jalludi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet waħda minnhom. Ma naħsibx li transfer f`dipartiment għandu jiġi interpretat bħala xi każ ta` messaġġi żbaljati jew ta` xi kastig. Huwa sempliċi fatt li fiċ-ċirkustanzi eżistenti tinħass il-ħtieġa li jsir xi tibdil. Naturalment, dejjem jiġri li jkun hemm min ikun lest jaċċetta l-bidla u oħrajn li jsibuha aktar iebsa.
Leg 9 PQ #7817 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tad-Dwana — Management Meeting

Question

Jikkonferma li l-ħaddiem, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separtament, f'Management Meeting ta' l-Uffiċċju tad-Dwana fis-26 ta' Novembru, 1998 ġie mfaħħar għas-sehem tiegħu fil-qabda kbira ta' kwantita' ta' drogi fid-9 ta' Novembru, 1998 fil-Baggage Room?

Response (DALLI, JOHN)

Il-persuna li għaliha qed talludi l-mistoqsija kienet waħda minn grupp ta` sebgħa li l-Management tad-Dwana kien ħass li juriha l-apprezzament tiegħu wara qabda ta` droga.
Leg 9 PQ #7869 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jdaħħal mill-VAT li se titħallas minn għaqdiet sportivi fuq il-biljetti tad-dħul għal din is-sena finanzjarja? Kemm se jkun id-dħul jekk tinġabar il-VAT b'lura?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` taxxa li tinġabar minn persuna reġistrata mad-Dipartiment tal-VAT u li tipprovdi servizz jew prodott taxxabbli bi ħlas ikun magħruf hekk kif il-persuna reġistrata ikkonċernata tibgħat id-denunzja tat-taxxa tagħha lid-Dipartiment. Irrid ngħid li wara taħdidiet li kelli mal-Ministeru tal-Isports u anke ma rappreżentanti ta` għaqdiet sportivi, se jittieħdu dawk il-provedimenti meħtieġa biex il-VAT li suppost tħallset fl-1995, 1996 u 1997 tiġi maħfura.
Leg 9 PQ #7878 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Bordijiet governattivi — Membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7910 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Għaqdiet sportivi — Biljetti tal-lotterija

Question

Peress li skond l-Avviż Legali li jittratta r-regoli tal-lotteriji li jorganizzaw l-għaqdiet sportivi volontarji, eċċ dawn iridu jħallsu 25% taxxi tal-premju tal-lotterija, jista' l-Ministru jirrimedja b'regoli ġodda u ċioe' jeżenta dan il-piż ta' taxxi fuq l-għaqdiet sportivi, soċjali, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond paragrafu (2) ta` Sezzjoni 11 ta` l-Ordinanza tal-Lottu ġa hemm provdut li l-entitajiet imsemmija f`din l-interpellanza jistgħu jiġu eżentati mill-ħlas tat-taxxa dovuta.
Leg 9 PQ #7911 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Għaqdet sprotivi — Biljetti tal-lotterija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għaqdiet sportivi, soċjali, eċċ li applikaw u ħallsu 25% taxxa fuq il-premju tal-lotterija li organizzaw matul Settembru, 1998 u Mejju, 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Settembru, 1998 u Mejju 1999 kienu 26 l-għaqdiet sportivi, soċjali, eċċ li applikaw u ħallsu 25% taxxa fuq il-premju tal-Lotterija li organizzaw.
Leg 9 PQ #7926 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Infiq rikorrenti/kapitali tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-gvern fl-aħħar għaxar snin u kemm kienet in-nefqa rikorrenti kull sena fl-istess perijodu?

Response (DALLI, JOHN)

L-infiq kollu tal-Gvern, kemm dak Kapitali kif ukoll dak Rikorrenti, sena b`sena mill-1985 `il hawn, jinsab ippubblikat fil-ktieb `Consolidated Account Structure - Trends & Projections 1985 - 2004`, li tqassam ukoll fil-Kamra tar-Rappreżentanti fil-25 ta` Novembru li għadda. S`intendi, din l-informazzjoni tiġi ppubblikata wkoll kull sena mit-Teżor fil-Gazetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #7956 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Taxpayer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tat-taxpayer, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għamlet objections għas-snin 1989 sa l-1993 (snin ta' stima) għal żbalji ovvji b'ittra datata 24 ta' Novembru, 1994 u li sal-lum għadha mingħajr tweġiba?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali.
Leg 9 PQ #8055 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — Klieb - Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' klieb li għandu d-Dipartiment tad-Dwana għal identifikazzjoni tad-droga? Minn fejn ġew importati dawn il-klieb? Kemm-il ġurnata ta' training ħadu mill-ġurnata li ġew irrapportati?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment għandu ħdax il-kelb għad-dispożizzjoni tiegħu. Sitta minn dawn il-klieb diġa jaħdmu fil-qasam tat-tfittix tad-droga. Il-ħamsa l-oħra qed jistennew li d-dipartiment jiġi fornut bid-droga biex ikun jista` jagħti t-taħriġ bażiku lil dawn il-klieb. Ma naħsibx li hu fl-interess pubbliku li jingħataw dettalji kif mitluba fil-bqija tad-domanda. Il-klieb li diġa huma ittrenjati jattendu għal taħriġ kontinwu (continuation training), darbtejn jew tlett darbiet fil-ġimgħa. Barra minn hekk dawn il-klieb flimkien mal-`handlers` tagħhom jattendu għal `refresher course` ta` gimgħatejn, kull sitt xhur. Il-klieb li għadhom mhux jaħdmu għadhom ma natawx il-kors bażiku tagħhom minħabba li d-dipartiment m`għandux id-drogi msemmija aktar il-quddiem. Ta` min isemmi li għalkemm qed isir taħriġ kontinwi f`dan il-qasam, dan mhux qed ikun effettiv kemm mixtieq minħabba li s-Sezzjoni tal-klieb tad-Dwana għadu qed jistenna bil ħerqa ammonti sostanzjali ta` drogi biex ikun jista jwettaq dan ix-xogħol daqsekk delikat.
Leg 9 PQ #8121 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kummissarju tat-Taxxi Interni — Refunds

Question

Jikkonsidra l-Ministru li taxpayer li sas-sena ta' stima 1997 u anke 1998 li jkollu jieħu refund mingħand il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, għandu jibbenefika minn set-offs mat-taxxa li tkun dovuta? Jara li l-metodu ndikat fid-dokument li qed jintbagħat separatament, qed jiġi abbużat?

Response (DALLI, JOHN)

Fis-sistema li ġiet introdotta bil-liġi li għaddejna fil-Parlament riċentement, spjegajna li għamilna distinzjoni bejn l-ammonti dovuti qabel is-sena ta` stima 1998 u dawk li se jkunu dovuti wara.
Leg 9 PQ #7758 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stati Uniti — Double Taxation

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-possibbilta' ta' double taxation agreement ġdid ma' l-Istati Uniti?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm żviluppi dwar il-possibilita` ta` Double Taxation Agreement ġdid ma` l-Istati Uniti.