Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Għajnuna tal-mard

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tneħħitilha l-għajnuna tal-mard meta għadha kemm għamlet l-operazzjoni tal-bypass?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Rabat Għawdex — Taċ-Ċawla H/E

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux maħsub li jiġu stallati lifts fil-blokkijiet ta' appartamenti fil-housing estate tal-gvern f'Taċ-Ċawla,. Rabat, Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni għal stallar ta’ lift fil-blokki ndikati mill-Onor. Interpellanti. Jekk hemm xi persuna b’diżabilita’ ta’ mobilita’ tgħix f’dawn il-blokki din tista tapplika skond l-iskema relevanti.

Pensjonijiet — Ex-ħaddiema BOV/Mid-Med

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jinħadmu l-arretrati tal-pensjonanti ex-ħaddiema tal-BOV u Mid-Med Bank?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Kif kelli okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti dwar l-istess suġġett, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali għaddej b’eżerċizzju kontinwu ta’ reviżjoni ta’ pensjonijiet konness ma ftehim kollettivi li jsiru minn żmien għal żmien. Dan l-eżerċizzju jinkludi r-reviżjoni ta’ pensjonijiet ta’ ex-ħaddiema tal-BOV. Ninsab infurmata li kif titlesta r-reviżjoni ta’ pensjonijiet ta’ ex-ħaddiema ta’ azjenda partikolari, dawn il-pensjonanti jiġu nfurmati personalment dwar ir-riżultat u, fejn applikabbli, jitħallsu l-arretrati dovuti. Dwar l-ex-ħaddiema tal-Mid-Med, illum l-HSBC, ninsab infurmata li ż-żidiet kontemplati fil-ftehim kollettiv huma marbuta mal-performance ta’ l-impjegat individwali u jitħallsu bħala performance bonuses. Ovvjament persuni rtirati m’humiex intitolati għal reviżjoni fil-pensjoni li tirriżulta minn ħlas marbut ma’ performance fuq ix-xogħol.

Naxxar — Triq it-Tuffieħ

Question

Tista' il-Ministru tgħid min huma l-familji li ħadu appartamenti tal-gvern fi blokka Entrance B, Binja Sgħajtar, Triq it-Tuffieħ, Naxxar? Minn liema lokalita' ġejjin? Minn liema gruppi tas-soċjeta' ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta' allokazzjonijiet taħt Avviż Numru 67, kif ippublikata mill-Awtorita' tad-Djar. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija inkluża f'din il-lista.

Servizz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-mara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mara bi problemi psikjatriċi, tibbenefika mis-servizz care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair. Madankollu, l-Awtorita' ser tieħu passi biex tara jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Manutenzjoni ta' appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-ilment tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'appartamnet tal-gvern, dwar bżonnijiet ta' manutenzjoni minħabba problema serja ta' umdita' li għandha f'dan il-post? Tista' il-Ministru tara li din il-persuna tingħata l-għajnuna min-naħa tad-dipartiment f'manutenzjoni minħabba l-każ urġenti tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għalkemm ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar m’għandu ebda talba dwar l-ilment imressaq mill-Onor. Interpellant, għaddejt dan l-ilment lid-Dipartiment imsemmi għall-azzjoni meħtieġa.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ikliet/riċevimenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammont minfuq f’hospitality f’ristoranti/lukandi mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu bejn Jannar 2004 u Settembru 2005, kien ta’ Lm1,932.13. Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Vjolenza domestika

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm daħlu rapporti/talbiet għall-għajnuna minħabba vjolenza domestika f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2004, l-Aġenzija Appoġġ irċeviet żewġ talbiet minn Għawdex għall-għajnuna minħabba vjolenza domestika. Matul din is-sena, s'issa, ma kien hemm ebda talba f'dan ir-rigward minn Għawdex.

Każ ta' pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hux tieħu l-pensjoni sew li hi intitolata għaliha, u dan peress li ħadmet numru ta' snin f'Malta u jidher li records ma nstabux?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Immmigranti illegali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn refuġjati, persuni bi status umanitarju u persuni li qegħdin ifittxu l-ażil, li skadilhom il-perjodu ta' detenzjoni u ġew meħlusa, fl-open centres? Tista' tagħti breakdown tat-tliet kategoriji ta' immigranti f'kull ċentru b'indikazzjoni ta' fejn kull ċentru jinsab?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Plots tal-HOS fir-Rabat

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga u tirrimedja b'soluzzjoni l-fatt li l-plots tar-residenti ta' Għar Barka fir-Rabat, Malta għadhom abbażi ta' konvenju minkejja li ilhom li ġew allokati lilhom aktar minn 20 sena ilu? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tasal għall-kuntratti finali dwar il-postijiet fuq l-art indikata mill-Onor. Interpellant għax għad ma għandhiex titolu legali fuq l-istess art.

Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga fiex wasal il-każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li nifhem li l-fond fejn qed toqgħod bħalissa ġie spezzjonat mill-housing department?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment konċernat flimkien ma' oħrajn simili.

Għajnuna għall-qgħad

Question

Tista' il-Ministru tara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex tieħu arretrati ta' ħlas nieqes f'għajnuna għall-qgħad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Għawdex — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti f'Għawdex għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 27 talba għal akkomodazzjoni alternattiva minn Għawdex.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali kull sena mill-2000 'il hawn? Minn liema lokalitajiet kienu? Kemm-il applikazzjoni ġiet allokata akkomodazzjoni kull sena u minn liema lokalita' kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċju tal-mard

Question

Tista’ il-Ministru tgħid liema huma dawk it-tipi ta’ mard li għalihom tingħata għajnuna? Kemm-il persuna qed tirċievi għajnuna taħt kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ mard u xi ħlas sar f’kull każ fl-2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi d-diversi tipi ta' mard u kundizzjonijiet li dwarhom titħallas l-Għajnuna għal Mard u n-numru rispettiv ta' benefiċjari. Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar l-ammont imħallas separatament għal kull tip ta' marda jew kundizzjoni. Fis-sena 2004 l-ammont totali mħallas f'Għajnuna għal Mard kien ta' Lm5,787,938.

Ex ħaddiema tat-Tarzna — Reviżjoni tal-pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se tinħadem ir-reviżjoni tal-pensjoni ta' l-ex ħaddiema tat-Tarzna u ta' kumpanniji privati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għaddej bl-eżerċizzju ta' reviżjoni ta' pensjonijiet, inkluż dawk ta' ex-impjegati tat-Tarzna u kumpanniji privati. Hekk kif titlesta r-reviżjoni ta' ex-impjegati ta' ażjenda, il-pensjonanti konċernati jiġu nfurmati ndividwalment bir-rata ta' pensjoni ġdida u, fejn applikabbli, jitħallsu l-arretrati dovuti.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid kif fiż-żmenijiet tal-lum familja ta' disgħa persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - tibqa' tgħix f'fond b'żewġ kmamar tas-sodda? X'qed jagħmel id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jipprovdi post alternattiv lil din il-familja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Djar — Servizz ta' care & repair

Question

Tista' il-Ministru tara li t-talba ta' anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi kkonsidrata biex tibbenefika mis-servizz ta' care & repair minħabba li l-kamra tal-banju eżistenti fil-fond fejn tgħix mhijiex f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minkejja li ma jirriżultax li saret xi applikazzjoni biex il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita` tad-Djar ser tivverifika jekk dan hux possibbli.