Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni f’position of trust

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16183, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lista mogħtija bħala risposta għal mistoqsija parlamentari 16183, inbidlitx mid-data illi fiha ta r-risposta sal-ġurnata illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari (u ċjoè sal-15 ta' Ottubru 2015)? Jekk inbidlet, jista’ jagħti lista aġġornata sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari (15 ta' Ottubru 2015) u jista’ jgħid kemm qegħdin jitħallsu inkluż ukoll kwalunkwà perkaċċi li jista’ għandhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17744.

Il-Mellieħa – postijiet perikolużi

Question

Billi fit-triq li mill-Mellieħa tgħaddi mill-Miżieb u twassal sat-triq tal-Imbordin hemm numru ta’ postijiet li huma perikolużi ferm, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex kull fejn hemm bżonn jitwaħħlu crash barriers biex jiġu evitati inċidenti serji?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi — Triq id-Dragun - Problema tal-għargħar - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Minsitru jara li jiġi kkuntattjat dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward il-problema tal-għargħar vis-a-vis l-installazzjoni tal-culverts il-ġodda fi Triq id-Dragun Ħal Qormi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-persuna imsemmija mill-Onor. Interpellant sar kuntatt magħha mid-dipartiment konċernat u l-kwistjoni ġiet riżolta.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Philip Mifsud kien jassisti lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bejn Marzu 2010 sa l-2013 bħala Assistent Parlamentari. L-Assistenti Parlamentari, apparti l-onorarja ta’ Membru Parlamentari li kienet tammonta għal 50% ta’ Skala 1 fis-Servizz Pubbliku, kienu jitħallsu wkoll allowance addizzjonali ta’ 15% tal-istess skala. Dan ifisser li b’kollox l-Assistenti Parlamentari kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 fis-Servizz Pubbliku, liema ħlas kien isir mill-Kamra tar-Rappreżentanti u mhux mill-Ministeru li kienu jassistu fih. Fis-snin li kienu jservu l-Assistenti Parlamentari, Skala 1 fis-Servizz Pubbliku kienet tammonta għal: 2010 - €38,184 2011 - €38,245 2012 - €38,488 2013 - €40,221 Mhux magħruf eżatt x’ kienet il- ħidma tas-Sur Philip Mifsud bħala Assistent Parlamentari f’dan il-Ministeru.

Il-Gżira – Triq il-Kubrit – parkeġġ għar-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilità li jkun hemm parking għar-residenti ta’ Triq il-Kubrit, il-Gżira?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema ta' parkeġġ ikkontrollat fi Triq il-Kubrit kienet intalbet mill-Kunsill Lokali tal-Gżira u din ġiet approvata f'Novembru 2012 għal perjodu ta' prova ta' tlett xhur. Din l-iskema ma ġietx implimentata mill-kunsill lokali.

Vetturi — Gas Conversion Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema mħabbra għall-2015 tal-Gas Conversion Scheme to convert vehicles to Autogas/LPG hijiex ser tkun estiża għall-2016? Kemm ibbenefikaw minn din l-iskema s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-iskema tal-autogas se tiġi mġedda għas-sena 2016 u ser tingħata għotja ta’ 200 ewro għall-konverzjoni ta’ vetturi tat-tip M1 (vetturi tal-passiġġieri) jew N1 (vetturi kummerċjali). Mill-iskema preżenti, sal-aħħar ta’ Ottubru 2015, ibbenefikaw 237 applikant.

Tallinja Card – każ ta’ studenti Għawdxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex studenta Għawdxija li tattendi l-MCAST f’Malta applikat għal Tallinja Card u rċevietha tliet xhur wara? Jista’ jispjega li mhux talli rċevietha eżatt qabel ma kienet se tibda l-lezzjonijiet imma matul Ottubru għamlet darbtejn top up tagħha u d-darbtejn il-flus sparixxew minn fuq il-card tant li kull darba li tipprova tħallas biha tiġi rejected u jkollha tħallas €2 għal kull vjaġġ? Jista’ jgħid jekk il-€120 li ħallset din l-istudenta matul Ottubru f’tickets taż-€2 il-wieħed biex tasal l-iskola u tmur lura hijiex se tiġi refunded tagħhom? Jaf li din l-istudenta għamlet ġimgħat sħaħ iċċempel l-uffiċċju tal-kumpanija Malta Public Transport u dawn kull darba jibgħatuha minn post għall-ieħor, daqqa jibgħatuha Għawdex u daqqa Malta? Kif jista’ jippermetti li jiġri dan meta din il-kumpanija qed tingħata minimum ta’ €30 miljun fis-sena bħala sussidju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħaddi d-dettalji tal-persuna kkonċernata sabiex inkun nista’ ninvestiga l-każ imsemmi.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – ħaddiema li rtiraw

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20504, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-gradi tat-88 impjegat li ġew impjegati ma’ Transport Malta? Jista’ jgħid x’se jkun l-impatt nett fuq l-ispiża tal-pagi b’dan l-ingaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-gradi mitluba minnu. L-impatt nett fuq l-ispiża tal-pagi b’dan l-ingaġġ hija ta’ € 43,852.

Transport Malta – ingaġġ ta’ persuni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19521, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (jiġifieri persuni li ma kinux jaħdmu fl-entitajiet jew dipartimenti li qed jaħdmu fihom illum) ġiet impjegata ma’ Transport Malta mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Lulju 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu direttament ma’ Transport Malta, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 19834.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – ingaġġ ta’ persuni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19522, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (jiġifieri persuni li ma kinux jaħdmu fl-entitajiet jew dipartimenti li qed jaħdmu fihom illum) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Lulju 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19834.

Servizz tat-trasport pubbliku — servizzi ta' surveying - spiża

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw is-servizzi ta’ surveying? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlasijiet li saru in konnesjoni ma’ servizzi ta’ surveying tħallsu lill-Appletree International Limited.

Servizz tat-trasport pubbliku — rilokazzjoni ta' bus shelters

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw għar-rilokazzjoni ta’ bus shelters? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet li saru in konnesjoni mar-rilokazzjoni ta’ bus shelters tħallsu lil Faces Displays Limited.

San Ġwann – Triq Birkirkara – kostruzzjoni, tqegħid ta’ servizzi u asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinbeda u jintemm il-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ Triq Birkirkara f’San Ġwann inkluż it-tqegħid ta’ servizzi u asfaltar mill-ġdid u dan peress li din it-triq se tkun waħda mir-rotot ta’ devjazzjoni prinċipali meta jinbeda x-xogħol fuq il-proġett tal-Kappara Junction?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19687.

Transport Malta – passi rigward ittri u emails

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta ma ħadet l-ebda passi dwar ittra datata 23 ta’ Ottubru 2014 iffirmata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann fejn intalab parir dwar periklu fi Triq il-Malvizz, il-Kappara (San Ġwann)? Jista’ jgħid għalfejn ma ħadet l-ebda passi wkoll dwar email iffirmata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann datata 16 ta’ April 2015 dwar bus stop li tneħħiet minn Triq Mikiel Anton Vassalli (Reġjonali) ħdejn l-entratura tal-Kunvent tal-Klarissi parallel ma’ Triq l-Ambaxxati u dwar email iffirmata mis-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann datata 19 ta’ Mejju 2015 dwar talba biex issir site visit bil-possibilità ta’ modifika fi traffic island fi Triq Birkirkara, Kappara (San Ġwann)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa ħadet passi biex jitneħħa l-periklu fi Triq il-Malvizz. Rigward il-bus stop ġewwa Triq Mikiel Anton Vassalli ninsab infurmat li l-Awtorita’ qed tikkunsidra din il-proposta fl-isfond tal-proġett tal-junction tal-Kappara. Għal dak li jirrigwarda t-traffic island fi Triq Birkirkara, San Ġwann, ninsab infurmat li Transport Malta diġa għamlet site visit fuq il-post fejn ġie nnutat li l-kunsill kien implimenta parti minn din it-triq bħala one way mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorita’, fejn tali miżura kkreat safety hazard. Ta’ min iżid ukoll li l-Awtorita’ ma rċeviet l-ebda pjanta li turi l-proposta tal-emenda tas-central strip li qed jitlob il-kunsill.

Transport Malta – Car Parking Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titħabbar il-Car Parking Policy ġdida li fis-26 ta’ Novembru 2014, Transport Malta kienet infurmat lil wieħed mill-Kunsilli Lokali li l-Ministru kellu jħabbarha - in the coming weeks wara li dan il-Kunsill f’isem il-Kumitat Amministrattiv li jaqa’ taħtu kien talab għal Residential Parking Scheme għal tliet toroq?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 19627 u 17838.

Trasport pubbliku – persuni li tkeċċew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet matul din is-sena ta’ persuni li bħala miżura ta’ dixxiplina, tkeċċew mill-impjieg mill-operatur tat-trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni illi qiegħda tiġi mitluba tirrigwarda l-operat tal-kumpanija privata li tmexxi is-servizz tat-trasport publiku u għaldaqstant tali informazzjoni għandha tintalab lill- istess kumpanija.

Trasport Pubbliku — Introduzzjoni ta’ rotot ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġu ntrodotti r-rotot il-ġodda f’dawk li hu servizz ta’ trasport pubbliku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil fir-rotot il-ġodda tat-trasport pubbliku se jiġi ntrodott b’mod gradwali f’fażijiet differenti aktar tard din is-sena. Fil-preżent għadu ma ġie effetwat l-ebda tibdil kaġun ta’ azzjonijiet industrijali msejħa mill-union li tirrapreżenta lill-ħaddiema tat-trasport pubbliku, u diskussjoniijet li għadhom għaddejjin f’dan ir-rigward.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (MIZZI, JOE)

Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19750, ninfurmah li l-informazzjoni fuq ir-rata ta’ ħlasijiet ta’ kull bord qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entità li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li ntefqet għar-reklamar mal-entita’ li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, bejn l-2008 u l-2015 hija hekk kif ġej: Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura €20,191.07 Grand Harbour Regeneration Corporation €14,397.28 Total €34,588.35 Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba, sena b’ sena, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward ta’ Transport Malta mhux possibli li tingħata din l-informazzjoni minħabba li l-maġġoranza tar-reklamar isir permezz ta’ aġenziji ta’ reklamar u mhux direttament mal-mezzi tax-xandir in kwistjoni.

Birkirkara – bus shelter fil-venda

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17450, 13118, 12726 u 4925, jista' l-Ministru jagħti data preċiża meta se jitlesta l-bus shelter tal-venda ta' Birkirkara li hemm ħdejn il-BOV?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qieghda tinsisti ma’ l-entita’ privata responsabbli mill-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ dawn il-bus shelters sabiex tiffinalizza l-installazzjonijiet tal- Bus shelters imsemmija mill-iqsar żmien possibli.