Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-ART – ħlas lill-EPA
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28894 jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali mħallas mill-ART Clinic tal-Isptar Mater Dei lill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA) għall-interventi ta' IVF/ICSI li saru minn meta beda jiffunzjona l-ART Clinic sal-aħħar ta' Diċembru 2016? Jista' jagħti break down ta' xiex tħallas dan l-ammont lill-EPA?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni minn Jannar tal-2015 sa Diċembru tal-2016 irċeviet is-somma ta’ €34,400 għal-proċeduri tal-IVF u ICSI.
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28883, fejn ta l-ammont totali minfuq mill-Gvern minn mindu bdiet topera l-ART Clinic, jekk is-somma mogħtija tinkludix ukoll (1) l-ispejjeż tal-laboratorju għat-testijiet tad-demm; (2) ħlas lill-ispeċjalisti li jieħdu sehem fil-proċess u (3) spejjeż relatati ma’ outpatients visits?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż tal-laboratorju għat-testijiet tad-demm, l-ħlas lill-ispeċjalisti li jieħdu sehem fil-proċess u spejjeż relatati ma’ outpatients visits m’humiex inklużi fis-somma ikkwotata fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28883.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali li ġie mgħoddi lill-Vitals Global Healthcare jew sussidjarji tagħha sal-aħħar ta' Diċembru 2016 u kemm huwa l-ammont dovut li kien għadu ma tħallasx sa dik id-data lil Vitals Global Healthcare jew sussidjarji tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas dovut għas-sena 2016 lill- Vitals Global Healthcare tħallas kollu.
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28714, jista’ l-Ministru jgħid kif jiġġustifika dik ir-risposta meta fil-Gazzetta tal-Gvern deher li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet mogħtija kuntratt ta' madwar mija u għoxrin elf euro (Euro 120,000) biex tagħti parir lill-Gvern dwar il-waiting lists fil-Mater Dei u liema kuntratt ġie mogħti taħt il-proċedura magħrufa bħala negotiated procedure? Jista' jpoġġi kopja ta' dan l-imsemmi rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Sistema ta’ distribuzzjoni ta’ mediċini lill-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa kkalkulat li tibda l-firxa (mill-pilot areas) tas-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ mediċini lill-anzjani ta’ iktar minn 70 sena? Din l-iskema se tgħodd ukoll għall-persuni b’diżabilità li joqogħdu waħedhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema tat-tqassim tal-mediċini fid-djar domiċiljari tal-pazjenti ta’ ‘l fuq minn 70 sena bdiet tiġi estiża f’lokalitajiet oħra barra dawk tal-proġett pilota f’Ottubru 2016. Barra l-lokalitajiet tar-Rabat u r-Raħal Ġdid, hemm 6 lokalitajiet oħra li minnhom qed jiġi offrut dan is-servizz. Dawn il-lokalitajiet huma l-Fgura, Santa Lucija, Ħal Tarxien, l-Imdina, Ħad Dingli u l-Imġarr (Malta).Minn din l-iskema ser ikunu qed jibbenefikaw ukoll persuni b’nuqqas ta’ mobilita’.
Sptarijiet Pubbliċi — kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif - numru ta’ impjegati
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25566, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sħiħa u jagħti l-informazzjoni wkoll ta’ kemm hemm kuntratturi tat-tindif f’kull post indikat minnu fit-tabella u kull kuntrattur kemm iħaddem nies fuq bażi full-time u part-time?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nerġa nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25566, nitlobha tirreferi għat-tabella t’hawn taħt fejn qed nindika n-numru ta’ siegħat ta’ tindif fil-ġimgħa kkuntrattati mal-kuntratturi responsabbli għat-tindif fl-imsemmija entitajiet.
Entita’
Siegħat ikkuntrattati fil-ġimgħa
Primary Health Care
992
RHKG (Rehab)
2148
Mount Carmel Hospital
4550
Mater Dei Hospital
11730
Department of Health
651
SPBH (Boffa)
420
Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali — ftuħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jinfetaħ Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b'Nuqqas ta' Saħħa Mentali matul din is-sena? Jekk iva, fejn se jinfetaħ dan iċ-Ċentru?
Jista’ l-Ministru jispjega kemm hemm tipi ta’ benefiċċji tal-pensjoni tad-diżabilità u liema kundizzjonijiet huma intitolati għal xi tip ta’ pensjoni tad-diżabilità? Il-fibromyalgia hija meqjusa bħala raġuni li persuna tkun intitolata għall-pensjoni tad-diżabilità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Mater Dei, Sptar Karen Grech u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' ħaddiema fl-aħħar ta' kull waħda mis-snin 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 2016, f’kull wieħed mill-isptarijiet li ġejjin
1) Sptar Mater Dei;
2) Sptar Karin Grech; u
3) Sptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medja ta’ ħaddiema tal-gvern fis-sena, bejn l-2014 u l-2016 għal isptar Mater Dei kienet 4,266, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex 794 u l-Isptar Karen Grech kienet 502.
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni – direttiva numru 7
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28724, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttiva numru 7 li għamel referenza għaliha u li hija maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttiva numru 7 kif maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Etajiet tal-persuni li jistgħu jagħmlu l-intervent tal-IVF/ICSI
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-etajiet tal-persuni li jistgħu jagħmlu interventi tal-IVF/ICSI ġewx iffissati mill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA) jew joħorġux mil-Liġi? Jekk din hija deċiżjoni tal-Awtorità kompetenti, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-istess deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni għaliex ittieħdet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill Onor. Interpellant li Artiklu 6 tal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun jesiġi li l-Awtorita’ għandha tħejji protokol li ukoll jinkludi etajiet u hawn nikkwota “Dan il-Protokol għandu jinkludi, mingħajr ħsara għal kriterji oħra, kriterji ċari rigward l-età tal-mara li se tipparteċipa fil-proċedura u wara kemm-il ċiklu ta’ trattament skont paragrafu (b) jista’ t-tabib inkarigat jiddeċiedi li jiffertilizza sa massimu ta’ tliet ċelloli tal- bajd”
Dan il-Protokol li kien tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra fl-2013, kien sar wara diskussjonijiet u ġie stabbilit bi qbil mal-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti bil-liġi li jirrappreżentaw lit-tobba fl-oqsma tal-obstetrija u tal-pedjatrija kif ukoll ma stakeholders oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ittieħdet deċiżjoni li persuni li għandhom anqas minn 23 sena u aktar minn 43 sena ma jistgħux joqogħdu għall-intervent ta' IVF/ICSI lanqas fi sptar jew klinika privata f'Malta? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex numru ta' koppji li ma jikkwalifikawx minħabba l-età, qed ikollhom imorru jagħmlu dawn l-interventi fi sptarijiet barra minn Malta bi spiża li tiġi ferm aktar milli kieku jagħmlu dawn l-interventi fil-privat f'Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30375 filwaqt li ninfurmah li l-eta’ minima hija 25 sena.
Ministeru għas-Saħħa — Segretarjat Privat - lista aġġornata
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25719, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex ukoll il-kumpanija li ssewwi l-ambulanzi? Jekk iva, ma jaħsibx li din il-kumpanija jista’ jkollha kunflitt serju ta’ interess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ tiswija fuq ambulanzi mhux ta’ emerġenza isir l-aktar mill-istess aġent li mingħandu jinkrew l-ambulanzi. F’każ fejn dan ma jkunx possibbli x-xogħol isir wara sejħa għal-offerti.
Sptar San Luqa – Garaxx tal-ambulanzi – porters — overtime
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25718, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn l-overtime ma tħallasx u jekk meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija fil-fatt ikunx tħallas l-overtime kollu dovut lill-porters tal-ambulanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-overtime jitħallas wara li jkunu saru l-verifiki neċessarji.
Dipartiment tad-Dentistrija – azzjoni industrijali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25717, jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw dentisti privati biex jagħmlu fillings fil-privat li jħallas għalih il-Gvern? Meta beda dan is-servizz u kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz minn mindu beda sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 4 dentisti li aċċettaw li jagħmlu fillings fil-privat bi ħlas mill-Gvern u minn meta beda’ dan is-servizz saru 998 fillings.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25715, jista’ l-Ministru jgħid meta (id-data) ġie sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jikkonferma li minħabba li l-individwu kien ix-xufier personali tiegħu dan kien persuna tal-fiduċja tiegħu (person of trust)? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-raġuni għalfejn ġie sospiż l-individwu seħħitx qabel jew wara li l-Ministru għażlu bħala x-xufier tiegħu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha kellha każ quddiem il-qrati ta’ Malta bejn l-5 t’April u t-3 ta’ Gunju tal-2016. Il-każ, li ma kienx relatat max-xogħol uffiċjali, nqata’ favur l-imsemmija persuna. Waqt li kien għaddej il-każ fil-qrati hu kien mitlub li ma jidħolx għax-xogħol.
Sptar Mater Dei – kuntratt ta’ xogħol lill-kumpanija Nexia BT’s
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 25582 u 25583, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Nexia BT fil-fatt ikkonkludietx ix-xogħol li kienet ikkuntrattata li tagħmel minn Projects Malta għall-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.