Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – membri tal-ALE — transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-ALE tal-Pulizija li kien fl-ALE fit-8 ta' Marzu 2013 ingħata transfer wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant il-membri tal-ALE bħal membri kollha tal-Korp tal-Pulizija jiċċaqalqu skond dak li jkun jeħtieġ fil-Korp tal-Pulizija sabiex jopera b’mod effiċjenti. Il-Pulizija jiċċaqalqu minn sezzjoni għall-oħra sabiex ikollhom għarfien aħjar tal-istutturi tal-Korp tal-Pulizija. Apparti minn hekk, f’dan il-każ il-maġġoranza tat-transfers ingħataw wara li staqsew għalihom il-membri stess tal-Korp tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – membri tal-ALE — transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema taqsima tal-Korp tal-Pulizija ġew trasferiti l-membri tal-ALE li ngħataw transfer wara l-elezzjoni ġenerali 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 10771.

Korp tal-Pulizija – membri tal-ALE

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema taqsimiet ġew il-Pulizija li ntbagħtu fl-ALE tal-Korp tal-Pulizija wara l-elezzjoni ġenerali 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 10771.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Lista ta' xiri ta' servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tispeċifika sa liema data qed titlob l-informazzjoni. U dan għaliex ix-xiri ta’ servizzi u prodotti jvarja minn ġurnata għal oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xiri ta’ biljetti minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ripatrijazzjoni ta’ immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari numri 8903 u 4448 u jgħid kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2014 kien hemm 165 ripatrijazzjoni.

Korp tal-Pulizija – uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-quarter master tal-Korp tal-Pulizija qed jgħid lil kull pulizija li jmur għal xi parti minn uniformi li ma jistgħux jordnaw iktar għax spiċċaw il-flus?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-allegazzjoni li saret fil-Mistoqsija Parlamentari fuq il-membri tal-Quartermaster Stores mhix veritiera.

Korp tal-Pulizija – uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-quarter master tal-Korp tal-Pulizija qed jagħti qliezet tal-irġiel u mhux tan-nisa lill-pulizija nisa li jkollhom bżonn tali uniformi għax jgħidilhom li dawk tan-nisa spiċċaw u m’għandux flus biex jordna l-ġodda?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-allegazzjoni li saret fil-Mistoqsija Parlamentari fuq il-membri tal-‘Quartermaster Stores’ mhix veritiera.

Korp tal-Pulizija – flus allokati għall-overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm baqa’ flus allokati għall-overtime fil-Korp tal-Pulizija għal din is-sena, fid-data li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi flestimi għal 2014 kien hemm ivvutati € 850,000 għal overtime. Ma dawn żdiedu €300,000 fuq talba ta dan il-Mnisteru biex b’hekk s’issa membri tal-Korp diġa tħallsu b’1.15 million f’overtime. Bħalissa hemm talba għall €300,000 oħra fuq dan il-vot sabiex jagħmel tajjeb sa l-aħħar tas-sena. L-overtime jiġi allokat lil membri tal-Korp skond l-eżiġenzi tas-servizz.

Korp tal-Pulizija — reklutaġġ

Question

Jista ' l-Ministru jgħid kemm-il pulizija ġdid ġie reklutat, mhux reinstated jew part-time, minn Marzu 2013 sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum, ġew ngaġġati mija u tlettax il-kuntistabbli ġodda. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li seba’ u għoxrin membru tal-Korp flimkien ma erba’ applikanti minn barra il-Korp bdew il-Kors tal-ispetturi ġewwa l-Akkademja tal-Pulizija.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — reklamar fuq media

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reati rrappurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrapurtati fis-sena 2011, 2012 u 2013 u f'liema lokalitajiet twettqu dawn ir-reati? X'tip ta' reati twettqu f'kull lokalità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xogħlijiet fuq l-Uffiċċju tal-Aġent Direttur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7576 u 3420 dwar xogħlijiet fl-Uffiċċju tal-aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-ex Agent Direttur Emmanuel Camilleri kien iddeċieda li jesegwixxi xi xogħlijiet fl-uffiċju tiegħu, liema xogħlijiet swew l-ammont ta’ € 6,267.99 skond dokumentazzjoni li l-istess Onorevoli Interpellant jista’ jispezzjona personalment. Infakkar li l-imsemmi Agent Direttur kien irreżenja fid-9 ta’ Ottubru 2013.

Il-Belt Valletta — Changing of the Guard quddiem il-Palazz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta se jerġa' jkun hemm iċ-changing of the guard quddiem il-Palazz, il-Belt li issa ilha iktar minn sitt xhur sospi¿a meta kelliem għall-Forzi Armati kien qal lil The Times li kellha tkun sospensjoni temporanja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li nħasset il-ħtieġa li l-gwardja jkollha taħriġ xieraq li jirrifletti l-istandards meħtieġa għat-tali operat, wara li ser jiġi assigurat li dan il-livell jintlaħaq, l-Armata ser tirriplendi c-Changing of the Guards quddiem il-palazz tal-belt, fl-ewwel tas-sena dieħla.

Aġenzija Identità Malta – linji gwida

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida ta’ klawsola 11 ta’ Avvi¿ Legali 47 tal-2014 msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9140?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 9879.

Korp tal-Pulizija — muturi second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9170 u jgħid jekk fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija nxtrawx muturi (motorcycles) second hand? Jekk iva, jista’ jgħid mingħand min, jekk hux b'direct order u kemm kien il-prezz?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-Korp tal-Pulizija ħareġ sejħa lil diversi importaturi sabiex jinxtraw għaxar muturi (motorcycles) tal-mudell BMW RT1200 second hand. Inxtraw mingħand RAD Auto Dealers tal-Marsa wara li kien l-unika importatur li wieġeb għas-sejħa. Inxtraw b’Direct Order approvata mil-Ministeru tal-Finanzi għal valur ta’ €91,000. Dawn il-muturi nxtraw sabiex il-Pulizija jaslu fil-pront fuq il-post tal-inċident u jassistu aktar l-imaniġġjar tat-traffiku.

Korp tal-Pulizija – Ordnijiet ta’ Stop Leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħataw ordnijiet ta' stop leave (jew kwalsiasi ordni oħra b'isem differenti i¿da bl-istess effett) fil-Korp tal-Pulizija minn Jannar 2014 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li : 1) inħareġ messaġġ ta’ stop leave fis-7 ta’ Marzu 2014 (GHQ/HR/63/2014/MSG) li kien ikopri l-perjodu tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew bejn it-22 u t-28 ta’ Mejju 2014. 2) inħareġ messaġġ ta’ stop leave fil-25 ta’ Marzu 2014 (GHQ/HR/75/2014/MSG) li kien ikopri l-perjodu tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew kif ukoll Spring Hunting mill-11 t’April 2014 ‘il quddiem. 3) fis-26 ta’ Mejju 2014 inħareġ messaġġ (GHQ/CONT/1913/2014/MSG) li kien jgħid li l-istop leave ġie terminat b’effett mis-27 ta’ Mejju 2014.

Ċentri miftuħa u Ċentri ta’ Detenzjoni — Immigranti mill-Gambja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti mill-Gambja fiċ-Ċentri Miftuħa u ċ-Ċentri tad-Detenzjoni? Kemm minnhom se jiġu ripatrijati lejn pajjiżhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallent li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata fseduta oħra.

Ċentri ta’ Detenzjoni — tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal fiċ-Ċentri tad-Detenzjoni? X'età għandhom? Kemm minnhom huma mal-ġenituri u kemm minnhom huma unaccompanied minors?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif kien wiegħed dan il-Gvern, fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni ma’ hemmx tfal.

Ċentri ta’ Detenzjoni — Immigranti li ma ngħatawx status ta’ ażil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm immigranti li ma ngħatawx status ta’ ażil u qed jinżammu fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni? Jista’ jgħid kemm hemm immigranti minn pajjiżi speċifiċi u x'qed isir biex dawn ikunu ripatrijati lejn pajjiżhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpallent li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata fseduta oħra.