Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-snin 2004/2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda impjegat li għandu aktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda fixed line fir-residenza normali tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsusm tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qegħdin jittieħdu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita' dwar it-Trasport nefqet is-somma kif jidher hawn taħt fuq kontijiet ta dawl u l-ilma:
2004 Lm7,884.15
2005 Lm12,422.43
L-ammonti murija jinkludu xi stimi li saru ghal dawk il-kontijiet li kienu għadhom ma ġewx irċevuti. (accruals).
L-ADT qed tieħu diversi miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl, fosthom kampanja edukattiva fost l-impjegati, kontroll fuq l-użu tal-eletriku u xiri ta’ apparat aktar effiċjenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru jew dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qegħdin jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għan dan is-servizz, min ingaġġahom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-inoformazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt:-
Ministeru:-
Consultants' Name Type of Service Date Amount
Pricewaterhouse Cooper Valletta Entrance Project 18/05/05 5,097.60
Profs. Richard England Malta Parlament +
Freedom Square Development 31/09/05 56,000.00
Awtorita' dwar it-Trasport:-
Lista annessa.
Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005 xahar b'xahar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħadd mill-istaff privat tal-Ministeru ma huwa intitolat għall-gażżetti. Il-gażżetti jinxtraw regolarment għall-użu tal-Ministeru, kemm fis-Segretarjat Privat, kemm fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, kemm fl-uffiċċju tad-Director Corporate Services (sa qabel ma ġie vakanti l-post f'Ġunju 2005), kif ukoll fl-uffiċju tad-Direttorat ta' l-EU. In-nefqa totali kienet hekk:-
Ministeru - Segretarjat Privat:- Segretarju Permanenti:-
2004 Lm 704.62 2004 Lm 131.22
2005 Lm 705.92 2005 Lm 177.79
Director Corporate Services:- Director EU Affairs:-
2004 Lm 344.19 2004 Lm 367.16
2005 Lm 141.80 2005 Lm 325.64
Fl-Awtorita' dwar it-Trasport hemm ħames uffiċjali li huma ntitolati għall-gażżetti kuljum, li huma l-Kap Eżekuttiv, id-Deputat Kap Eżekuttiv, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Liċenzji, id-Direttur tan-Network Infrastructureu l-PR & Marketing Manager. L-ispiża totali kienet tammonta għall-Lm1,180 kull sena.
B'riferenza għall-monumenti li nbew fir-roundabouts tal-junction tat-toroq tal-protokoll Taljan, jista' il-Ministru jgħid min kien l-iskultur, kemm ġie jiswa l-monument u n-numru tal-permess tal-MEPA ta' kull monument, kull wieħed separtament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-works of art (u mhux monumenti), li tpoġġew fil-junctions tat-toroq tal-protokoll Taljan jagħmlu parti mill-landscaping scheme tal-proġett fit-totalita tiegħu. L-artisti huma : Agius Marble Works; Paul Vella Critien; Charles Sammut; Mario Galea; Angelo Agius u Gabriel Caruana. Ix-xogħlijiet swew Lm1200 kull waħda, minbarra dik tal-Mtarfa junctions li swiet Lm1700.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-konsulenti kollha impjegati mad-diversi direttorati ta' l-ADT flimkien mal-ħlas dovut lilhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17200 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 16891, jista' jivverifika l-kundizzjoni ta' Triq Guttenberg, is-Swatar, l/o Imsida?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li saret spezzjoni fuq is-sit, jirriżulta li din it-triq għandha wiċċ ta' l-asphalt.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17104 u jgħid hemmx xi passi ppjanati biex toroq li qed jiġu mgħarrqa fin-naħa tal-Gżira ħdejn Triq Reġjonali, bi problemei kbar għal-familji, tant li ġieli ġew żgumbrati minħabba l-għargħar u l-periklu għalihom, jiġu rranġati biex din il-problema serja tittaffa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret inkjesta maġisterjali rigward ħsara fi Triq Ġuże Miceli li ġrat f'Diċembru 2005. Il-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta għad iridu jiġu stabbiliti.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta s-sidien tal-karozzi tal-linja se jingħataw is-sussidju tal-karta anzjan? Kemm għandhom jieħdu sussidju u ta' liema snin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li kull meta l-Awtorita' dwar it-Trasport tgħaddi s-sussidju lis-sidien tal-karozzi tal-linja, dawn jitħallsu f'somma globali li tkun tkopri wkoll is-sussidju li l-Gvern jagħti fuq in-nol ta' l-anzjani.
Jien infurmat li għas-sena 2005 diġa' tħallsu Lm1.1 miljun, iżda għadhom għaddejin taħdidiet dwar xi bilanċ ieħor li s-sidien qed jitolbu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita cable? Min huma u fil-każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fil-Minisetru tiegħi hemm tlett televisions li ghandhom is-servizz tal-melita cable inkluż wieħed fl-uffiċju tiegħi tal-Parlament. L-ispiża kienet ta' Lm 463.25 għas-sena 2004 u Lm 450.53 għas-sena 2005.
L-Awtorita' dwar it-Trasport tħallas lill-melita cable għal servizz fuq television wieħed li jinsab fl-uffiċini tal-ADT ġo Sa Maison Rd. L-ispiża għal dan is- servizz telgħet għal Lm137 kemm fis-sena 2004 u kemm fl-2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 l-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni, kemm ħadu/ingħataw flus għal kull safra u jikkonferma jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-dettalji ta' safar ta' membri ta' l-istaff privat tal-Ministeru tiegħi huma kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Ġieli kien hemm każi fejn l-individwi vvjaġġaw business class minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:-
- ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tipprepara u ma kienx hemm post economy
- titjira ġiet kanċellat mill-linja ta' l-ajru uminflok ġie provdut post business class fuq xi titjira oħra.
Kien hemm membri oħra ta' l-istaff li f'xi okkażjonijiet akkumpanjaw lili fuq żjarat uffiċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' private staff li hemm mal-ministeru? Kemm minnhom huma uffiċjali pubbliċi u kemm minnhom huma b'xi forma ta' kuntratt? X'inhu s-salarju, allowance u benefiċċji oħra (fringe benefits) li qegħdin jieħdu? Jista' jgħid kemm minn dawn huma mid-distrett elettorali tal-ministru u jagħti lista ta' l-ismijiet, indirizzi u identity cards tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
In-numru ta’ private staff fil-Ministeru tiegħi huwa 21, li minnhom 10 huma uffiċjali pubbliċi. Is-salarji, allowance u beneffiċji oħra ta’ dawn l-uffiċjali huma skond il-Guidelines għall-ingaġġar ta’ l-istaff fil-Ministeri. Tlettax (13) minn dawn l-uffiċjali huma mir-IV Distrett Elettorali. Dwar l-informazzjoni l-oħra mitluba ma jidhirlix li hija etika li tingħata informazzjoni personali ta’ dawn l-individwi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont inkluż il-VAT li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-sena 2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament? Fil-każ li fl-affermattiv, kemm inkriet kuljum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-karozza uffiċjali tiegħi hija government owned filwaqt li s-second car hija mikrija. L-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali matul l-2004 u l-2005 kienet Lm1903 u Lm522 rispettivament.
Matul dan iż-żmien kien hemm perjodu fejn inkriet karozza għal użu temporanju meta l-karozza uffiċjali kienet bil-ħsara. Ir-rati tal-kiri kienu jvarjaw skond il-make tal-karozza minn Lm15 sa Lm29.50 kuljum.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed? Kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant inxtraw ħames mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fil-Ministeru tiegħi.
Tlieta inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50 u tnejn oħra fuq il-prezz ta' Lm100.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile phone in kwestjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li ġie rrapurtat mobile phone wieħed bil-ħsara ta' l-istaff privat tiegħi, li kien jiswa' Lm54.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn l-ADT u l-assoċjazzjoni tal-karozzi tal-linja (PTA), liema diskussjonijiet suppost li ġew finalizzati xhur ilu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li t-taħtidiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni għat-Trasport Pubbliku għadhom għaddejjin. Inħoss li għadu mhux il-mument li jingħataw dettalji oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha impjegati full-time jew b'kuntratt ma' l-ADT inkluż l-isem u l-karigi, il-lokalita' tar-residenza, meta bdew l-impjieg ma' l-ADT u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17197 u jgħid jekk kumpanniji li jiġbdu films f'Malta ingħatawx il-faċilita' li jużaw chauffeur driven vehicles li mhumiex liċenzjati bil-"Y" plates?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport kienet irċeviet rikjesta għal permess wieħed biex karozza ta' għamla 4x4, li m'hiex reġistrata bħala "Y" plates, tiġi wżata għal dan il-għan għal matul film. Dan il-film jidher pero' li qatt ma ġie Malta b'riżultat li dan il-permess ma kienx hemm aktar bżonn tiegħu.