B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12351, jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sistema CPAS hija konformi mal-istandards tas-sigurtà tad-data taħt il-kategorija ISO/IEC 27000? Fil-każ li hija konformi jista’ jgħid min għamel l-audit neċessarju u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni rispettiva?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li s-serje ta’ standards ISO27000 tapplika ghal organizazzjonijiet mhux ghal sistemi individwali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistemi, proċeduri, mekkaniżmi u infrastruttura li fuqhom topera s-sistema CPAS humiex kollha approvati formalment mill-MITA?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-prezent ghadejjin diskussjonijiet mal-MITA sabiex l-arkitettura tas-sistemi tal-IT uzati fil-qasam tas-sahha tigi msahha.
Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni li s-sistemi, proċeduri, mekkaniżmi u infrastruttura li fuqhom topera s-sistema CPAS huma siguri biżżejjed u addattati biex jiggarantixxu l-privatezza tad-data tal-pazjenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-access ghas- CPAS huwa kontrollat permezz ta’ sistema ta sigurta’ kif hija l-prassi f’sistemi informatici uzati mid-dipartmenti tal-Gvern. Kull min ghandu permess juza din is-sistema ghandu ‘login name’ u ‘password’ tieghu u jinghata livell ta’ access skont ir-rwol tieghu, u dan jigi monitorjat permezz ta audit trail.
Peress li dan il-ħlas sar minn fondi pubblici, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12352 u jagħti l-lista sħiħa ta’ pagamenti li ntalbu u/jew saru b’rabta mas-sistema CPAS minn Marzu 2013 sal-lum? F’kull spiża, jista’ jgħid ta’ kemm kien l-ammont u lil min hu/kien dovut?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12354 u jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa matul l-2014 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont il-professjonijiet rispettivi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2014 ġew ingaġġati dawn li ġejjin:
Allied Health Professional
23
CareWorker
5
Clinical Chairperson
7
Consultant
20
Cooks
6
Dosimetrist
1
Enrolled Nurse
4
Environmental Health Officer
6
Health Screening Co-Ordinator
9
Procurement Manager
3
Precincts Officer
2
Principal Scientific Officer
3
Pharmacy Technician
4
Pharmacist
28
Paramedic Aide
63
PAC Co-Ordinator
1
Midwife
24
Staff Grade on Locum Basis
6
Project Manager ESF 4.175
1
House Officer
100
Higher Specialist Trainee
42
Resident Specialist
1
Staff Nurse
475
Nixtieq niġbed l-attenzjoni għall-fatt li numru mill-persuni ngaġġati hawn fuq kienu diġa mpjegati tas-servizz pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru cikli ta’ IVF matul is-sena 2014? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn irnexxew?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li matul l-2014, wara l-ewwel fazi ta’ screening u stimulazzjoni, il- Gvern hallas ghal 28 ciklu tal-IVF li sar fil-privat. Minnhom 6 koppji hargu tqal waqt li 3 minnhom welldu tarbija.
Peress li min għandu l-flus jista’ jmur barra u jingħata t-trattament, jikkonferma l-Ministru li d-deċiżjoni li koppji fejn il-mara tkun għalqet it-43 sena ma jiġux megħjuna biex jagħmlu t-trattament tal-IVF fl-isptar tal-Gvern tmur kontra d-dritt ta’ dawn il-koppji li u jixtiequ l-ulied?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa’ ngħatat tweġiba f'dan ir-rigward f'mistoqsija parlamentari 12222 .
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kwota ta’ kemm jista’ jiġi mtella’ ilma kuljum minn kull borehole u jekk m’hemmx kwota, hemmx il-ħsieb illi tidħol fis-seħħ? Jekk hemm il-ħsieb li tidħol fis-seħħ, jista’ jgħid jew jagħti indikazzjoni ta’ meta ser tidħol fis-seħħ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-open day li saret fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-okkażjoni tal-ġimgħa dwar is-servizz pubbliku, liema partijiet tal-Isptar ġew miftuħa għall-pubbliku? Jista’ jgħid kemm kienu n-nies li f’dik il-ġurnata marru jżuru dawn il-partijiet tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-partijiet miftuħa għall-pubbliku kienu:
Id- Day Care Unit, L-Imaging Department, Il- Hyperbaric unit, u il-Blood Donation Area fl- Outpatients. Ghalkemm bosta nies żaru din l-open day ma nżammux records ta’ dawk li attendew.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta’ total knee replacements bejn Awwissu 2013 u Awwissu 2014 u kemm minn dawn seħħu:
(a) Mingħajr kumplikazzjoni;
(b) B’kumplikazzjoni ħafifa;
(c) B’kumplikazzjoni maġġura; u
(d) Mewt
fl-ewwel xahar mill-bidu tal-operazzjoni? Jista’ jagħti l-figuri kollha simili għall-hip replacement u hip resurfacing? Jista’ jinkludi separatament ir-revision operations li jsiru fuq il-hip u fuq l-irkoppa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jivverfika l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ xogħlijiet ta’ drenaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet fis-sistema tad-drenaġġ saru skont il-proposti oriġinali.
ARMS u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13631 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija u lil min mill-ARMS u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?