Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Spanjola tul dawn l-aħħar sentejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015 inxtraw kotba bil-lingwa Spanjola kif jidher fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skejjel Sekondarji — Studenti li jitgħallmu l-Ispanjol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hawn, tul is-sena skolastika 2013/2014, u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015, studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Spanjola ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Spanjola fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015 hu kif se nsemmi:
Settur Sekondarju
Sena Skolastika 2013/2014
Sena Skolastika 2014/2015
Skejjel Sekondarji tal-Istat
1405
1389
Skejjel Sekondarji tal-Knisja
105
163
Skejjel Sekondarji Indipendenti
140
141
Skejjel Sekondarji – Għalliema li jgħallmu l-Ispanjol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentement qed jgħallmu l-lingwa Spanjola ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji Statali hemm 34 għalliem tal-iSpanjol li tnejn minnhom qegħdin fuq maternity leave. Hemm ukoll żewġ għalliema tal-iSpanjol fil-Livell Post Sekondarju ta’ Malta u wieħed Għawdex shared mas-Sekondarja.
Infurmat ukoll li preżentement hemm seba’ għalliema li jgħallmu l-iSpanjol fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u erba’ għalliema li jgħallmu l-iSpanjol fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru totali ta' LSAs li għandu l-Ministeru? Kif inhuma mqassma dawn l-LSA skont l-iskejjel li qed jaħdmu fihom? Kemm hu n-numru ta' LSA li qegħdin jaħdmu fi skejjel tal-Knisja jew privat li iżda huma mħallsa mill-Gvern?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, kif ġej:-
Tabella 'A' - Numru totali ta' LSAs li għandu l-Ministeru u kif inhuma mqassma
Tabella 'B' - Numru ta' LSAs li jinsabu fi skejjel non-statali. L-informazzjoni hi maqsuma fi Skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm purtinara jew persuni li jagħmlu xogħol ta’ tindif li l-Gvern qed iħallas għas-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Istat sal-bidu ta’ Marzu 2013 u jagħti t-tagħrif għal kull skola? Jista’ jgħid kemm hemm illum u jagħti t-tagħrif għal kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati tal-Ministeru għall-Edukazzjoni li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ tindif li l-Gvern iħallas għas-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Istat fil-bidu ta’ Marzu 2013 u fil-bidu ta’ Jannar 2015 f’kull skola hu kif jidher fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F’xi skejjel, permezz ta’ tender pubbliku,ingħata kuntratt għal xogħol ta’ tindif lil kumpaniji privati kif muri wkoll fl-istess dokument.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kandidati li applikaw għal għajnuna fil-qari (reader) waqt l-eżamijiet tas-SEC kif ukoll tal-MATSEC? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-istudenti li applikaw għal din l-għajnuna ngħatalhom dan is-sapport? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li l-Bord tal-Aċċess qed juża biex jingħata dan is-sapport f’dawn l-eżamijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-arranġamenti għall-aċċess għall-eżamijiet tal-MATSEC għadhom qed jiġu pproċessati mill-Access – Disability Support Committee (ADSC). S’issa (21 ta’ Jannar 2015) ġew ipproċessati 557 applikazzjoni minn 617. Dawn jinkludu applikazzjonijiet minn kandidati b’diżabiltajiet differenti. Mill-188 kandidat li talab reader u li ġiet ipproċessata l-applikazzjoni tiegħu, 144 ingħataw reader waqt li 44 ma kinux eliġibbli għal dan l-arranġament.
Il-kriterji li jintużaw biex jingħataw l-arranġamenti għall-eżamijiet tal-MATSEC jinstabu ppublikati f’Guidelines to MATSEC Examinations Access Arrangements:
http://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0011/165449/revisedspld.pdf
Dettalji dwar l-arranġamenti għall-kandidati li għandhom diffikultà fil-qari u l-kitba jinstabu f’sezzjoni 8.11. Dawn jinkludu żieda fil-ħin tal-eżami. Ma jingħatax reader għal-livell tal-Matriculation Certificate.
Is-silta dwar l-għoti ta’ reader fl-eżamijiet tas-SEC hija din:
8.11.4
Readers
8.11.4.1
A reader reads the examination questions to the candidate. This may involve reading the whole paper to the candidate or the candidate may request only some words to be read.
8.11.4.2
A reader will be allowed in certain non-language subjects where a candidate has a significant impairment. For candidates with SpLD, this is regarded as evidenced when:
(a) The candidate’s score on the locally standardized English Reading Comprehension Test is below 11.00years
AND
(b) The candidate’s score on the NARAII Accuracy scale is below 10years.The arrangement for a reader will not apply to candidates sitting for SEC language examinations or for any of the examinations at Matriculation Certificate level.
Ministeru tal-Edukazzjoni — Persuni li temmew l-imjieg tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li temmew l-impjieg tagħhom mill-Ministeru u mid-dekasteri vaji li jaqgħu taħtu fl-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fid-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi kien hemm 377 persuna li temmew l-impjieg tagħhom fl-2014. Kien hemm ukoll 56 edukatur tal-adulti fuq bażi part-time li temmew l-impjieg mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Dawk li Jħallu l-Iskola Kmieni.
Rigward l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru, infurmat li fl-2014 kien hemm 233 persuna li temmew l-impjieg jew ma baqgħux mal-entita'.
Tajjeb insemmi wkoll li l-ingaġġ ta' 1361 persuna li kienu ngaġġati b'kuntratt definit mal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) sabiex jaħdmu fuq bażi part-time fiċ-ċentri ta' Klabb 3-16 u Skola Sajf 2014, kien sat-30 ta' Settembru 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ learning support assistants fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll dawk tal-Knisja? Kif inhuma maqsumin f’kull skola li hemm f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm learning support assistants li jirrisjedu f’Għawdex iżda li jaħdmu fi skejjel f’Malta, kemm dawk tal-Gvern, privati jew tal-Knisja? Kif inhuma maqsumin f’kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Youth Employment Programme u Youth Guarantee Programme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-iskemi Youth Employment Programme u Youth Guarantee Programme? Jista’ jgħid jekk il-persuni li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u daħlu f’dawn l-iskemi, baqgħux jingħaddu mal-persuni jirreġistraw għax-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Youth Employment Programme ilu li spiċċa minn Diċembru 2012. Fir-rigward tal-Garanzija għaż-Żgażagħ s’issa ġew offruti opportunità ta’ edukazzjoni taħriġ u/jew xogħol lil madwar 165 żgħażagħ li qed jirreġistraw u 169 żgħażagħ li kienu inattivi. Fil-ġimgħat li ġejjin dawn l-opportunitajiet ser jiġu offruti lil madwar 412-il żagħżugħ ieħor.
Persuna ma tibqax tiġi kkunsidrata għall-fini ta’ statistika tal-qgħad hekk kif tali persuna tidħol fl-edukazzjoni jew tiġi offruta kuntratt u ingaġġata f’impjieg.
Pixxina Nazzjonali – riżultati ta’ testijiet dwar l-istat tal-pixxina
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tat-testijiet li saru fl-2014 dwar l-istat tal-pixxina nazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jinkludi r-riżultati tat-testijiet li saru fl-2014 dwar l-istat tal-pixxina nazzjonali, ir-rapporti tal-perit u l-interpretazzjoni ta’ dawn ir-riżultati mill-perit, kif ukoll preżentazzjoni li l-istess perit għamel lill-bord tad-diretturi qabel ittieħdet id-deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir bħalissa fil-Pixxina Nazzjonali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed isir bħalissa fil-pixxina nazzjonali huwa xogħol ta’ titjib u modernizzar tas-sular ta’ isfel tal-blokka tan-nofsinhar. Dan ix-xogħol irriżulta wara li ġew identifikati ħsarat minn rapporti u testijiet li saru fl-istruttura ta’ dan il-blokk.
Fl-aħħar tas-sena 2013 ġie konkluż rapport dettaljat fuq x-xogħol kollu li hemm bżonn isir fil-pixxina, wara li kienu saru numru ta’ spezzjonijiet viżwali. Waħda mill-problemi li kienet ġiet identifikata, hi l-istat tal-istruttura tas-saqaf ta’ fuq il-plant room. Minħabba li s-saqaf ta’ fuq il-plant room kien għal diversi snin espost għall-ilma, l-amministrazzjoni tal-pixxina nazzjonali talbet biex l-istruttura tiġi eżaminata f’iktar dettall u jsiru testijiet fuq l-istruttura tal-blokka tan-nofsinhar. Minn informazzjoni miġbura deher li l-ilma kien relatat ma’ l-użu tax-showers u li meta x-showers ma baqgħux jintużaw l-ilma waqaf.
Il-proċedura li ntuzat biex il-Perit wasal għal konklużjonijiet tiegħu, kienet tinkludi:
· spezzjoni viżwali
· testijiet fuq l-elementi kritiċi biex jiġu determinati l-forma, l-qies, il-ħxuna tal-ħadid u tal-konkos
·
survey
tal-planki biex ikun magħruf jekk hemmx diflezzjonijiet
· analiżi mill-ġdid tal-istruttura.
Konklużjonijiet
Kolonni:
Il-kolonni jifilħu l-piż kollu li hemm anki fl-agħar każ u meta l-binja hija mgħobbija kollha.
Travi fuq il-plant room:
It-travi tal-konkos oriġinali ma jifilħux il-piż li hemm fuqhom imma l-alterazzjonijiet li kienu saru fil-passat, fejn ġew introdotti travi tal-ħadid u kolonni ġodda iktar viċin xulxin, is-sitwazzjoni ġiet adekwata.
Planki fuq il-plant room:
Mis-survey li sar jidher li l-planki għandhom piż żejjed fuqhom. Dan ma jfissirx li kienu ġew iddisinjati ħażin fil-bidu imma jista’ jkun li għax żdiedu xi ħitan fuq il-planki maż-żmien u jista’ jkun li minħabba li hemm madwar 30cm ta’ torba taħt il-madum, u din ixxarrbet bl-ilma tax-showers, il-piż żdied ħafna.
B’dan il-piż żejjed is-sitwazzjoni saret waħda perikoluża u kellha bzonn tittieħed azzjoni minnufih. Fil-fatt kif dan sar magħruf, il-planki żdidilhom support temporanju u dan sar b’mod immedjat biex eliminajna l-periklu.
Pjan ta’ Azzjoni
L-iskop prinċipali kien biex jitneħħa l-piż eċċessiv li hemm fuq s-saqaf tal-planki ta’ fuq il-plant room. Dan se jkun qed isir billi:
· Jitneħħew il-ħitan kollha tal-ġebel u tal-
bricks
u nħallu biss il-qafas u l-ħitan tax-xaftijiet
· Titneħħa t-torba eċċessiva li hemm taħt il-madum (madwar 30cm)
· Jitneħħew is-servizzi kollha minn fuq il-planki
· Jingħata konkos fuq il-planki biex tiżdidilhom il-kapaċita` ta’ kemm jistgħu jġorru piż
· Biex tissolva l-problema tal-ilma nieżel fil-
plant room
u nevitaw ħsarat fl-istruttura, se jsiru żewġ saffi ta’
membrane
· Biex jinżammu l-istess livelli tal-madum imma mingħajr ma nagħmlu torba eċċessiva ħa jintużaw strutturi tal-
PVC
biex taħthom jitħalla l-vojt jew
light weight concrete
· Bħala ħitan li magħhom ħa jkun hemm is-servizzi se jintużaw
bricks
u mhux ġebel u kull fejn hu possibbli bejn it-
toilets
u bejn ix-
showers
ħa jintużaw
lightweight partitions
.
Minbarra dan kollu, it-tqassim tax-showers u ċ-changing rooms sar mill-ġdid biex dawn jkunu:
· Aċċessibbli għal kulħadd
· Flessibbli biex l-amministrazzjoni tal-pixxina jkunu jistgħu jużawhom bl-aħjar mod meta jkollhom id-diversi attivitajiet, speċjalment meta jkun hemm it-tfal
· Inħoloq spazju ġdid biex ikun jista’ jintuża għall-
aerobics
· Inħoloq spazju ġdid għall-ġenituri b’
nappy changing facilities
· Inħoloq spazju adekwat fejn isiru t-testijiet tad-
doping
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew utilizzati flus fl-2013 u fl-2014 mill-fond għas-sostenibbilità tal-iskejjel privati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Billi mhux ċar għal liema vot qed jirreferi l-Onor. Interpellant, qed nagħti informazzjoni dwar tlett voti li jibbenefikaw minnhom skejjel privati.
5503
(Learning Support Asst. in Private Schools)
5632
(Investment Fund)
5667
(Mariam Albatool)
2013
€896,212
€649,998
€300,000
2014
€1,834,330
€796,961
€300,000
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) minn Jannar 2014 u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi li minn Jannar 2014 ingħataw direct orders kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ischool loggers kollha li hemm fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel statali/kulleġġi hemm total ta’ 191 school loggers. Lista ta’ fejn hemm school loggers qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fuq parir tal-Uffiċċju tal-Protezzjoni tad-Data, it-tagħrif li jidentifika l-uffiċjali li huma l-ischool loggers mhux qiegħed isir pubbliku.
Skejjel sekondarji u post sekondarji — għalliema nieqsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa fl-iskejjel sekondarji u post sekondarji statli f'Malta u f'Għawdex? Ta' liema suġġett huma l-għalliema assenti? X'passi qed jittieħdu biex jinstabu oħrajn flokhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward l-iskejjel li jaqgħu taħt id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, ninsab infurmat li fil-preżent għandna tlett għalliema neqsin. Dawn huma fis-suġġetti tal-Ispanjol, Physical Education u Ingliż. Għall-Ispanjol għadha kif ġiet impjegata għalliema, għall-Ingliz ġiet impjegata għalliema ‘supply’ li se tintbagħat minflok għalliema fis-Sekondarja biex l-għalliema tas-Sekondarja tintbagħat il-Higher Secondary fejn għandna għalliema tal-Ingliż nieqsa, u fil-każ tal-PE, se jkollna student teacher mill-Universita’ li jkun qed jieħu l-lezzjonijiet waqt il-perjodu tat-teaching practice. Wara it-teaching practice (wara l-Għid) se jkollna għalliem/a li jkunu spiċċaw mill-phasing-out schools li jkunu jistgħu jiġu deployed f’din l-iskola.
Infurmat ukoll li fl-MCAST m'hemmx għalliema nieqsa ta' ebda suġġett.
Fil-preżent, il-Junior College tal-Università ta’ Malta għandha post vakanti wieħed fid-Dipartiment tal-Kimika. Inħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtela' dan il-post u għaddej il-proċess li jsiru l-intervisti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' gradwati mill-Università ta' Malta li gradwaw fl-aħħar sena akkademika? Kemm kien in-numru ta' gradwati minn kull lokalità ta' Malta u Għawdex rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta fl-aħħar sena akkademika u l-lokalità tal-gradwati ġew mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12910.
Skejjel primarji — tfal mhux ta' nazzjonalità Maltija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal, mhux ta' nazzjonalità Maltija li filfatt jattendu l-iskejjel primarji tad-9 u l-10 distrett, lokalità b'lokalità rispettivament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' tfal mhux ta' nazzjonalità Maltija li jattendu l-iskejjel primarji tal-Istat tad-9 u l-10 distrett, lokalità b'lokalità, hu kif se nsemmi:-
Kulleġġ Santa Klara
Primarja Sliema
120
Primarja Gżira
48
Primarja San Ġwann A
43
Primarja San Ġwann B
10
Primarja San Ġiljan
40
Primarja Pembroke
70
Kulleġġ Santa Tereża
Primarja Msida
79
Kulleġġ Maria Regina
Primarja Għargħur
6
Total
416