Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6873 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinformani xi programm ħejja d-Dipartiment tad-Drenaġġ sabiex jassigura li ma jkunx hemm fawran tad-drenaġġ fil-Bajjiet ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra? Jista' l-Ministru jinformani liema huma l-aktar arterji tas-sistema tad-drenaġġ difettużi f'dawn l-inħawi? X'apparat se jintuża sabiex jiġu sorveljati u rimedjati l-problemi kawżati mill-fawran matul is-sajf li ġej?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6874 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment li se jwettqu l-programm ta' tindif ta' widien fil-gżejjer matul is-sajf li ġej? X'makkinarju se jintuża u kemm huma l-flus ivvotati għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Din ir-risposta tkun tista' tingħata meta l-pjani neċessarji jkunu lesti.
Leg 9 PQ #6875 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-widien f'Malta u Għawdex li se jiġu rijabilitati mid-dipartiment matul ix-xhur tas-sajf? Kemm saru applikazzjonijiet relatati max-xogħlijiet simili lill-Planning Authority u x'permessi u kondizzjonijiet ingħataw? Kemm hu n-numru ta' talbiet għal tindif fil-widien li ssottometta d-Dipartiment ta' l-Ambjent mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Meta ġew approvati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartimenti konċernati biex iħejju pjan għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #6877 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Reserviors ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-reserviors ta' l-ilma tax-xita li jeħtieġu manutenzjoni, tindif, eċċ f'Malta u Għawdex? Kemm hu l-kalkolu ta' l-ilma globali li jirċievu dawn ir-reserviors ta' l-ilma? Meta se jsiru dawn il-manutenzjonijiet u kemm hemm flus ivvotati għall-programm ta' manutenzjoni ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6148 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux testijiet fuq ilma li dejjem joskula mill-blat ta' taħt triq (taħt il-Club tal-Boċċi tal-Birgu) bejn il-Club tar-Regatta, il-Kalkara u l-Starky Building il-Birgu? Jekk saru testijiet, jista' jgħid x'irriżulta? Jekk ma sarux, meta se jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6673 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Mdina Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni maħtura fuq l-Imdina Rehabilitation Committee? Kif inhuma ppjanati li jintnefqu l-Lm200,000 allokati għalih għall-1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina għadu mhux maħtur.
Leg 9 PQ #6848 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Attrezzi ta' żmien il-Kavallieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru biex jiġu salvagwardati l-attrezzi ta' żmien il-kavallieri li hemm mgħarrqa fil-port tal-Kottonera, fejn hemm maħsub li jsir il-proġett ta' Kottonera? Jekk iva, min qed jagħmel dan l-istudju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma sar l-ebda studju f'dan ir-rigward la issa u lanqas qabel iżda l-Konsorzju li se jiżviluppa l-Marina huwa marbut li ma jagħmel xejn li jista' jikkawża xi ħsarat f'xi attrezzi li jista' jkun hemm mgħarrqa f'din il-parti tal-Port. L-iżvilupp li jsir għandu jkun b'tali mod u manjiera li anke dan l-istudju jkun jista' jsir anke fil-futur.
Leg 9 PQ #6866 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Bajjiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' tindif tal-bajjiet tat-12-il distrett ċioe' l-Għadira, Għajn Tuffieħa, l-Ġnejna, eċċ għal matul l-istaġun tas-sajf li ġej? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet? X'makkinarju għandhom? X'kuntratti lill-kuntratturi privati se jkun hemm relatati ma' dawn ix-xogħlijiet tal-bajjiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6867 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Siġar

Question

Peress li matul l-1997/98 il-Gvern Malti rċieva donazzjoni ta' 5,000 siġra kull sena, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'arranġamenti saru sabiex l-istess ammont ta' siġar jerġgħu jingħataw din is-sena? Ma min saru laqgħat u meta saru mill-5 ta' Settembru 'il hawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6870 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 12 — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' fawran tad-drenaġġ rapportati fil-bliet u rħula tat-12-il distrett matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet? Meta saru t-tiswijiet u kemm ħadu żmien aktar minn dak normali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li qiegħed isir 'research' fuq in-numru ta' fawran fl-ewwel erba' xhur tas-sena, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6871 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Releave valve tad-drenaġġ

Question

Peress li ilu s-snin jintqal li se jsir releave valve tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta sabiex ikun hemm kontroll aħjar tas-sistema partikolarment fl-inħawi ta' Vjal il-Ħaddiem u Għajn Qajjed, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din il-problema ser tiġi ttrattata fit-tielet fażi tal-proġett Baħrija, Rabat, Attard u Qormi. Ix-xogħlijiet ser jibdew fis-sena 2000. Il-proġett jinkludi t-tqegħid ta' madwar 4 kilometri ta' mejnijiet fosthom li ser jitqegħdu fi Vjal il-Ħaddiem u Triq in-Nigret. B'dan il-proġett jiġi eliminat kull inkonvenjent f'dawn it-toroq imsemmija u b'hekk jistgħu jiġu mqabbda l-inħawi ta' Għajn Qajjed.
Leg 9 PQ #6929 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Rave party

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jħallsu l-promoturi tar-rave party kbir li se jiġi organizzat fil-ġejjieni qarib fil-grounds ta' Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qed isir eżerċizzju ma' l-'Accounts Section' tal-'Works Division' sabiex tiġi stabbilita rata għall-attivitajiet kollha li jsiru għal skop ta' profitt fil-grounds ta' Ta' Qali.
Leg 9 PQ #6941 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bankini — Ġarr ta' ramel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jinġarr ramel mill-bajjiet f'Malta biex jitqiegħdu s-slabs fuq il-bankini? Minn fejn qiegħed jittieħed dan ir-ramel (liema bajja)? Hemm kontroll fuq il-kwantita' li tinġarr? Jidhirlu l-Ministru li ġarr ta' ramel huwa kkonsidrat ħsara ekoloġika?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li waqt li qiegħed isir xogħol ta' 'embellishment' fi Pretty Bay, B'Buġia, kien hemm xi ftit ramel żejjed, u dan tneħħa u ntuża trakk ramel għall-paviment tal-bankini fiż-Żonqor Area, Marsascala u tliet trakkijiet ramel oħra ntużaw mid-Dipartiment tad-Distretti.
Leg 9 PQ #6964 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex is-sistema tad-drenaġġ minn Triq Batu għal Sqaq Il-Lhudi li jibqa' sejjer sa Triq l-Imdina maġenb l-iskola tad-Dorothej, titnaddaf minħabba il-blockage li jeżisti preżentament? Għaliex il-pompa tad-drenaġġ li hemm fil-viċinanza mhux taħdem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jieħu l-passi meħtieġa. Rigward it-tieni parti, tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6842 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk inbidilx xi ħaġa mid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rigward il-Proġett tal-Kottonera, f'termini tal-kondizzjonijiet? Jekk iva, jista' l-Ministru jinforma lill-membri tal-Kamra billi jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nassumi illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-kuntratt propost bil-'Land Drawings' annessi. Ma sar ebda tibdil f'dawn id-dokumenti li fil-fatt kienu diskussi bl-aktar mod akkurat mill-Public Accounts Committee.
Leg 9 PQ #6843 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sejjaħx laqgħat mal-kunsilli lokali tal-Kottonera biex jiddiskutu flimkien il-proġett tal-Kottonera? Jekk iva, meta sar dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jiena ltqajt mal-Kunsilli Lokali konċernati b'dan l-iżvilupp kif hawn taħt elenkat biex niddiskuti il-Proġett tal-Kottonera: KUNSILL LOKALI BORMLA --------------------- Il-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 1998 L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999 Il-Ħamis 8 ta' April 1999 KUNSILL LOKALI BIRGU -------------------- L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999 KUNSILL LOKALI ISLA ------------------- L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999 KUNSILL LOKALI KALKARA ---------------------- Il-Ġimgħa 5 ta' Marzu 1999 Il-Ġimgħa 14 ta' Mejju 1999 Jien għamilt ukoll preżentazzjoni għall-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Bormla, u l-Isla nhar il-Ħamis 22 ta' April 1999.
Leg 9 PQ #6844 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Bini storiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji qed isiru biex jiġi salvagwardat bini u wirt arkitettoniku u storiku importanti li hemm fil-Kottonera u li se jintlaqat bil-proġett tal-Kottonera? Jekk iva, min qed jagħmel dan l-istudju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kull żvilupp li ser isir huwa rregolat bil-liġijiet u proċeduri normali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u bħal f'kull każ anke jekk l-iżvilupp ikun se jsir minn naħa tal-Gvern irid jiġi sottomess lill-istess Awtorita'. Parti minn dan il-proċess huwa li jiġu sottomessi d-dettalji kollha, l-istudji kollha li jkunu saru kif ukoll il-metodu li jkun ser jintuża fir-restawr. Il-Konsorzjum huma marbutin li jagħmlu dan kollu u għalhekk ma nassumix li hemm xi problema f'dan ir-rigward. Barra minn dan, it-Taqsima tax-Xogħlijiet se żżomm għajnejha ukoll fuq dak li jkun qiegħed isir.
Leg 9 PQ #6851 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba/San Pawl il-Baħar/Qawra — Manutenzjoni

Question

Peress li fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra, ħafna ħwienet, lukandi, restaurants, bars, eċċ jilmentaw li meta jirrapportaw xi ħsarat fis-sistema ta' l-ilma, id-dawl, telephone, drenaġġ, eċċ jdumu jistenew ħafna u jiġri li kawża ta' dawn il-ħsarat it-terzi persuni jidħlu f'ħafna spejjeż żejda sabiex isibu soluzzjoni temporanja ħalli jkunu lanqas impatt possibbli fiċ-ċirkostanzi, jista' l-Ministru jikkonsidra li jikkordina unit ġdid sabiex dawn il-ħsarat jiġu kkordinati aktar pofessjonalment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi innutat.
Leg 9 PQ #6894 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Monument ta' Dante Alighieri — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jordna li l-ġnien li hemm f'Horn's Ditch fejn hemm il-monument ta' Dante Alighieri jingħata attenzjoni xierqa? Tista' tissewwa x-xatba tal-ħadid li hemm fl-entratura minħabba l-abbużi li qegħdin isiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed jiġi innutat.
Leg 9 PQ #5941 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.