Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11654 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti ta' l-ikel — Levies

Question

Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri ta' l-UE bħar-ross u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communites, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat? Jista' l-Ministru jgħid kif din il-miżura se taffettwa l-konsumaturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tariffi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communities" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-U.E. bla ma jħallas ebda dazju. Ta' min jgħid ukoll li ċertu gżejjer għandħom "specific supply measures" sabiex ikunu jistgħu jimpurtaw ir-ross bil-prezz tas-suq internazzjonali.
Leg 9 PQ #11655 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti ta' l-ikel — Levies

Question

Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimponi xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri ta' l-UE bħal butir u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat? Jista' l-Ministru jgħid kif din se taffettwa l-prezzijiet tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tariffi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communites" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-U.E. bla ma jħallas ebda dazju. Ta' min jgħid ukoll li ċertu gżejjer bħall ma huma Madeira u Canary Islands għandhom "specific supply measures" sabiex ikunu jistgħu jimpurtaw il-butir bil-prezz tas-suq internazzjonali.
Leg 9 PQ #11656 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti ta' l-ikel — Levies

Question

Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri tal-UE inkluż li tneħħi s-sussidju fuq l-istess prodott bħal fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa, u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat? Jista' l-Ministru jgħid kif din se taffettwa l-prezzijiet tal-konsumaturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tariffi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communities" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-U.E. bla ma jħallas ebda dazju.
Leg 9 PQ #11648 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru dwar l-esportazzjoni tal-majjal matul dawn l-aħħar 14-il xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li d-domanda tal-majjal lokalment hija għolja, ma kienx hemm bżonn li jsir l-ebda studju. Fil-fatt ippruvajt insib studju ta' meta kienet saret l-esportazzjoni diżastruża ta' 43 majjal waqt l-amministrazzjoni l-oħra u lanqas dak inhar ma kienet inħasset il-ħtieġa li jsir dan it-tip ta' studju. Infakkar ukoll li l-istess interpellant, dak iż-żmien Ministru, kellu jesporta 10,000 majjal u mhux 43 majjal. S'hemm kienet tasal il-propaganda vojta u puerili ta' l-istess interpellant.
Leg 9 PQ #11649 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Poultry — Produtturi

Question

Peress li riċentement l-Ministru fil-question time wieġeb li produttur tal-poultry se jkun jista' jesporta għaliex jieħu s-sussidju mill-UE, jista' l-Ministru jinfurmana kemm huwa s-sussidju fuq l-esportazzjoni tal-bajd frisk, laħam tad-dundjan u tat-tiġieġ u kemm huwa l-livell ta' prezz li bih il-produttur Malti jrid jikkompeti sabiex fil-fatt jesporta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-regolamenti ta' l-U.E. 2771/75 (bajd) u 2777/75 (tjur) kif emendati bir-regolament 354/96. L-interpellant huwa mitlub jgħid f'liema seduta sar l-imsemmi 'statement'.
Leg 9 PQ #11650 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tadam — Produzzjoni

Question

Peress li l-Ministru ċaħad li l-UE qed titlob lill-Portugal sabiex inaqqas 20% tal-produzzjoni tat-tadam għal għasir u ċaħad li l-President tal-Portugall ġie rrapportat f'April li għadda li pajjiżu wriet kriżi fl-agrikoltura riżultat ta' sħubija fl-UE, u dan għaliex ivverifika u jew tkellem mal-Ministru tal-Biedja tal-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid jekk għadux jikkonferma din iċ-ċaħda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din l-allegazzjoni ta' caħda hija ġennata oħra bħat-"Taxxa ta' Lm600" li vvinta l-istess Interpellant.
Leg 9 PQ #11652 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodotti ta' l-ikel — Levies

Question

Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu tagħna kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri ta'l-UE bħal fil-każ tal-corned beef u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tariffi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communities" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-U.E. bla ma jħallas ebda dazju. Ta' min jgħid li ċertu gżejjer bħal ma huma l-Canary Islands għandhom "specific supply measures" sabiex ikunu jistgħu jimpurtaw il-corned beef bil-prezz tas-suq internazzjonali.
Leg 9 PQ #11653 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prodott ta' l-ikel — Levies

Question

Peress li sħubija fl-UE timponi miżuri ta' levy ġdida fuq il-poplu kemm-il darba jimporta xi prodotti ta' l-ikel li ma jkunux importati mill-pajjiżi membri ta' l-UE bħal-luncheonmeat mill-Far East u dan minħabba l-Integrated Tariffs of the European Communities, jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun din it-tariffa/levy ġdida li l-Gvern Malti jkollu jdaħħal fuq dan il-prodott importat? Jista' l-Ministru jgħid kif din il-miżura se taffettwa l-poplu Malti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi bħal issa fl-ambitu tal-WTO qed jiġi diskuss programm ta' tnaqqis ta' Tafifi ħadd ma jista' jgħid kemm sejra tkun it-tariffa li tkun trid tapplika Malta. Barra minn hekk skond l-istess "Integrated Tariffs of the European Communities" il-prodott ta' ħafna pajjiżi jidħol fl-UE bla ma jħallas ebda dażju. Ta' min jgħid ukoll li ċertu gżejjer bħall ma huma l-Canary Islands għandhom "specific supply measures" sabiex ikunu jistgħu jimpurtaw il-luncheonmeat bil-prezz tas-suq internazzjonali.
Leg 9 PQ #11645 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrijali tal-Majjal — Sussidju

Question

Peress li bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, l-industrija lokali tal-majjal se titlef sussidju fuq l-importazzjoni tal-gwież, il-protezzjoni tal-levy u tal-kwota tal-produzzjoni, jista' l-Ministru jgħid kif dan se jaffettwa lill-industrija lokali u lill-poplu? Jista' l-Ministru jgħid xi studju għamel il-Gvern Malti mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn dwar dan l-impatt? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' dan ir-rapport?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-"position paper" ta' Malta vis-a-vis l-industrija tal-majjal qed tiġi ppreparata u meta jkun il-waqt tiġi ppublikata.
Leg 9 PQ #11646 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-produtturi tal-pajjiżi membri ta' l-UE li jġiebu prezz medju ta'82c-il kilo għal majjal kif inġiebu fil-preżent l-produtturi Maltin u Għawdxin? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li produttur Maltin jrid iwaqqa' l-prezz tiegħu sabiex ikun bħal produtturi ta' l-UE? Jista' l-Ministru jgħid f'Settembru ta' din is-sena kemm kienu l-prezzijiet tal-majjal f'Malta għall-produtturi lokali u kemm kien dak f'kull pajjiżi membru ta'l-UE għar-raħħala tal-pajjiżi membri?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezzijiet ivarjaw minn żmien għal żmien u minn suq għal suq anki fl-istess Ewropa u saħansitra ukoll anki minn suq għal suq ġewwa l-istess pajjiż Ewropew. Għaldaqstant ma nafx x'sens jagħmel li wieħed jipparaguna l-prezzijiet mingħajr ma jkun qed jagħti każ il-fatturi ekonomiċi kollha relevanti u prevalenti f'kull suq. Infakkar ukoll li l-prezz tal-majjal jiddependi fuq il-bilanċ bejn provvista u domanda. L-Onor Interpellant għalekk għandu jsir konxju tal-fatt li l-proġett fjask tiegħu ta' l-esportazzjoni tal-majjal fejn b'tant daqq ta' trombi kien jgħid li kellha ssir esportazzjoni ta' 10,000 majjal meta fir-realta ġew esportati biss 43 majjal, l-istess qerq u ngann ta' l-Onor Farrugia serva biss biex ġiegħel lir-raħħala jkabbru l-produzzjoni meta ma kienx hemm bżonnha u allura din iż-żieda serviet ta' dannu għall-istess industrija.
Leg 9 PQ #11647 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Produtturi

Question

Peress li l-Ministru qal li l-produtturi tal-majjal bi sħubija sħiħa ta' Malta se jesportaw kemm iridu l-prodotti tagħhom lejn il-pajjiżi ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat il-prezz tal-majjal li bih il-produtturi Maltin jridu jesportaw il-prodotti tagħhom sabiex ikunu kompetittivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz tal-majjal fis-swieq tal-pajjiżi membri ta' l-U.E. ivarja minn żmien għal żmien. Li hu żgur huwa li l-majjal Malti, meta nkunu membri sħaħ ta' l-U.E., ma jkunx suġġett għad-dażji projbittivi, kif suġġett meta ġie esportat il-majjal fi żmien l-Onor. Interpellant. Infakkar ukoll li l-prezz tal-majjal jiddependi fuq il-bilanċ bejn provvista u domanda. L-Onor. Interpellant għalhekk għandu jsir konxju tal-fatt li l-proġett fjask tiegħu ta' l-esportazzjoni tal-majjal fejn b'tant daqq ta' trombi kien jgħid li kellha ssir esportazzjoni ta' 10,000 majjal meta fir-realta ġew esportati biss 43 majjal, l-istess qerq u ngann ta' l-Onor. Farrugia serva biss biex ġiegħel lir-raħħala jkabbru l-produzzjoni meta ma kienx hemm bżonnha u allura din iż-żieda serviet ta' dannu għall-istess industrija.
Leg 9 PQ #11636 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — CAP

Question

Peress li f'Ottubru tas-sena l-oħra l-BBC f'wieħed mir-rapporti li għamel qal li l-CAP qed tiswa lill-familji ta' erba' persuni tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea 20 sterlina fil-ġimgħa, li huma madwar Lm600 fis-sena, għall-familji Maltin, jista' l-Ministru jgħid dawn humiex ħrejjef jew fatti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi messu jaf li din il-Mistoqsija Parlamentari TIĠA STAQSIHA b' Mistoqsija Parlamentari numru 11490 f'seduta numru 196. Nerġa nikkonferma li t-"Taxxa ta' Lm600" ta' Noel Farrugia HIJA ĦRAFA.
Leg 9 PQ #11637 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja u Sajd — GDP

Question

Peress li fl-ewwel disa' xhur tas-sena l-GDP niżel bi kważi miljun fis-setturi tal-biedja u sajd, meta pparagunat mas-sena l-oħra, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet ta' dan it-telf?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din hija kelma b'kelma tal-Mistoqsija Parlamentari numru 11491 ta' l-istess interpellant. Għaldaqstant għandu jirreferi għar-risposta diġa mogħtija.
Leg 9 PQ #11638 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda Maltin — Territorji Maltin

Question

Peress li jirriżulta li Malta se jkollha diffikultajiet kbar sabiex tipproteġi l-25 mil tal-kosta, fejn huma protetti li jistadu sajjieda Maltin u Għawdxin kif ġie rrapportat f'ġurnal lokali, jista'l-Ministru jinformana x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar din il-problema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-kwistjoni imsemmija għada trid tiġi ttrattata fin-negozjati li jibdew wara Ġunju 2000. Qabel ma dawn jintemmu ma jkunx prudenti li wieħed jippreżenta l-pożizzjoni meħuda.
Leg 9 PQ #11639 Sitting 198 1999-12-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kooperattivi tas-Sajjieda — APEX

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema laqgħat ma' l-APEX u l-Koperattivi tas-Sajjieda, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn il-Ministeru tkellem dwar dan il-punt u x'kienu r-reazzjonijiet tal-kooperattivi tas-sajjieda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Liema punt?
Leg 9 PQ #11492 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda

Question

Peress li skond ma ġie rrapportat minn Dr Leonard Mizzi f'ġurnal lokali Malta se jkollha diffikultajiet kbar sabiex tiproteġġi l-25 mil tal-kosta fejn huma protetti li jistadu sajjieda Maltin u Għawdxin, jista' l-Ministru jinformani x'inhija l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar din il-problema? Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, f'liema laqgħat ma' l-APEX u l-Kooperattivi tas-Sajjieda, il-Ministeru tkellem dwar dan il-punt u x'kienu r-reazzjonijiet tal-kooperattivi tas-sajjieda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari numru 10917.
Leg 9 PQ #11635 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — OECD

Question

Peress li f'ħarġa riċenti ta' l-OECD, nikkwota l-kliem eżatt, li "the annual monetary value of gross transfers from consumers and taxpayers to agricultural produce arising from policy measures creating a gap between domestic market prices and border price of a specific agriculture commodity measured at the farm gate level" huwa kkalkolat li jiswa lill-familji membri ta' Unjoni Ewropea ta' erba' persuni madwar Lm600 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid għaliex huwa jsejjaħ effetti bħal dawn li ġġib sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fuq il-familji Maltin u Għawdxin, bħala ħrejjef?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi messu jaf illi din il-Mistoqsija Parlamentari DIĠA GĦAMILHA permezz ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 11489 li ġiet imwieġba fis-seduta precedenti. Pero nerġa nikkonferma li hekk huma, xejn ħlief ħrejjef.
Leg 9 PQ #11486 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Uffiċjali

Question

Peress li matul dawn l-aħħar 14-il xahar il-Ministru dejjem tkellem fuq ir-riorganizzazzjoni tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll bagħat numru ta' uffiċjali tal-ministeru f'Brussels sabiex din ir-riorganizzazzjoni ssir ukoll skond l-istandards ta' l-UE, jista' l-Ministru jpoġġi r-rapport prelimari u/jew finali li tħejja, jew qed jiġi mplimentat għal dan il-għan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-'Management Efficiency Unit' ta' l-Ufficju tal-Prim Ministru ġie mitlub sabiex jgħin il-Ministeru fir-riorganizzazjoni skond il-ħtieġa taż-żminijiet tal-lum, u dan irrispettivament jekk inkunx jew le fl-Ewropa.
Leg 9 PQ #11487 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' veterinarji, tekniċi, ħaddiema eċċ li jridu jiġu mpjegati mad-dipartimenti sabiex dan ikun f'pożizzjoni li josserva l-liġijiet, regoli u direttivi ta' l-UE? X'taħriġ beda jingħata u se jkompli jingħata lill-ħaddiema uffiċjali, tekniċi li llum huma mpjegati mad-dipartimenti rispettivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Huwa stmat li madwar 28 uffiċjal professjonali u tekniku huma meħtieġa sabiex insaħħu l-operat tal-Ministeru għaż-żminijiet tal-lum, u dan irrispettivament jekk inkunux fl-Ewropa jew le.
Leg 9 PQ #11488 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gwież/qamħ — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien f'ċifra ta' flus is-sussidju fuq il-gwież u l-qamħ li l-gvernijiet Maltin issussidjaw matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni dwar kemm kien is-sussidju fl-istess perjodu fuq il-gwież li Malta bbenefikat għaliex mhix pajjiż ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġġerixxi l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.