Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15014 u jgħid sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kien in-numru ta' bdoti u membri tal-crew ta' l-Airmalta li rriżenjaw mix-xogħol mal-kumpannija nazzjonali? Jista' jagħti tagħrif dwar ir-reklutaġġ li sar fl-istess perijodu għall-istess karigi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15013 u jgħid kemm huwa n-numru ta' bdoti ta' l-ajru Maltin u Għawdxin li ġew reklutati ma' l-Airmalta matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? F'liema grad, livell, kategorija, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15082, 15317 u 15445 u jgħid meta u minn min ġie stabilit li l-Enemalta għandha "ħofra" ta' Lm50 miljun?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14962, 15126, 15382 u 15439 u jgħid apparti ż-żieda fil-prezz tal-fuel u fis-surcharge,x'miżuri qiegħda tieħu l-Enemalta biex taħdem b'mod aktar effiċjenti u b'hekk tikkontrolla aħjar l-ispiża u r-rendikont finanzjarju tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14899, 15143 u 15393, jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena t-tarzna ħassritx proċess ta' għażla għal servizz ta' akkomodazzjoni għall-ħaddiema barranin u reġgħet bdiet il-proċedura mill-ġdid? X'kienu r-raġunijiet li għalihom tħassar il-proċess ta' l-għażla?
Response (GATT, AUSTIN)
Nikkonferma li l-Malta Shipyards waqqfet l-ewwel proċess ta' tender għal offerti għall-akkomodazzjoni maħruġ aktar kmieni din is-sena. Dan sar minħabba li :
a. xi uffiċċjali tat-Tarzna ma' segwewx il-proċeduri nterni li tuża t-tarzna f'każijiet bħal dawn, u
b. l-informazzjoni mogħtija mill-MTA rigward liema bidders kellhom il-liċenzji kollha neċessarji inbidlet wara li ngħatat uffiċċjalment.
Il-proċess ġie mwaqqaf u reġa nbeda mill-ġdid. Din id-darba l-offerti ser isegwu l-proċessi użati fil-gvern u ser jiġu kkunsidrati biss dawk il-bidders li kellhom liċenzja valida sad-data ta' l-għeluq ta' l-ewwel offerta.
Sadan it-tant, il-Ministeru talab lit-tarzna biex tinvestiga kif, qabel ma ħarġet l-ewwel offerta, kienu qed jingħataw direct orders lill-lukanda partikulari.
Jista' il-Ministru jgħid min huma d-ditti Maltin fil-consortium li rebah it-tender ta' Pender Place?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-ditti li jiffurmaw il-konsorzju, li huma kollha ditti maltin, huma s-segwenti:
United Group Limited
Silverline Investments Ltd
Vellsix Ltd
Kreativ Developments Ltd
BS&C Investments Ltd
MICJON Company Ltd.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-bini mikri mill-MITTS matul din is-sena? Kemm huwa l-ammont dovut li jrid jitħallas biex il-kirja tkun "according ta' date"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15160, jista' il-Ministru jara li l-Maltacom tneħħi l-linji tat-telephone issa li ġew irranġati l-wires tad-dawl?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-PQ 1130.
Jekk il-prezz medju tal-fuel u gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10% is-sena d-dieħla, kif jispjega l-fatt li l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-inċentivi li jingħataw taħt il-Business Promotion Act u taħt l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li l-kumpanniji li joperaw fis-settur tal-manifattura f'Għawdex ikollhom jagħmlu fuq it-trasport bejn Għawdex u Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qiegħda tiġi mfassla leġiżlazzjoni biex tkun tista tipprovdi l-għajnuna għall-ħtiġijiet ta' l-industrija Maltija fil-waqt li tibqa konformi mar-regolamenti ta' EU fuq "State Aid". F'dan ir-rigward l-industrija f'Għawdex qed tingħata l-attenzjoni partikulari u speċifika.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15200 u jgħid jekk il-bord tad-diretturi approvax il-budget ta' l-Air Malta għas-sena Marzu 2005 - Marzu 2006? Meta ġie approvat dan il-budget?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jaf il-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-gvern u l-kumpannija Gozo Channel dwar l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku li trid tagħti lil Għawdex din il-kumpannija? X'ammont ta' flus qed titħallas il-Gozo Channel bis-saħħa ta' dan il-kuntratt? X'servizzi hija obbligata tagħti? Kemm-il sena jkopri dan il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15047 u 15310 u jgħid xi ħlasijiet ngħata s'issa l-konsulent Amerikan li ismu qed jintbagħat separatament, għax-xogħol li għamel għall-korporazzjoni Enemalta? X'xogħol fil-fatt għamel mindu nħatar konsulent? Kemm nefqet fuqu l-Enemalta biex ġabitu hawn kull darba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta daħlet f'kuntratt ma' ditta ta' Kunsulenza Amerikana għal perjodu minn Mejju 2005 sa' Mejju 2006. Il-Kuntratt huwa għal somma ta' $50,000 u spejjeż ta' vjaġġar. Il-kuntratt ikopri żewġ laqgħat f'Malta, li għalih jattendu żewġ konsulenti mid-ditta, subscription ta' 12-il xahar għal pubblikazzjoni ta' Fuel Oil Annual Meeting u ċerti ammonti ta' siegħat ta' konsulenza fix-xahar. Minn mindu inħatret din id-ditta għamlet ħafna xogħol għal Enemalta b' konnessjoni mal-fuels. Sa issa żaret Malta darba biss.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14817, 15039 u 15309 u jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14946, 15132 u 15385 u jgħid jekk jitħallasx dazju, sisa u VAT fuq l-importazzjoni tal-fuel mill-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn ir-rati ta' taxxi u għal kemm ammontaw għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għall-leġislazzjoni relattiva dwar ir-rati ta' dazju, sisa u VAT li japplikaw għal importazzjoni ta' fuel.
Dwar l-ammonti nvoluti nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.