Legislature:
Category:
Reset
Active:

Speed cameras — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu b'riżultat ta' l-istallazzjoni ta' speed cameras matul l-2005? Kemm minnhom ġew kontestati u kemm tħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar ċitazzjonijiet li nħarġu fl-2005 permezz ta’ l-ispeed cameras hu kif ġej: (a) Numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa: Lokalita’ Numru Qormi 2,175 San Pawl il-Baħar 4,191 San Ġiljan 20,313 (b) Kemm minn dawn tħallsu: Lokalita’ Numru Qormi 1,750 San Pawl il-Baħar 3,553 San Ġiljan 15,082 (c) Kemm ġew ikkontestati u s-sentenza tat-Tribunal: Guilty admits: 11 Time barred: 58 Withdrawn 106 Not Guilty 997 Guilty 1,047 Guilty – No show 4,157

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn huma l-persuni mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2005? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub dwar safar fuq xogħol uffiċjali mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ġustizzja u l-Intern hu kif jidher fuq listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-2006 kemm hemm pulizija u ta' liema rank li mistennija li jirtiraw minħabba li waslu għall-eta' ta' l-irtirar? Kemm hemm pulizija li se jgħalqu l-25 sena servizz matul din is-sena u ta' liema rank huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li ser jagħlqu l-eta' ta' 60 matul din is-sena huma 7. Dawn jokkupaw dawn il-karigi: Assistent Kummissarju 1; Supretendent 2; Surġent 1 u Kuntistabbli 3. Hemm ukoll Kuntistabbli li ser jagħlaq il-61 sena. Infurmat ukoll illi hemm Surġent u 13-il Kuntistabbli li matul din is-sena ser jgħalqu 25 sena servizz fil-Korp.

Kunsilli lokali — Speed cameras

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali waħħal speed cameras jew forom oħra ta' cameras, bħal CCTV, s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, sa l-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsilli Lokali li waħħlu speed cameras jew xi forom oħra ta’ cameras bħal CCTV huwa kif ġej: San Ġiljan - żewġ speed cameras f’Regional Road u CCTV camera Sliema - tlett CCTV cameras B'Kara - erba’ CCTV cameras Fgura - erba’ CCTV cameras Naxxar - żewġ CCTV cameras Balzan - CCTV camera Zejtun/Ghaxaq - żewġ CCTV cameras San Pawl il-Baħar - Speed Camera fix-Xemxija Hamrun - CCTV camera Mosta - CCTV camera Pembroke - CCTV camera Gzira - CCTV camera Birkirkara - CCTV camera ġewwa Fleur-de-Lys Ta' Xbiex - CCTV camera Santa Luċija - żewġ CCTV cameras Qormi - żewġ speed cameras Żebbuġ (M) - speed camera

Regional Road — Speed eċċessiv

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-introjtu għall-kunsill ta' San Ġiljan minn kontravvenzjonijiet ta' speed eċċessiv taħt il-mini ta' Regional Road s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Diċembru, 2004 sal-21 ta' Diċembru, 2005 tħallsu Lm133,916 għall-kontravvenzjonijiet li ngħataw għal veloċita' eċċessiva taħt il-mini ta' Regional Road, San Ġiljan. Dawn kollha nqabdu mill-ispeed camera. Mis-somma msemmija, il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ipperċepixxa s-somma ta' Lm26,172 wara li nqatgħu l-ispejjeż.

Speed cameras

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twaħħlu speed cameras b'kollox f'Malta u Għawdex s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s'issa twaħħlu sitt (6) speed cameras f'Malta u f'Għawdex. Dawn twaħħlu:- tnejn (2) f'San Ġiljan (Regional Road), tnejn (2) f'Ħal Qormi (Mrieħel By Pass), waħda (1) San Pawl (Xemxija) u waħda (1) f'Ħaż Żebbuġ.

Esproprazzjoni ta' Art

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kumpens se tingħata l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ta' l-art li ħadulha għall-miżbla tal-Magħtab?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Membru huwa mitlub jagħti aktar dettalji dwar l-art in kwestjoni; jekk hu possibli d-data tal-Gazzetta tal-Gvern fejn l-art ġiet dikjarata meħtieġa għall-iskop pubbliku.

Immigranti Irregolari — Warehouses

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li mill-warehouse fejn qegħdin jinżammu l-immigranti irregolari qiegħed jinżel l-ilma mid-drains tax-showers tal-warehouses għal barra fejn qegħdin jinġabru għadajjar ta' ilma u sapun kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi huwa minnu li xi jiem ilu id-drains tax-showers ta' Warehouse 1, ġewwa Safi Barracks, kienu imblukkati u per konsegwenza l-ilma bis-sapun tax-showers ifforma f'għadajjar barra Warehouse 1. Azzjoni ittieħdet mit-3 Regiment tal-FAM nhar il-Ħamis li għadda 16 ta' Frar 2006 u d-drains ġew miftuħa u l-għadajjar nixfu. Issa qed jittieħdu miżuri biex dawn id-drains jiġu modifikati ħalli ma jerġgħux jiġu imblukkati.

Qrati — Piena għal każ ta' omiċidju involontarju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-suġġeriment tiegħi li l-piena fil-każ ta'omiċidju involontarju tiżdied b'mod u manjiera li tirrifletti d-differenza jekk ikun hemm vittma waħda jew ħafna iktar, peress li kif inhi l-liġi llum, imutx wieħed jew imutux għaxra minn nies, il-massimu tal-piena jibqa' l-istess, cioe' sentejn ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Fl-ewwel lok għandu jiġi osservat illi l-piena massima għar-reat ta' omiċidju involontarju llum hi ta' priġunerija għal żmien mhux aktar minn erba' snin. Għalkemm jidher li fil-passat kien hemm xi sentenza li applikat massimu wieħed għalkemm il-vittmi kienu iżjed minn wieħed ma jidhirx li din hi l-pożizzjoni legalment korretta għaliex jekk il-vittmi kienu diversi allura jidher li skond il-liġi ir-reati huma wkoll diversi għalkemm ikun japplika l-artikolu 17(b) tal-Kodiċi Kriminali.

Ġustizzja u Intern — Konsulenza

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16377 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pembroke — St Michael Scout Group

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara għalfejn it-titlu ta' proprjeta' f'Pembroke li ngħatat lil St Michael scout group ma jistax jiġi esegwit, fil-fatt billi hemm l-isquatters fiha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ordni ta' żgumbrament kontra l-isquatters ħarġet fid-9 ta' Jannar 2006, u d-Dipartiment tal-Artijiet sa jesegwiha fil-futur qarib.

Lands — Art okkupata minn santwarju tal-klieb f'Pembroke

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemm - u x'inhu - xi arranġament dwar art okkupata minn xi santwarju jew kennel għal klieb li jinsab ħdejn ir-ranges f'Pembroke? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra korrispondenza jew kuntratti relattivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda arranġament mat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern sabiex l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tintuża bħala santwarju tal-klieb. L-okkupant għamel talba f'dan is-sens iżda din ġiet irrifjutata. It-Taqsima qed tieħu l-passi neċessarji dwar il-każ. Ninsab infurmat ukoll li fuq l-istess każ inħarġet enforcement notice mill-MEPA.

Kunsilli Lokali — Xogħlijiet mis-central districts office

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jagħti lista tax-xogħol kollu li qed isir mis-Central Districts Office għal kull kunsill lokali u għal kull biċċa xogħol jindika meta hu mistenni li jispiċċa x-xogħol u kemm se jħallas il-kunsill lokali?

Response (BORG, TONIO)

Peress li s-Central Districts Office jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Qrati — Multi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid, għas-snin 2003, 2004 u 2005: a) l-ammont totali ta' multi ordnati mill-qrati; b) l-ammont ta' flus miġbura minn ħlas ta' multi; c) l-ammont li għadu pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Membri fil-korp tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri fil-korp tal-pulizija matul l-2005 u f'liema grad kienu? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Rank 1996 1997 1998 1999 2000 2001 2002 2003 2004 2005 Kummissarju 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 D/Kumm 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 Ass. Kumm 4 7 7 7 6 5 7 9 9 9 Supt 17 12 9 8 23 23 18 24 23 20 Spettur 54 69 66 89 72 83 82 72 94 87 1/SM - - - - - - 1 1 1 1 2/SM 11 7 4 4 3 2 - - - - Surġent 299 292 278 288 281 323 313 297 307 335 Kuntistabbli 1,471 1,411 1,390 1,336 1,331 1,330 1,374 1,440 1,339 1,335

Lands — Ċnus, qbiela u kirjiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern miċ-ċnus, qbiela, kirjiet, eċċ imħallsa lid-dipartiment ta' l-artijiet matul l-2005? Kemm kienu l-miri uffiċjali ta' dħul li l-gvern kellu jdaħħal f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dħul/miri tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern minn bejgħ, ċnus, qbiela u kirjiet għas-sena 2005 huwa kif ġej:- Miri Uffiċjali - Lm11,771,000 Dħul Uffiċjali - Lm14,609,300

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-membri tal-korp tal-pulizija bħalissa, maqsuma skond ir-rank? Jista' jgħid kemm minnhom għandhom aktar minn 25 sena servizz u ta' liema rank huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: RankFil-preżentAktar minn 25 sena servizz Kummissarju11 D/Kumm11 Ass. Kumm97 Supt209 Spettur879 1/SM11 2/SM-- Surġent33542 Kuntistabbli1,33376