In vista tar-risposta għall-interpellanza tiegħi dwar l-inċidenza ta' thyroid cancer mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 6579, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet tal-pazjenti/individwi involuti mill-1987 'l hawn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li n-numri huma żgħar, tqassim bl-eta sena b'sena jista' jagħti lok li pazjenti jiġu identifikati.
Jista' l-Ministru jghid jekk hemmx il-hsieb li tigi emendata l-Mental Health Act, liema ligi ilha ma tigi emendata mill-1976? Jekk ir-risposta hija affermattiva, jista' l-Ministru jghid jekk hux se jintuzaw is-suggerimenti tal-Kummissjoni Nazzjonali Sahha Mentali li saru madwar sentejn ilu? Hemm hsieb li jkun hemm involuntary commitment to treatment f'kaz ta' pazjenti fil-komunita' u bi problemi ta' alkohol u drogi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suġġeriment tal-Kummisjoni Nazzjonali Saħħa Mentali u diversi suġġerimenti oħra inkluż is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġu evalwati sabiex jissawru f'Att rivedut komprensiv li jirrifletti aktar il-ħtiġijiet moderni tas-Saħħa Mentali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi riveduta Skeda 5 tal-mediċini b'xejn? Hemm xi ħsieb li f'dak li jirrigwarda s-saħħa mentali, jiġi nkluż iktar mard kroniku minbarra l-iskiżofrenija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Reviżjonijiet ta' Skeda 5 trid tiġi kunsidrata fil-qafas ta' proposti għal servizz ta' saħħa sostenibbli u li dwarhom bħalissa qed isir xogħol fil-Ministeru tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu preżentement il-ħsieb tad-dipartiment tas-saħħa dwar l-arja eżistenti fis-sular ta' fuq iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi? Id-dipartiment beħsiebu jestendi s-servizzi mediċi kif kien diġa' iddikjara jew li jagħti din l-arja lill-privat għall-bini ta' dar għall-anzjani skond permess ta' żvilupp (outline) approvat bin-numru 1818/02?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa sa issa m'għandna ebda ħsieb jew pjaniet sabiex testendi s-servizzi mediċi miċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Ħal Qormi.
Dwar applikazzjoni li saret lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, (Outline Development Plan 1818/02) minn Health Care Services Ltd u l-Fondazzjoni Qormi sabiex l-arja fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi tiġi żviluppata f'dar għall-anzjani, din ma tistax tkompli tiġi proċessata għax hemm problemi dwar it-titolu ta' l-art
San Ġiljan — Anzjan li qed jistenna biex jidħol f'dar ta' l-anzjani
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'tama hemm li anzjan minn San Ġiljan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li hu senili, jiġi ammess f'dar ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' m'għandux applikazzjoni reġistrata f'isem l-anzjan li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament biex jidħol f'Dar ta' l-Anzjani.
Jogħġbu l-Ministru jikkontempla u jixtarr l-utilita' li t-testijiet tad-demm (bħal dawk biex jiġi magħruf l-INR tad-demm) jibdew isiru fiċ-ċentri tas-saħħa u li anke r-riżultati tagħhom jibdew jingħataw mill-istess ċentri u mhux iktar mill-isptar San Luqa sabiex il-pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-servizz li bħalissa huwa offrut mill-klinika ta' Anticoagulation ġewwa l-Isptar San Luqa qiegħed jiġi analiżżat bl-għan li jkompli jitjieb dan is-servizz.
Id-domanda għas-servizz ta' l-Anticoagulant Clinic (fejn isiru testijiet tad-demm bħal l-INR) dejjem qed tiżdied. Kull ġimgħa madwar sitt mitt pazjent jattendu din il-klinika.
Fost l-affarijiet li qed ikunu kunsidrati hemm li s-servizz ikun offrut fiċ-Ċentri tas-Saħħa. B'użu ta' sistema ta' Point of Care Testing, il-pazjent ikollu r-riżultat tad-demm dak il-ħin u fil-pront jgħaddi għand it-tabib biex jinqeda b'mod aktar konvenjenti għalih u f'qasir żmien.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi mis-sanita' biex tissolva l-problema ta' ilma jew drenaġġ li dieħel ġewwa l-fond imsemmi tal-familja mill-Kalkara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li dan l-ilment kien ġie rrapurtat fl-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika madwar 3 ġimgħat ilu. Il-complainant kien informa li ma kienx hemm ilma li jista' jittieħed għall-analiżi w li kien jissuspetta li l-umdita' li kellu kien ġej mis-Swimming pool tal-ġar tiegħu.
Kien ingħatalu l-parir li jkellem lill-Perit tiegħu wara li jsir rapport mill-Perit, hu jieħu parir legali dwar ħsarat strutturali li setgħu jiżviluppawlu.
Għaldaqstant, saret spezzjoni fuq il-post indikat fil-21 ta' Lulju 2004 minn uffiċjal tad-Dipartiment, fil-preżenza tal-complainant. Is-sitwatzzjoni instabet l-istess u reġa' ġie spjegat lil persuna li m'hemmx drenaġġ involut, dan huwa każ ċivili w mhux Sanitarju.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet is-sanita' biex tissolva l-problema ta' l-ilma jew drenaġġ dieħel ġewwa fond fil-Marsa li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? X'tama hemm li tissolva darba għal dejjem din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li dan l-ilment kien ġie rrapurtat fl-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika fit-18 ta' Ġunju 2004.
Il-każ kien ġie nvestigat minn uffiċjal ta' dan id-Dipartiment fl-24 ta' Ġunju 2004 fejn anke kien ittieħed kampjun u ntagħat il-laboratorju għal analiżi. Dan irriżulta probably service water u l-persuna li lmentat ġiet infurmata b'tali riżultat fit-12 ta' Lulju 2004. Kien ingħatilha l-parir li tkellem lil Water Services Corporation biex jibdew l-investigazzjoni minn naħa tagħhom. Intbagħtet ukoll e-mail f'dan ir-rigward lill-istess Water Services Corporation fil-21 ta' Lulju 2004.
SVPR — Swali li għandhom l-air condition bil-ħsara
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma s-swali fl-SVPR li għandhom l-air condition bil-ħsara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali f'San Vinċenz de Paule li bħalissa għandhom l-air conditioners bil-ħsara huma partijiet minn Serenity 1, Serenity 2 u Serenity 3.
Xogħol fuq dan il-blokk qed isir bħalissa u dawn mistennija jkunu qed jaħdmu kompletament fil-ġranet li ġejjin. Bħalissa, parti minn din is-sistema diġa' qed taħdem.
Xogħol ta' manutenzjoni fuq air conditioners fi swali oħra qed isir biex dawn ikunu qed jaħdmu b'effiċjenza totali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-maintenance section ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule u ta' liema grad huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta' ħaddiema u l-grad tagħhom li jaħdmu ġewwa l-maintenance section fir-Residenza San Vinċenz hi kif ġejja:
Construction/Maintenance
Hospital Auxiliary (B)
7
Tradesman
1
Total
8
Maintenance
Section
Boiler Attendant (C)
3
Gardener
1
General Hand (B)
1
Group 1 Scale 20
2
Health Assistant
2
Hospital Auxiliary (B)
7
Operative (C)
1
Post Mortem & Mortuary Attendant
1
Senior Technical Officer
1
Senior Technician
1
Senior Tradesman
25
Supervisor
1
Technical Officer
1
Trainee (T.A.S.)
1
Total
48
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid b'liema mod jintgħażlu l-persuni biex jagħmlu xogħol ta' haridressing fil-Home ta' l-Anzjani fl-Imsida? Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li tagħmel dan ix-xogħol hjiex impjegata bħala cleaner fl-istess home?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ġewwa l-Imsida Home m'hemm ħadd uffiċjalment impjegat bħala hairdresser.
Madankollu, waħda mill-impjegati li taħdem bħala Part Time Social Assistant u li għandha esperjenza f'dan ix-xogħol qegħdha tagħti dan is-servizz f'din id-dar ta' l-anzjani.