Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18406 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati - Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dipartiment tas-saħħa li qalgħu aktar minn żewġ transfers mis-6 ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-transfers isiru dejjem skond l-esiġenzi tas-servizzi. Infurmat li kien hemm ħaddiem wieħed fid-Diviżjoni tas-Saħħa li ġie trasferit aktar minn darbtejn mis-6 ta' Settembru 1998 sal-lum. Fil-fatt dan il-ħaddiem ġie trasferit tlett darbiet li minnhom darba kien mitlub minnu stess.
Leg 9 PQ #18408 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tal-Ġilda — Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu l-ewwel appuntament ġdid li jingħata fid-dipartiment ta' l-out-patients tal-ġilda fl-isptar Boffa għal każijiet ta' skin tags?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.

Peress li "skin tags" imkien fid-dinja ma huma kkunsidrati urġenti, infurmat li bħalissa pazjenti għat-trattament ta' "skin tags" qed jistennew għaxar (10) xhur.
Leg 9 PQ #18409 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FSM — Skanska - Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien/u r-rappreżentant/i tal-klijent (f'dan il-każ il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi) skond il-ftehim bejn l-FSM u l-konsorzju Skanska li ġie ffirmat fi Frar ta' din is-sena rigward il-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.
Leg 9 PQ #18409 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

FSM — Skanska - Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien/u r-rappreżentant/i tal-klijent (f'dan il-każ il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi) skond il-ftehim bejn l-FSM u l-konsorzju Skanska li ġie ffirmat fi Frar ta' din is-sena rigward il-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li r-rappreżentanti tal-klijent skond il-ftehim ta' Frar 2000 bejn l-FMS u Skanska Malta J.V. rigward il-bini ta' Sptar Ġdid f' Tal Qroqq, huwa l-Perit Martin Attard Montalto.
Leg 9 PQ #18422 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Drug and Therapeutic Committee — Parkinson's Disease

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Drug and Therapeutic Committee approvatx id-droga Comtan (Entacapone 200mg) għall-każi ta' Parkinson's Disease, b'mod speċjali fejn id-droga sinemet u mediċini oħra ma jkunux qed ikunu effettivi biżżejjed? Jekk fin-negattiv meta mistenni li d-DTC tapprova l-Comtan?

Infurmat li d-Drugs and Therapeutics Committee ikkonsidra l-introduzzjoni tad-Drug Entacapone fil-meeting li kellu fit-12 ta' Ġunju 2000. Wara li kkonsidra r-riżultati taż-żewġ studji prinċipali fuq din il-mediċina, ra li kien hemm inkonsistenza konsiderevoli fir-riżultati ta' dawn iż-żewġ studji. Għaldaqstant deherlu li għal issa ma kienx sejjer jirrakomanda l-introduzzjoni ta' din il-mediċina, pero ser jirrevedi din id-deċiżjoni sitt xhur oħra f'każ li jkun hemm aktar informazzjoni fuq l-effett ta' din il-mediċina.
Leg 9 PQ #18550 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Dr Mario Grixti

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għaliex Dr Mario Grixti li jaħdem fil-qasam tal-Onkoloġija ġie mneħħi mill-Isptar Boffa biex illum qiegħed fil-klinika tal-Gżira, u dan qed jikkaġuna ħafna ilmenti mill-pazjenti li kellu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16686.
Leg 9 PQ #18576 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi preparamenti jeżistu fil-livell ta' nursing aides u livell ta' health care worker assistant (ie. dawk li mhumiex infermiera pero' lanqas ma jagħmlu cleaning duties) fl-isptarijiet u s-servizzi tal-gvern, inkluż il-pjanijiet għall-isptar il-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li saru u qiegħdin isiru diskussjonijiet bejn l-E.T.C., u d-Dipartimenti tas-Saħħa, ta` l-Edukazzjoni, ta` l-Anzjani u l-Institute of Health Care biex isir programm ta` training għall-health care assistants. Dawn id-diskussjonijiet waslu fi stadju avvanzat. Il-bżonnijiet għall-isptar il-ġdid qegħdin jiġu kkunsidrati anke fejn jidħol dan il-livell ta` impjegati.
Leg 9 PQ #18577 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuniuiet għaliex biex isir appuntament għall-iċken out-patients fl-Isptar Sir Paul Boffa, jenħtieġ li jintbagħtu bil-posta jew addiritura jittieħed bl-idejn it-"ticket fo referral"? Ma jidhirlux il-Ministru li din is-sistema mhijiex "user friendly" u l-pazjent għandu jinqeda bit-telefon?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtiequ ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li l-pazjent m'għandux jinqeda bit-telefon minħabba li s-sistema kurrenti tassigura li kull każ riferut lid-Dipartiment tal-Ġilda jingħata l-prijorita' mistħoqqa. It-'tickets of referral' jiġu dejjem ivvettjati minn Dermatologu biex il-pazjent jingħata appuntament bħala 'routine' jew 'soon' skond l-urġenza indikata mill-'clinical details' provduti mit-tabib li qed jirreferi lill-pazjent.
Leg 9 PQ #18168 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

San Luqa — Overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa kawża ta' overdose, ta' xorb eċċessiv u food poisoning matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm kienu l-istess ċifri għas-sena 1999? Kemm kien hemm persuni taħt il-35 sena minn dawn il-każi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar 2000 sa April 2000 u fil-1999 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 73 u 245 każ ta` "overdose" rispettivament. It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A: Avvlenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44). Kategorija B: Attentat ta` suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60 - X64). Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14). SENA KATEGORIJA NUMRU TOTALI NUMRU<35 sena Jan-Apr 2000 A 11 11 B 0 0 C 62 37 TOTAL 73 48 1999 A 35 35 B 1 1 C 209 103 TOTAL 245 139 It-tagħrif dwar in-numru ta` pazjenti li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt. Il-każijiet jitqassmu f'żewġ kategoriji: Kategorija A: Sindromu ta` dipendenza fuq l-alkoħol jew intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.0-F10.9). Kategorija B: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70). SENA KATEGORIJA NUMRU TOTALI NUMRU<35 sena Jan-Apr 2000 A 21 12 B 4 0 TOTAL 25 12 1999 A 83 28 B 17 4 TOTAL 100 32 In-numru ta` pazjenti li ġew ammessi fl-Isptar San Luqa minħabba "food poisoning" minn Jannar sa April 2000 u fil-1999 jidher hawn taħt: SENA FOOD POISONING NUMRU<35 sena (ICD-10 codes: A00.0- A09.9 u T61.0-T62.9) Jan-Apr 2000 6 4 1999 34 32
Leg 9 PQ #18375 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegati - Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-isptar San Luqa li huma fil-grad 15 jew inqas li għandhom il-permess li jidħlu bil-karozza fil-grounds ta' l-isptar San Luqa matul il-ġurnata? F'kull grad mill-grad 15 'l isfel kemm hemm persuni li għandhom dan il-permess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Overtime Performed at the Ambulance Garage from January 1998 to June 2000 January '98 166.84 January '99 589.00February '98 416.00 February '99 228.00March '98 301.10 March '99 324.64April '98 726.92 April '99 550.74May '98 250.00 May '99 1116.30 June '98 130.00 June '99 1126.60July '98 96.00 July '99 2069.43August '98 189.75 August '99 3026.60September '98 1260.35 September '99 2837.79October '98 0.00 October '99 2880.52November '98 0.00 November '99 1852.00December '98 801.00 December '99 1711.00---------------------------------------- -----------------------------------------Grand Total 4337.96 Grand Total 18312.62 --------------------------------------- ----------------------------------------- Januar y '00 2261.00 February '00 2561.00March '00 2472.00April '00 2577.00May '00 2859.20June '00 2442.57----------------------------------------G rand Total 15172.77 ----------------------------------------
Leg 9 PQ #18400 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Garaxx ta' l-Ambulanzi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-overtime, xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1998 sa' Ġunju 2000, fil-garaxx ta' l-ambulanzi?

Leg 9 PQ #18401 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dekasteru tas-Saħħa — Patoliġisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma, u l-ID Card No., tal-patoliġisti li qed jaħdmu full time jew part time fid-dekasteru tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar il-Patoloġisti fid-Divizjoni tas-Saħħa hija kif ġej:No. I.D. No. Name Status Grade 1 0408353M Agius Lawrence Full-Time Consultant 2 0013286M Ali Sarfraz Full-Time Senior Registrar 3 0108261M Aquilina Alexander Full-Time Senior Registrar 4 0615562M Barbara Christopher Full-Time Senior Registrar 5 0269163M Buhagiar Gerald C Full-Time Consultant 6 0449163M Busuttil David P Full-Time Registrar 7 0037964M Caruana Paul Full-Time Principal Medical Officer 8 0204648M Cuschieri Paul Full-Time Consultant 9 0011661M Degaetano James Full-Time Consultant10 0574845M Deguara Joseph Full-Time Chairman (Clinical)11 0394555M Ellul Bridget Full-Time Consultant12 0654144M Cilia Vincenti Albert P/T >20Hrs Consultant13 0077648M Felice Alexander P/T >20Hrs Consultant14 0010712A Grochouska Alicja On Contract Consultant (Expatriate)
Leg 9 PQ #18403 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru biex jiġi kkonfermat jekk drenaġġ li qed ifur għand diversi djar fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar, hux ġej minn farm li hemm fl-istess triq? X'passi ttieħdu biex tiġi solvuta din is-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.
Leg 9 PQ #18403 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru biex jiġi kkonfermat jekk drenaġġ li qed ifur għand diversi djar fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar, hux ġej minn farm li hemm fl-istess triq? X'passi ttieħdu biex tiġi solvuta din is-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kien irċieva żewġ ilmenti dwar drenaġġ li kien qiegħed ifur ġo basements ta' djar fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar. Dawn l-ilmenti kienu ġew investigati minn uffiċċjali ta' dan id-Dipartiment bejn is-16-3-00 u t-8-6-00, u ġie kkonfermat li dan ma kienx ġej minn farm li hemm fl-istess triq. Wara testijiet li saru ġo residenti privati, ġew ordnati t-tiswijiet meħtieġa, u l-każijiet ġew solvuta. Wieħed irid iżid li għal dawn l-aħħar ħames ġimgħat, l-ispettur tad-distrett ma rċieva l-ebda lmenti simili.
Leg 9 PQ #18404 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġurnata b'ġurnata fl-aħħar xahrejn kemm pazjenti fil-ward 2 ta' l-Isptar Monte Carmeli kellhom jorqdu f'sala oħra bil-lejl?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.
Leg 9 PQ #18404 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġurnata b'ġurnata fl-aħħar xahrejn kemm pazjenti fil-ward 2 ta' l-Isptar Monte Carmeli kellhom jorqdu f'sala oħra bil-lejl?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.