Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19427 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jinqabad kaċċatur jabbuża fuq affarijiet żgħar, per eżempju, b'suffara ta' russet, jew bla liċenzja tal-kelb tal-kaċċa u dan ikun l-ewwel offence tiegħu qed jiġi kkonfiskat lilu kollox bħallikieku huwa xi kriminal kbir? Għaliex first offences u offences żgħar ma jiġux ittrattati b'ċitazzjonijiet u twissijiet bħal fil-każ ta' offences oħra li mhumiex relatati mal-kaċċa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-konfiska tal-corpus delicti hija konsegwenza tal-piena stabbilita bir-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ. Infurmat ukoll illi proċeduri quddiem il-Qorti għal ksur ta` dawn ir-regolamenti isiru permezz ta` ċitazzjoni. Jekk l-Onorevoli Interpellanti għandha xi każ partikolari, nitlobha tgħaddili aktar tagħrif sabiex inkun nista` nivverifika.
Leg 9 PQ #19429 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi — Lock vogel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex issa l-lock vogel ma jistax jintuża mill-kaċċaturi barra d-dar minkejja li sa ftit ilu setgħu jagħmlu dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi jekk l-Onorevoli Interpellanti qiegħdha tirreferi għal pre-recorded bird calls, l-użu ta` dan l-apparat għall-kaċċa jew insib ilu projbit sa mill-anqas l-1 ta` Jannar 1994 meta bdew fis-seħħ ir-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ.
Leg 9 PQ #19446 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ajruport — Persuni b'Pussess ta' Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna inqabdet dieħla mill-ajruport u kienet fil-possess tad-droga dawn l-aħħar ħames snin? X'kienet id-droga f'kull każ u x'kien l-ammont? X'sar mill-persuni arrestati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19448 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Permessi dwar aperturi

Question

Jista' l-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jgħid x'inhi r-raġuni għaliex bini tal-Gvern mibni ġdid fil-Kottonera jistgħu jsirulu aperturi u gallarijiet ta' l-aluminium, mentri għall-postijiet tal-privat dawn it-talbiet ikunu miċħuda u kull xogħol ta' bdil ta' aperturi u gallarijiet iridu jsiru ta' l-injam?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika liema bini qed jirreferi għalih.
Leg 9 PQ #19530 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Sliema — Chalet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett propost għal carpark fl-inħawi ta' Qui-Si-Sana u x-Chalet f'Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet finali bejn it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex it-tenders għall-carparks proposti f`Għar id-Dud u Qui-Si-Sana jkunu jisgħtu jinħarġu fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #19538 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ ta' mara mejta

Question

Jista' l-Ministru jagħtini tagħrif dwar l-inkjesta maġisterjali li saret mal-pulizija wara l-mewt ta' mara (li isimha qed jintbagħat separatament) fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbeġ fid-29 ta' Novembru, 1999? L-inkjesta ingħalqet? Ir-riżultat ta' l-awtopsja ġie konkluż u ffirmat? Meta l-lok li kienet toqgħod fih din il-mara sejjer jingħata lill-qraba tal-mejta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant huwa suġġett għall-Inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa li għadha mhix konkluża. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi r-rilaxx tal-post irid jiġi awtorizzat mill-Qorti.
Leg 9 PQ #18833 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kien hemm aċċidenti tat-traffiku rrapportati lill-pulizija li seħħew fil-parti ta' quddiem Wied Inċita f'Attard matul il-perjodu li bdew u għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet fl-inħawi? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sal-25 ta` Lulju 2000, fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija kellha rapport ta` inċident wieħed li seħħ nhar it-23 ta` Ġunju 2000, meta xufier żamm il-brake u biex jevita li jaħbat ma ta` quddiemu ġibed għal ġenb, laqat mal-barrikata u l-vettura spiċċat fil-kandott. Ma kienx hemm passi x`jittieħdu peress li fejn qiegħed isir dan ix-xogħol hemm l-irpar meħtieġ.
Leg 9 PQ #19367 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Okkupazzjoni illegali

Question

X'passi ttieħdu mid-Dipartiment ta' l-Artijiet fl-aħħar sentejn dwar rapporti ta' okkupazzjoni illegali minn xi individwi fl-Aħrax tal-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-okkupazzjoni ta` l-art fl-Aħrax tal-Mellieħa għal skopijiet ta` reklamar illegali jew ta` dumping ġew investigati. F`numru ta` każi, id-Dipartiment ta` l-Artijiet irnexxielu jwaqqaf l-abbużi, filwaqt li f`każi oħra d-Dipartiment kellu jitlob l-għajnuna tal-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll li fil-każ ta` l-istrutturi llegali, l-Gvern qiegħed jistudja pjan biex l-istrutturi li żdiedu dan l-aħħar u l-istrutturi li ilhom hemm għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin (25) sena jiġu mwaqqa`.
Leg 9 PQ #19369 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħruq ta' prinjoli

Question

X'passi ttieħdu fl-aħħar sentejn mill-pulizija dwar rapporti ta' ħruq tal-prinjoli fl-Aħrax tal-Mellieħa? X'passi ttieħdu mill-pulizija fl-aħħar sentejn dwar rapporti ta' okkupazzjoni illegali ta' l-art minn xi individwi fl-Aħrax tal-Mellieħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli għand il-Pulizija, jirriżulta li, dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija kien hemm rapport wieħed u kienet saret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa. Minn din l-inkjesta kien irriżulta li dan ma kienx ħruq doluż. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ma jirriżultax li kien hemm rapporti. Pero` infurmat ukoll illi f`każi bħal dawn, ikun infurmat il-Kummissarju ta` l-Artijiet sabiex jekk ikun il-każ tkun segwita il-proċedura skond Kapitolu 228 tal-Liġijiet ta` Malta.
Leg 9 PQ #19376 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tul stabbilit fil-kondizzjonijiet għall-impjieg ta' pulizija ġodda matul dawn il-ħames snin, (speċifikament kull darba li sar ingaġġ)? Meta saru l-ingaġġi fil-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mitlub mill-Onorevoli Interpellanti huwa kif ġej : Data ta` ingaġġ Spetturi (minn barra l-Korp) Kuntistabbli Irġiel Nisa Irġiel Nisa 06.04.95 1.676m 1.676m 06.06.95 1.676m 1.676m 15.12.95 1.676m 1.676m 26.01.96 1.676m 1.676m 14.06.96 1.676m 1.676m 27.02.97 1.676m 1.676m 08.07.97 1.676m 1.60m 06.07.99 1.676m 1.60m 24.03.2000 1.676m 1.676m Ta` min iżid ukoll illi fl-aħħar ingaġġ ta` Spetturi Kadetti minn barra l-Korp ta` l-1 ta` Settembru 2000, ma kienx hemm rekwiżit ta` tul.
Leg 9 PQ #19440 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Bormla — Karozza Abbandunata

Question

Jista' l-Ministru jara li titneħħa l-karozza abbandunata (Green Renault HAL872) li ilha hemm fi Triq ix-Xatt, Bormla peress li fiha qed isiru anke abbużi ta' droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tneħħiet.
Leg 9 PQ #19442 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Post tax-Xogħol — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol f'dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19444 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ajruport — Persuni b'pussess ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna inqabdet dieħla mill-ajruport u kienet fil-pussess tad-droga tul din is-sena? X'kienet id-droga f'kull każ u x'kien l-ammont? X'sar mill-persuni arrestati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-25 ta` Settembru 2000, kien hemm tnax-il persuna li nstabu li kellhom id-droga mal-wasla tagħhom bl-ajru f`Malta. Id-droga f`kull każ kienet kif ġej: Cannabis Resin 354.937grms Cannabis Resin 1kg 314.6grms Heroin 400grms Ecstacy 2,024 tablets Ecstacy LSD 2,353 tablets 460 micro dots Heroin 1.1kgs Cannabis grass personal use Heroin 924.1grms Heroin 465.9grms Cannabis plants Cannabis resin Cannabis seeds 3 plants 0.9grms 4 seeds Heroin 356.5grms Cannabis resin personal use Ninsab infurmat ukoll li disa` minn dawn il-persuni jinsabu taħt arrest preventiv, filwaqt li tlieta ġew deportati.
Leg 9 PQ #19516 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar

Question

B'riferenza għall-iskema għar-reġistrar ta' l-artijiet li tħabbret ftit ilu, x'inhi l-policy tal-gvern dwar art xagħri li abbużivament ġie konvertit f'raba' u li fuqu l-awtorita' ta' l-ippjanar ħarġet nota ta' infurzar?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li art xagħri mhiex inkluża fl-iskema tal-qbiela ħlief fejn hija kompletament imdawwra minn art li tinħadem u tifforma parti mill-art li tkun qed issir applikazzjoni fuqha u kemm il-darba l-art xagħri ma tkunx aktar minn 30% tall-qatgħa kollha. Il-fatt li applikazzjoni tiġi aċċettata ma jeżentax lill-applikant minn xi obbligu legali li hu seta` kellu qabel. Dan jinkludi kwalunkwe ordni maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar taħt l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp skond il-provvedimenti ta` l-Att imsemmi li huma intiżi biex ikun hemm kontroll fuq interventi fuq l-ambjent.
Leg 9 PQ #19517 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistrar ta' l-Artijiet

Question

B'riferenza għall-iskema għar-reġistrar ta' l-artijiet li tħabbret ftit ilu, x'inhi l-policy tal-gvern dwar raba' li ġie okkupat abbużivament?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-qbiela hija intenzjonata sabiex dawk il-persuni li qed jokkupaw art tal-Gvern għal skop agrikolu bla ebda titolu u ma jħallsu ebda kera tagħha jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. Id-dettalji tal-proċedura meħtieġa sabiex dan isir tħabbru fl-iskema msemmija.
Leg 9 PQ #19428 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga li pprovat tiddaħħal f'Malta minn fuq il-baħar tul dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' droga kienet u x'kienu l-ammonti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jiena tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10629, sa l-aħħar ta` l-1999 inqabdet ukoll 491.9 grammi ta` Cannabis Resin mill-port, filwaqt li matul l-2000 ma kien hemm l-ebda qbid ta` droga mill-portijiet.
Leg 9 PQ #19430 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Hold-Ups fuq Banek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups fuq banek tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm insterqu flus f'kull każ? Jista' jgħid ukoll f'liema każi ġiet użata l-vjolenza u jekk kienx hemm xi persuni li weġġgħu waqt dawn il-hold-ups?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 1996 sal-25 ta` Settembru 2000, kien hemm 7 serqiet fuq banek minn persuni armati. F`ħames minn dawn is-serqiet l-ammont ta` flus irrapurtati misruqa kienu, Lm19,714; Lm48,000; Lm6,705; Lm84,000 u Lm8,000 rispettivament, filwaqt li fit-tnejn l-oħra ma nsteraq xejn. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, dawn is-serqiet huma kollha meqjusa li intużat il-vjolenza, billi l-ħallelin dejjem kienu armati, pero` kien hemm każ fejn persuna sofriet feriti ta` natura ħafifa, filwaqt li tnejn mill-ħallelin sofrew feriti ta` natura gravi. Kien hemm ukoll każ fejn wieħed mill-ħallelin sofra feriti gravi u miet wara xi żmien, u f`każ ieħor persuna sofriet feriti ħfief.
Leg 9 PQ #19478 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spetturi anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew maqbuża numru ta' spetturi anzjani fil-promozzjonijiet li ħarġu tas-supretendenti? Jista' jassigura lill-Kamra li ma saret ebda inġustizzja mad-diversi uffiċjali tal-pulizija li tħallew fir-rank ta' spetturi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kriterji li fuqhom ingħataw il-promozzjonijiet li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma dawk stabbiliti fl-Estacode.
Leg 9 PQ #19481 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Xgħajra — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-għassa tax-Xgħajra, Malta mhux qed ikun hemm pulizija fiha u spiss tkun magħluqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qiegħed ikun hemm kuntistabbli dettaljat duty regolarment fl-Għassa tal-Pulizija tax-Xagħjra.
Leg 9 PQ #18694 Sitting 374 2000-09-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

B'referenza all-mistoqsija parlamentari numru 18129, jista' l-Ministru jid fil-każ ta' J.J. Vella & Associates, kemm-il seduta saret u fil-każ ta' Mr. Graham Rogers kemm-il siegħa ta' servizz ta fil-perjodu mitlub fil-mistoqsija 18129?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant in-numru ta` seduti kien ta` 34 filwaqt li n-numru ta` sigħat kien ta` 1,062.