Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsa — Matthew Micallef St. John stadium

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif u minn min qed jitmexxa l-Matthew Micallef St. John Stadium tal-Marsa? Hemm xi pjan biex dan jingħata lil xi organizzazzjoni jew għaqda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Marsa Sports Complex, inkluż il-Matthew Micallef St. John Stadium, qed jitmexxa mill-Kunsill Malti għall-Isport, fejn fil-preżent hemm Assistant Principal iservi ta' Manager. Il-Kunsill Malti għall-Isport qed jikkonsidra diversi proposti għall-għoti b'titolu legali ta' diversi faċilitajiet f'dan l-ispazju sportiv (inkluż il-proposta ta' l-Amateur Athletic Association). Meta l-proposti kollha ikunu ġew konsidrati ser tittressaq proposta sħiħa lill-Gvern għall-konsiderazzjoni tiegħu.

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jara jekk hux minnu jew le li l-għalliema li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, qed tfalli ta' spiss u dan b'detriment għall-istudenti tal-klassi tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa l-għalliema kkonċernata kienet bis-sick leave għal tlett'ijiem. Ġurnata oħra, kellha titlaq mill-iskola fil-11.30 ta' fil-għodu għax ħassitha ma tiflaħx. Kull għalliem hu intitolat għal sittax-il siegħa u nofs 'Special Leave' kull sena skolastika. S'issa l-għalliema imsemmija għamlet użu ta' ebgħa siegħat u nofs biss.

Tal-Ħandaq — Liċeo Vassalli

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jintbagħat għalliem ta' l-Ingliż fil-Liċeo Vassalli tal-Ħandaq, minħabba li hemm għalliem ta' l-Ingliż nieqes?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nuqqas ta' għalliem ta' l-Ingliż fil-Liceo Vassalli tal-Ħandaq ġie mimli.

Għawdex — Nies jaħdmu bi qligħ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15343 u jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu bi qliegħ f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena, klassifikati taħt irġiel u nisa, full-time u part-time, jaħdmu għal rashom u mpjegati ma' ħaddieħor fis-settur pubbliku, maqsuma f'dipartiment ti al-gvern u organizzazzjonijiet parastatali u fis-settur privat taħt id-diversi oqsma ta' produzzjoni diretti u dawk ta' servizzi tas-suq? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time minbarra x-xogħol full-time tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Xiri ta' ġurnali

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005, xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta t-tagħrif kollu jinġabar mid-diversi uffiċċji.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu ħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti kif jiġri s-soltu u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tiegħu u fid-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi, kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament u u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta t-tagħrif kollu jinġabar mid-diversi uffiċċji.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi matul is-snin 2004 u 2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għa kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ il-persuna klassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment? F'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna klassifikata numru wieħed, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Tiġdid tal-kuntratt ta' l-impjieg

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qegħdin jaħdmu llum?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għandux pjan kif ser jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qed jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qegħdin jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra meta t-tagħrif kollu jinġabar mid-diversi uffiċċji.

ETC — Senior managers

Question

Fid-dawl tal-fatt li waħda mill-kundizzjonijiet li għandhom senior managers fil-korporazzjoni għax-xogħol u taħriġ hija li jew li l-korporazzjoni tipprovdi karozza li jkollha inkluż petrol, liċenzji u xi ħsarat li jistgħu jinqalgħu jew inkella min jagħżel li juża l-karozza tiegħu jkollu allowance ta' Lm1,500 fis-sena, jista' il-Ministru jindaga dwar jekk hemmx senior manager partikolari li jieħu l-allowance u juża l-karozza tal-korporazzjoni u kif ukoll il-karozza tiegħu tokkupa garage fil-premises tal-korporazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-każ imqanqal mill-Onor. Membru qed jiġi mistħarreġ u ġejt assigurat li jittieħdu l-passi li jirriżulta meħtieġa.

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti, maqsumin bħala bniet u subien, li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC f'Mejju/Ġunju li ġej? Kemm minnhom huma minn skejjel ta' l-istat, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi kompilat tweġiba tingħata meta d-data tar-reġistrazzjonijiet tgħalaq u t-tagħrif ikun ġie komputerizzat.

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il student qed joqgħod għal kull suġġett fl-eżamijiet tas-SEC ta' Mejju/Ġunju li ġej? Jista' jgħid ukoll kemm-il student se jagħmel Paper A u kemm Paper B f'kull suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 16715.

Skejjel — Rapporti dwar droga u alkoħol

Question

Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16548 u jgħid fl-ewwel term kien hemm xi rapporti ta’pussess u/jew teħid ta’ droga u/jew alkoħol fl-iskejjel? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar x’kienet id-droga? Kemm kellhom żmien l-istudenti nvoluti? X’passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Studenti Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti Għawdxin mill-Universita' ta' Malta, minbarra l-fergħa ta' Għawdex, kull sena mill-1999 'il hawn? Liema korsijiet segwew u kemm studenti segwew kull kors?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti, li qegħdin jieħdu xi forma ta' renumerazzjoni jew ħlas, fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qed jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qed jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġahom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Sponsorships

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.