Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31789 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq l-iskejjel primarji tal-Fgura tul dawn l-aħħar snin u jistax jiġi indikat x'xogħol sar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1997 'l hawn, intefqet is-somma ta' Lm390,665 mill-Vot Kapitali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (Vot 7026 - xogħlijiet ta' kostruzzjoni, kif ukoll Vot 7030 - xogħlijiet ta' manutenzjoni u tisbieħ). Lista tax-xogħlijiet individwali li twettqu fl-iskejjel Primarji tal-Fgura matul dawn l-aħħar snin, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-lista turi wkoll x'intefaq sena b'sena mill-1997 sal-2001.
Leg 9 PQ #31864 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IHC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-liema sena twaqqaf l-IHC? Jista' jagħti kemm kien (1) l-intake sena b'sena (2) kemm a) weħlu b) telqu studenti wara sena tal-kors, sena b'sena mindu twaqqaf? (3) kemm a) weħlu b) telqu studenti matul l-aħħar sena tal-kors, mindu twaqqaf l-IHC, kors b'kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Mir-rekords li hemm disponibbli, informat li in-numru ta' studenti li daħlu għall-korsijiet offruti mill-I.H.C., u n-numru ta' studenti li gradwaw huwa kif se nsemmi: Numru li daħlu Numru li ggradwaw 1991 - 56 1991 - -- 1992 - 289 1992 - 24 1993 - 215 1993 - -- 1994 - 232 1994 - 65 1995 - 166 1995 - 60 1996 - 249 1996 - 116 1997 - 247 1997 - 183 1998 - 240 1998 - 143 1999 - 298 1999 - 129 2000 - 266 2000 - 122 2001 - 276 2001 - 114
Leg 9 PQ #31950 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha performances uffiċjali l-Orkesta Nazzjonali matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001 separatament? X'introjtu kellha l-Orkestra Nazzjonali matul l-istess snin separatament minn entitajiet li qabbdu l-orkestra tagħmel xi performances?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bil-'performances' uffiċjali ta' l-Orkestra Nazzjonali matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32183 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Requirements Akkademiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-requirements akkademiċi biex persuna tidħol jew tiġi aċċettata għall-kors ta' legal u humanistic studies, f'Ottubru tas-sena 2000, 2001? X'ser ikunu r-requirements għas-sena 2002 u 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-requirements akkademiċi biex tidħol għall-kors ta' B.A. Legal u Humanistic Studies huma: Ottubru 2000 Ċertifikat tal-Matrikola u Ingliż fil-Livell Avvanzat Grad C jew aħjar u pass fit-Taljan jew Franċiż jew Latin fil-Livell Intermedju. Ottubru 2001, 2002 u Ċertifikat tal-Matrikola u Ingliż fil-Livell 2003 Avvanzat Grad C jew aħjar. Ottubru 2004 Ċertifikat tal-Matrikola u żewġ suġġetti fil- Livell Avvanzat bi Grad C jew aħjar, magħżula minn Gruppi 1, 2 jew 3 jew il- Computing/Information Technology fi Grupp 4 ta' l-eżami għaċ-Ċertifikat tal- Matrikola.
Leg 9 PQ #32189 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Msida — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar rapporti li s-sewwieq li ismu qed jintbagħtu separatament ħareġ sikkina għat-tfal li kien qed iġorr lejn l-iskola primarja ta' l-Imsida nhar il-5 ta' Frar 2002 u qalilhom ''li se jħarxilhom għonqhom''?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment ordna li x-xufier konċernat jitneħħa immedjatament minn fuq kull rotta tat-tfal ta' l-iskola u assigura rapport lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #32206 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Periti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti li jinsabu fuq il-lista tal-Fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada u li se jintużaw għax-xogħolijiet fl-iskejjel? Kif intagħżlu dawn il-periti?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għal PQ numru 32209 li ser inwieġeb fis-Seduta tal-lejla.
Leg 9 PQ #32208 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni — Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi sforzi saru biex l-uffiċini tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada jkunu f'bini tal-gvern? F'liema bini saru tfittxijiet biex jinstab post adattat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni ikkonsidrat l-ewwel l-użu ta' uffiċini fl-iskola Ġirolamo Cassar, Furjana. Kien hemm żewġ tipi ta' ostakoli: a) il-faċilitajiet ma kienux meqjusa bħala tassew adatti għax-xogħol tal-Fondazzjoni u kienu jirrikjedu spiża sostanzjali biex jiġu irranġati; b) l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l-Ambjent insistiet li l-ispazju jingħata lilha biex takkomoda l-funzjonijiet il-ġodda konnessi ma' l-ambjent. Il-Fondazzjoni ppruvat issib postijiet oħra tal-Gvern bla ma sabet dak li jgħodd għaliha ħlief bi spejjeż kbar wisq. Bini ieħor tal-Gvern li seta' hu tajjeb ma setgħax jintelaq mid-Dipartiment li bħalissa jinsab f'idejjhom. Għal aktar minn sena l-Fondazzjoni okkupat l-uffiċċju tad-Direttur ta' l-Ippjanar u Żvilupp u għal xi żmien użat ukoll wkoll uffiċċju fl-iskola f'Ta' Paris.
Leg 9 PQ #32213 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Opera Performances

Question

B'riferenza għall-ewwel parti tar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari nru. 31948, jista' jikkonferma li l-Orkestra Nazzjonali għandha shareholding kollu ta' kumpaniji governattivi u tirċievi direttament mingħand il-Ministeru tiegħu għajnuna finanzjarja kull sena? Għaldaqstant, jista' l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija parlamentari nru. 31948?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-parti tal-Mistoqsija imsemmija ma kien hemm ebda riferenza għall-Orkestra Nazzjonali. Dwar performances ta' l-Orkestra Nazzjonali f'Għawdex nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija numru 31948.
Leg 9 PQ #32296 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Inċidenti Vjolenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti vjolenti fi skejjel sekondarji fl-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Kollega għat-tagħrif mogħti fil-PQ numru 30165 u li kienet tittratta l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #32297 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Inċidenti Vjolenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra studenti li kienu involuti f'inċidenti vjolenti fi skejjel sekondarji u post-sekondarju fl-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ttieħdu l-passi dixxiplinari skond il-merti ta' kull każ.
Leg 9 PQ #32298 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux talbiet għall-protezzjoni ta' għalliema u studenti minħabba xi inċidenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kwestjoni ta' ħarsien u sigurta` fl-iskejjel hi waħda li tingħata ħafna importanza sew mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll mill-Kapijiet ta' l-Iskejjel. F'kull inċident ittieħdu l-passi meħtieġa biex tingħata l-għajnuna kollha possibbli fiċ-ċirkostanzi ta' kull każ.
Leg 9 PQ #32300 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja ta' Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-ground ta' l-iskola Primarja ta' Bormla itteħditlu biċċa minnu u peress li din il-parti tħalliet abbandunata, jista' jikkunsidra li dan il-ground żgħir li kien jitġawda ħafna miż-żagħżagħ ta' Bormla, jerġa jinġieb għall-istat li kien fih qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ground imsemmi jagħmel minnu d-Dipartiment ta' l-Ambjent u għaldaqstant tlabt li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni issegwi dan l-ilment ma' dak id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #32138 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

CDAU — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li t-tifel li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jingħata s-servizz ta' facilitator u dan wara li ġie assesjat mic-Child Development Assessment Unit?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ta' qabel kien ra l-każ ta' dan it-tifel u ddeċieda li ma kienx każ ta' facilitator. Is-CDAU kien jagħmel parti minn dan il-Bord.
Leg 9 PQ #32141 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb għal PQ 30743 dwar applikazzjonijiet tas-SEC, u cioe, jista' l-Ministru jgħid x'inhu in-numru totali ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC li se jsiru f'Mejju/Ġunju ta' din is-sena? Kemm huma bniet u kemm subien? Jista' jagħti n-numru ta' studenti li sa joqgħodu għall-Malti, Lingwa Ingliża, Letteratura Ingliża, Matematika, Studji Soċjali, Religjon u Taljan?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32148 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkomandazzjonijiet tal-awdituri li hemm referenza għalihom f'PQ 31527, u cioe, jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol li ordna l-Bord tad-Diretturi tal-PBS lill-awdituri tal-kumpanija biex jiċċekkjaw ir-rekords tax-xhur ta' Novembru - Diċembru 2001 biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi rregolaritajiet minn membri tad-dipartiment tas-sales?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li tqabbdu jagħmlu l-awdituri fid-Dipartiment tas-Sales tal-Public Broadcasting Services Ltd, issa tlesta. L-Awdituri qed jirrakkomandaw li jiġu ntrodotti proċeduri ġodda biex isaħħu dawk preżenti fir-rigward ta' Airtime Sales biex jiġi assigurat aħjar il-mod kif tiġi rekordjata d-data tal-bejgħ konċernat u r-rikonċiljazzjoni mad-data li jkollu d-Dipartiment tal-Finanzi. Fil-preżent qed jinżamm kuntatt ma' l-awdituri sabiex jiġu mplimentati l-proċeduri li qed jirrakkomandaw. Peress li r-rakkomandazzjonijiet huma ta' natura kummerċjali / amministrattiva, il-PBS irrakkomandat li ma jkunx għaqli li ngħati aktar dettalji.
Leg 9 PQ #32149 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Bord ta' l-Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi mindu wieġeb PQ 31525 dwar l-inkjesta fil-PBS u cioe, jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jtemm ix-xogħol tiegħu l-Bord ta' l-Inkjesta mwaqqaf f'Diċembru li għadda biex jinvestiga diversi allegazzjonijiet dwar irregolaritajiet fid-Dipartiment tas-Sales tal-PBS? Meta huwa mistenni li jissottometti r-rapport tiegħu? Il-Ministru jikkunsidra jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bord li kien twaqqaf biex jistħarreġ ix-xogħol fid-Dipartiment tas-Sales tal-Public Broadcasting Services Ltd, temm il-ħidma tiegħu u issottometta r-rapport tiegħu fl-14 ta' Frar, 2002. Mill-investigazzjoni li għamel ma jirriżultax li hemm irregolaritajiet għalkemm għamel rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib fil-proċess ta' Airtime Sales. Għal raġunijiet kummerċjali mogħti l-parir i ma jkunx opportun li jitpoġġa kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32152 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Lega and Humanistic Studies

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawk l-istudenti li daħlu għall-kors ta' Legal and Humanistic Studies fil-Fakulta tal-Liġi f'Ottubru 2001? Jista' jagħti wkoll il-kwalifiċi tas-suġġetti fil-livell avvanzat u intermedjarju ta' kull student/a li ġie/ġiet aċċettat/a għall-kors imsemmi qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` tqis li l-ismijiet ta' l-istudenti li qed isegwu xi kors u aktar u aktar il-kwalifiċi ta' l-istudenti individwali huma kunfidenzjali. F'każ li l-Onor. Membru għandu xi ilment x'jagħmel għandu jsegwi l-proċeduri stabbiliti mil-liġi.
Leg 9 PQ #32185 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Sports Club

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 31947, jgħid meta hu maħsub li titressaq ir-risoluzzjoni parlamentari li qed jirreferi għaliha?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi d-domanda lill-Ministru ta' l-Intern.
Leg 9 PQ #32187 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Choreographic Awards

Question

Jista' l-Ministru b'riferenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 31944, jwieġeb il-mistoqsija dwar x'għamel il-Gvern Nazzjonalista biex jinċentiva l-qasam taż-żfin peress illi qed jammetti li ma sar l-ebda follow up għall- Choreographic Awards li kien saru fl-1997?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tul dawn l-aħħar erbgħa snin kumpaniji u gruppi Maltin ta' żfin ingħataw għajnuna finanzjarja biex ħadu sehem jew tellgħu 'events' ta' żfin f'Malta u, f'xi każi, anke f'pajjiżi ġirien. Din l-għajnuna tingħata lil min japplika wara li tkun ġiet evalwata l-kwalita` ta' l-'event' proposta. Inżid ngħid illi fl-iskejjel primarji ż-żfin huwa nkoraġġit fis-sillabu tal-physical education fejn huwa mgħallem il-moviment kreattiv permezz ta' attivitajiet ta' ritmu, danza u logħob ta' kant.
Leg 9 PQ #31987 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' l-Ministru jara fhiex waslet ir-'riforma' li kellha issir fil-PBS?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31831 f'Seduta 707 ta' l-istess Onor. Membru.