Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġwann – proġetti ta’ tisbiħ/manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità ta’ San Ġwann (inkluż il-Kappara) bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-lokalita’ ta San Ġwann (inkluż il- Kappara) bejn l- 1 ta Marzu 2014 u t- 18 ta’ Ottubru 2015 huma: San Ġwann Boċċi Club il-ġdid; San Ġwann Boċċi Club l- antik; San Ġwann Playing- field Ta’ Ġiorni; San Ġwann Triq Bellavista, xogħol ta’ manutenzjoni; San Ġwann Triq tal-Balal, xogħol ta’ manutenzjoni; Barra minn hekk Tranpsort Malta wettqet dawn ix-xogħlijiet fil-lokalita’ msemmija: - Ellul Mercer Bridge – Movement Joints - Vjal ir-Rihan – Bdil u nstallazzjoni ta’ sinjali tat-traffiku - Vjal ir-Rihan / Naxxar Road – Refreshing ta’ line markings

Il-Kappara — xogħlijiet

Question

B’referenza għad-diskors tal-baġit tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, u b’mod partikolari għal dik il-parti tad-diskors li tittratta alternative routes għal dawk li huma x-xogħlijiet meħtieġa b’riżultat tax-xogħol li mistenni jsir fil-Kappara, jista’ jagħti tagħrif dwar liema se jkunu r-rotot li se jiġu miftuħa/irranġati biex minnhom jgħaddi t-traffiku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li se jiġu rranġati huma s-segwenti: San Ġwann Triq l-Istefanotis San Ġwann Triq R. Caruana Dingli Gżira Triq Reggie Miller San Ġwann Triq G.Briffa, Triq il-Plejju San Ġwann Triq Birkirkara (from Triq in-Naxxar to Triq Bellavista) San Ġwann / Swieqi p/o Triq il-Pelikan San Ġwann p/o Vjal ir-Rihan San Ġwann p/o Triq in-Naxxar, Triq Mensija to Triq Birkirkara; p/o Triq in-Naxxar from Triq Birkirkara sal- junction San Ġwann / San Ġiljan p/o Junction taħt il- bridge fi Triq Birkirkara San Ġwann p/o Triq Bella Vista San Ġiljan p/o Triq Birkirkara San Ġiljan p/o Telgħet San Ġiljan San Ġwann p/o Triq il-Balal (San Ġwann) Msida p/o Triq M.A Vassalli Msida/Gżira p/o Rue D'Argens

Ċertifikazzjoni ta’ effiċjenza tal-enerġija — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta jistgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet minn persuni interessati, biex jagħmlu l-kors li permezz tiegħu jkunu jistgħu joħorġu ċertifikazzjoni ta’ effiċjenza tal-enerġija għall-bini kemm dak privat, kif ukoll dak kummerċjali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li ż-żmien biex wieħed jinkiteb għall-korsijiet ta’ bini kummerċjali (non-dwellings) għalqu u qed isiru l-lezzjonijiet u l-eżamijiet rispettivi tagħhom. Fir-rigward t’imkejjen domestiċi (dwelllings) il-ħsieb hu li jsiru korsijiet għal din il-kategorija fl-2016.

Is-Salina – xogħlijiet fuq l-inħawi tas-salini tal-melħ

Question

Billi matul dawn l-aħħar xhur ma jidhirx li kien hemm ħaddiema fuq ix-xogħol tant meħtieġ dak li jitkompla l-inħawi tas-Salini (għal dak li jikkonċerna x-xogħol fuq l-inħawi tas-salini tal-melħ), jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq dan il-proġett? Liema hu x-xogħol li fadal isir f’dan il-post?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-pedamenti tal-pont tal-ħadid fl-entratura tas-Salini tal-melħ. Fil-frattemp ix-xogħol tal-pont tal-ħadid innifsu hu prattikament lest fil-fabbrika tal-kuntrattur u hekk kif jitlesta x-xogħol tal-pedamenti dan jkun jista’ jitpoġġa f’postu. Wara li jitlesta dan ix-xogħol , ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet ikun jeħtieġ li jagħmlu l-aħħar xogħlijiet tat-tlestija tat-triq interna li tgħaqqad mal-pont. Ix-xogħol fuq il-pont u x-xogħol fuq it-triq interna mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena.

Traffic Counts

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar traffic counts fid-diversi postijiet madwar Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-counts?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tiġbor traffic counts skont il-bżonn tal-proġetti u mhux b’mod perjodiku. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant mitlub jispeċifika għal-liema traffic counts partikulari qed jirreferi.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura dawn li ġejjin huma d-Dipartimenti u d-Direttorati rispettivi tagħhom fejn hemm impjegati li huma ngaġġati fuq ftehim ta’ telework: Office of the Permanent Secretary - Permanent Secretariat Occupational Health & Safety Unit Quantity Surveying Unit Communications Unit Buildings Regulation Office Works and Infrastructure Department - Director General’s Secretariat Legal Office Door Numbering Unit Marine, Storm Water and Valley Management Unit Cleansing Services Directorate Manufacturing and Servicing Directorate Project Design and Engineering Directorate Project Implementation Directorate Strategy, Support and Services - People Management Directorate Financial Management Directorate Department Il-kundizzjonijiet taħt liema jingħata xogħol fuq bażi ta’ telework huwa regolat permezz ta’ Kapitlu 5 fil-Public Service Management Code. Ir-raġunijiet li għalihom jingħata t-telework huma għad-diskrezzjoni tad-Direttur/tal-Kap tad-Dipartiment rispettiv tal-applikant, u għandhom ikunu jikkonċernaw il-familja jew każi ta’ mard. Transport Malta toffri teleworking lill-impjegati tagħha abbażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet: - Xogħol li jsir waqt teleworking irid jiġi approvat mill-management; - L-impjegati għandhom jipprovdu t-tagħmir elettroniku tagħhom (computer / laptop) u aċċess għall-internet; - L-impjegati għandhom jimlew timesheet li tinkludi x-xogħol li jkun sar waqt it-teleworking li għandha tiġi sottomessa lis-superjur dirett tagħhom għall-approvazzjoni u eventwalment lid-dipartiment tal-HR; - L-impjegati għandhom iżommu lilhom nfushom kuntattabli matul l-ħinijiet ta’ teleworking u jistgħu jiġu mitluba jidħlu l-uffiċċju minflok jaħdmu b’teleworking meta jkun hemm il-bżonn; - Teleworking jiġi approvat għal perjodu ta’ 3 xhur u jiġi estiż mill-management wara li ssir talba mill-impjegat; - Teleworking jista’ jiġi mwaqqaf għad-diskrezzjoni tal-management billi jingħata pre-avviż adekwat lill-impjegat konċernat. Fil-Grand Harbour Regeneration Corporation ma hemm l-ebda impjegat fuq teleworking.

Ħal Qormi – Triq Stellara — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jindika meta ser isiru x-xogħlijiet neċessarji fl-isqaq ħdejn Triq Stellara fiż-żona ta’ Wied iċ-Ċawsli ġewwa Ħal Qormi, eżattament ħdejn Għar il-Ħanżir?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għasri — Fanal tal-Gordan - titolu ta' art

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20642, jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta kellhiex f’idejha permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għal xogħlijiet ta’ restawr u/jew manutenzjoni fuq il-Fanal tal-Ġordan fl-Għasri? Jekk iva, x’kien in-numru ta’ dan il-permess u meta skada? Għaliex Transport Malta ma utilizzatx dan il-permess u ħallietu jiskadi u fl-istess ħin ħalliet li ssir aktar ħsara fuq il-Fanal tal-Ġordan?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżisti permess ta’ żvilupp “PA682/09 - Restoration of tal-Gordan Lighthouse Building” li huwa validu għal ħames snin u jiskadi fl-24 Novembru 2015. Ninsab infurmat ukoll li ġiet sottomessa applikazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex bir-riferenza “PA4104/15 - Renewal of PA682/09”, sabiex jiġġedded il-permess oriġinali.

Għawdex – Triq l-Imġarr – traffic calming measures

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex fi Triq l-Imġarr li twassal minn Għajnsielem sar-Rabat Għawdex isiru traffic calming measures bħal speed cameras? Jekk iva, x’inhu ppjanat li jsir u meta hu maħsub li jsiru u dan in vista ta’ numru ta’ mwiet li seħħew fl-aħħar snin f’din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li miżuri ta' traffic calming vertikali mhux rakkomandati li jsiru fi Triq l-Imġarr minħabba l-użu u l-klassifikazzjoni ta' tali triq. Fir-rigward ta' speed cameras, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir studju fuq sistemi different ta' nfurzar tal-veloċita' tas-sewqan sabiex jiġu stabbiliti l-aktar sistemi effettivi u effiċjenti fl-isfond tal-iżviluppi tat-teknoloġija.

Għajnsielem – Bajja tax-Xatt l-Aħmar – swimmers’ zone

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għas-Sajf li ġej hux maħsub li fil-bajja tax-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem issir Swimmers’ Zone? Jekk le, x’inhi r-raġuni li mhux se ssir?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba biex il-bajja nsemmija ssir swmmers’ zone. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita’ mhux qed tikkunsidra din il-bajja bħala żona riservata għall-għawwiema fil-preżent anki minħabba li mhix xi bajja li hija ġeneralment frekwentata minn dawk li għandhom dgħajsa.

Il-Fgura — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u qed isiru f’din il-leġiżlatura fil-Fgura? Jista’ jgħid kemm intefqu jew mistennija jintefqu flus fuq dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-xogħlijiet fil-Fgura huwa xogħol ta’ tqeghid ta’ madum u xogħol estensiv ieħor f’dar il-Wens, li jammonta’ għal €28,249.17. Sar ukoll xogħol infrastrutturali ieħor li jammonta għal €1,224.68. Barra Minn hekk, Transport Malta, minnbara diversi xogħlijiet żgħar f’din il-lokalita’, saru dawn ix-xogħlijiet: - Triq R. Paravecchia / Sigmondu Savona, Fgura - €230,182 (Estimate) - Triq Valperga, Fgura - €71,843.54 (Estimate) Saru ukoll erbgħa parkeġġi riżervati għal persuni b’ diżabbilita’ u ħames kaxxi KEEP CLEAR għal aċċess tas-siġġu tar-roti. Għal dawn ix-xogħlijiet intefqu €410.

Il-Fgura – Triq Hompesch – bus stop shelters

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk iż-żewġ bus stops shelters li hemm faċċata ta’ xulxin fit-tarf ta’ Triq Hompesch fil-Fgura, jistgħux jiġu mibdula billi huma malandati u msadda sew?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ppjanat li l-bus shelter li hemm fid-direzzjoni lejn il-Fgura ser jiġi mibdul b’wieħed ġdid. Mill-banda l-oħra, il-bus shelter li hemm fuq ix-xaqliba l-oħra tat-triq, minħabba restrizzjoni fil-wisa’ tal-bankina, m’hemmx spazju biżżejjed sabiex jitwaħħal bus shelter ġdid minn dawk li qegħdin jintużaw fil-preżent. Minħabba f’hekk, Transport Malta qegħda tevalwa alternattivi oħra sabiex tkun tista’ tibdel dan il-bus shelter.

Il-Fgura – Triq Hompesch – bus stop shelter estensjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19880, jista’ l-Ministru jgħid jekk, kemm-il darba, hemmx xi raġuni teknika għalfejn bus stops shelter ma tistax tiġi estiża?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġuni prinċipali għalfejn bus shelter ma jkunx jista’ jiġi estiż hija minħabba limitazzjoni ta’ spazju u f’sitwazzjonijiet fejn minħabba il-konfigurazzjoni tat-triq, il-bankini ma jkunux jistgħu jiġu mwessa’.

Ħaddiema ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa, tindif jew sigurtà — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fl-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u għall-istess snin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mill-kriterji li tintuża rigward għoti ta’ kuntratti li jinvolvu servizzi ta’ fl-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà hija li r-rata tal-ħlas lill-ħaddiema ma tkunx inqas mir-rata ta’ paga stabbilita b’ċirkolarijiet numru 27/2014 u 4/2015 maħruga mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

Triq il-Kosta – ħlas lill-kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq ix-xogħlijiet ta’ Triq il-Kosta u kemm għad fadallu jitħallas kull kuntrattur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, favur iż-żewġ joint ventures, Kosta JV u RM Construction Ltd, li ħadmu fuq il-proġett ta’ Triq il-Kosta, s’issa ġew iċċertifikati 18.8 miljun Ewro u 20.1 miljun Ewro rispettivament. Dawn il-joint ventures għadhom kemm ippre¿entaw kontijiet oħra li jammontaw għal total ta’ madwar 4.2 miljun Ewro u 5.8 miljun Ewro rispettivament u dawn il-kontijiet qegħdin fil-proċess li jiġu vverifikati. Baqa’ wkoll x’jitħallas l-ammont totali ta’ retention monies li jrid jiġi ċċertifikat fl-aħħar tal-proċess komplut u dan jammonta għal madwar 2.6 jew 2.7 miljun Ewro kull wieħed.

Transport Malta — pubblikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-dokument li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament humiex pubblikazzjonijiet maħruġa minn Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, dawn jiġu aġġornati? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti ndikati huma pubblikazzjonijiet tal-Awtorita’ dwar it-Trasport li kienu ġew maħruġa fl-2003. Id-dokumenti huma parti mill-Liġi Sussidjarja 499.57 u jirregolaw l-aspetti tekniċi tad-disinn u l-kostruzzjoni tat-toroq f’Malta u Għawdex. Id-dokumenti huma voluminużi ħafna u jinsabu disponibli mill-uffiċini tad-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta.

Servizz tat-trasport pubbliku — servizz ta' manutenzjoni ta' bus stops

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw is-servizzi ta’ manutenzjoni ta’ bus stops? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19543.

Servizz tat-trasport pubbliku — servizz ta' marketing u reklamar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw is-servizzi ta’ marketing u reklamar? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ispejjeż relatati ma’ marketing u reklamar ingħataw lil dawn il-kumpaniji: Brnd Wgn € 1,439.60 Google / Facebook € 996.00 Medialink Communications € 3,540.00 Allied Newspapers € 7,160.24 Media Today € 7,366.50 Sound Vision Print € 1,117.70 Union Print € 1,447.82 Standard Publications € 498.98 Big Exhibits € 165.20 Maltapost € 1,014.27 Ikona € 1,652.00

Servizz tat-trasport pubbliku — servizz ta' infrastruttura fil-vened/interchanges

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19534, jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw is-servizzi ta’ infrastruttura fil-vened/interchanges? Jekk ingħataw lil iktar minn kumpanija jew persuna waħda, jista’ jelenka kemm ġie jiswa tali servizz għal kull kumpanija/persuna separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż relatati ma’ infrastruttura fil-vened/interchanges indikati f’mistoqsija parlamentari 19534 ngħataw lil dawn il-kumpaniji: Footpaths fit-terminus tar-Rabat Għawdex - € 25,000 – Gatt Tarmac Ltd Tneħħija tal-estensjoni ta’ footpath - € 750 - Central Asphalt