B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 24618 dwar għaliex ix-xogħol fuq Triq Guże Duca u Triq l-Imdina f'Ħal Qormi waqaf u meta huwa ppjanat li x-xogħol f'dawn it-toroq jitlesta kompletament, jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija fir-rigward ta' Triq l-Imdina peress li fit-tweġiba tiegħu ma ta l-ebda tagħrif?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta parlamentari Nru. 24618 li ovjament tkopri x-xogħol kollu fil-proġett li qed isir fil-lokalita`.
Peress li zebra crossing perikoluża tneħħiet minn Triq Santa Tereza, Bormla, jistax il-Ministru jikkunsidra li jsir xi tip ta' pedestrian crossing f'post anqas perikoluż f'din l-istess triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pedestrian crossing fi Triq Santa Tereza ser titressaq aktar l-isfel fl-istess triq biex b'hekk tkun ta' anqas periklu għal min jużaha.
Jista' l-Ministru jara li jsiru s-sinjali tat-traffiku u t-tabelli neċessarji biex Triq Brockman f'Ta' Ġiorni, San Ġiljan, tkun aċċessibbli regolarment għar-residenti u jkun hemm tabelli li juru fejn hi għax bħalissa qed ikun hemm problemi serji għal min irid isib dar f'din it-triq u biex trakk tal-gass jidħol u jforni lir-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għamel survey fuq il-post u sab li Triq Brockman hija triq dejqa u qasira f`Housing Estate.
Għalkemm mhux soltu li toroq jiġu ndikati b`sinjali tat-traffiku, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lil Kunsill Lokali ta` San Ġiljan biex jagħmel sinjali fuq bażi temporanji biex it-triq tinstab b`anqas diffikulta`.
La darba din it-triq tiġi ddentifikata aħjar, m`għandux ikun hemm problema għat-trakk tal-gas biex iforni lir-residenti.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23719 'Triq l-Għargħar 1979'. Jista' l-Ministru jgħid meta s-survey li ġie kkummissjonat dwar iz-zona tal-Wied ta' Ħal Qormi u Triq l-Għargħar 1979 u l-madwar dwar l-għargħar se jiġi konkluż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ikkummisjona l-uffiċċju tas-Survey ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jagħmlu dan is-survey u peress li l-area hija viċin Triq Dun Mario u l-akwati tagħha fejn kien hemm talba minn l-istess Onor. Interpellanta rigward problemi ta' l-ilma, d-Dipartiment ħa ħsieb li jiġbor l-informazzjoni dwar l-area kollha u hu nfurmat li s-survey ikun lest sa l-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla.
Jistgħu jsiru traffic lights f'Tal Balal ħdejn il-Mekek Bar minħabba fl-għadd kbir ta' inċidenti tat-traffiku li jseħħu fl-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment għadu kif iffinaliżża pjan għal bini ta' traffic management scheme f'din il-lokalita' biex it-traffiku jkun immaniġjat fid-direzzjonijiet kollha, u dan ser jiġi mqiegħed għall-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Wara inċident li fiha sfat mtjara tfajla minn Ħal Tarxien riċentement fi Triq Tal-Barrani, jista' l-Ministru jgħid għalfejn ma ġietx stabbilita rotta temporanja alternattiva għall poplu ta' Ħal Tarxien minflok ikollhom jinżlu fi Triq Tal-Barrani bil-periklu kollu involut? Ta' min kienet id-deċiżjoni li r-rotta alternattiva temporanja li kienet tgħabbi n-nies minn ġor-raħal, ġiet mibdula biex tal-linja jibqgħu għaddejjin dritt minn Triq tal-Barrani min flok jidħlu f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li r-rotta 29 ma tneħħietx minn ġo Ħal Tarxien. Minħabba xogħolijiet li qed isiru ħdejn il-knisja, din ir-rotta ġiet devjata biex toħroġ fit-Triq tal-Barrani ħdejn it-Traffic Lights fit-tarf ta' Triq il-Palma.
Għaldaqstant, kull passiġġier seta' jirkeb u juża din ir-rotta mill-bus stop eżistenti li jinsab daqs 30 metru 'l bogħod mit-Traffic Lights. B'hekk jiġi evitat il-bżonn li wieħed jaqsam it-triq tal-Barrani biex jirkeb karozza tal-linja.
Ir-rottot l-oħra li kienu jgħaddu minn ġo Ħal Tarxien qabel bdew ix-xogħolijiet hawn fuq imsemmija, issa ġew devjati biex jibqgħu għaddejjin dritt minn ġo Triq tal-Barrani.
Dan l-arranġament isir kull meta jkun hemm il-festa tar-raħal kif ukoll meta jkun hemm xi xogħolijiet matul ir-rotta li minħabba fihom tingħalaq it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li Triq l-Aħdar ġewwa M'Scala tingħata t-tarmac u tiġi ffurmata fi triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq l-Aħdar hija waħda mit-toroq li x-xogħol fuqha ser isir u fil-preżent qed isir il-liason mal-Utilities biex ikun aċċertat li s-servizzi taħt l-art huma mqiegħda u jiffunzjonaw kollha.
Jista' l-Ministru jara li fil-Birgu u max-Xatt tal-Port, wara l-inċident tragiku li ġara f'Jum il-Ħelsien, u diversi inċidenti simili oħrajn, jitwaħħlu barriers almenu fil-black spots fejn ġraw inċidenti simili fil-passat biex dawn ma jibqgħux jirrepetu ruħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima qed tikkonsidra x'miżuri ser jittieħdu fil-post imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tat-toroq għandux il-permessi ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar għax-xogħol li qiegħed isir bħalissa fi Spencer Hill, Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fi Spencer Hill, Marsa jikkonsisti fi preparamenti biex jinbena distribution centre ta' l-Enemalta.
Il-kostruzzjoni ta' dan iċ-ċentru hu kopert bil-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar Nru. PA 00423/00.
Jista' l-Ministru jindaga tistax issir xi forma ta' traffic calming viċin il-banka tal-lottu fi Triq Dun Karm, B'Kara biex jiskoraggixxi il-hold-ups li jistgħu jsiru fuqha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt id-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga t-talba ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jara li Triq Manoel Vilhena f'Tal Qattus, Birkirkara tiġi rranġata u livellata? Jaf li hemm residenti li ilhom joqogħdu f'din it-triq 'l fuq minn ħmistax-il sena u t-triq għadha bla tarmak?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 23242.
B'riferenza għall-istat ħażin li fih tinsab Triq tal-Qattus, Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jara li din it-triq li hija żviluppata fl-intier tagħha tiġi mogħtija wiċċ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24528.