Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30635 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz tal-ambulanza tal-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntuża s-servizz tal-ambulanza tal-ajru bejn Malta u Għawdex minn meta kien inawgurat fil-5 ta' Awwissu li għadda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-ambulanza tal-ajru ntuża sabiex ikun jista jkompli jingħata t-taħriġ neċessarju lill-ħaddiema li ser ikunu parti mit-tim li jitrasferixxi pazjenti mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal sptarijiet oħra f’Malta. Sa issa saru 29 titjira ta' taħriġ.
Leg 12 PQ #30638 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għas-Saħħa

Kappella tal-Addolorata – taraġ ta’ taħt il-Kappella — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li t-taraġ ta’ taħt il-Kappella tal-Addolorata jissewwewlu l-ħsarat li fih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-restawr tat-taraġ ta’ taħt il-Kappella tal-Addolorata huwa nkluż mar-restawr li l-Gvern inkluda bħala parti mportanti mil-proġett li bħalissa għaddej mill-proċess ta’ Competitive Dialogue.
Leg 12 PQ #30646 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz ta’ Helicopter bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iħallas għas-servizz ta’ helicopter mediku bejn Malta u Għawdex? Jista’ jgħid għaliex il-Forzi Armati ta’ Malta għadha tagħmel dan is-servizz bil-lejl u mhux l-operatur privat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30635.
Leg 12 PQ #30751 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Estimi finanzjarji għas-sena 2017 — Vote 47 Recurrent Item 5896 (Gozo Private-Public Hospital)

Question

B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, Vote 47 Recurrent Item 5896 (Gozo Private-Public Hospital) fejn ġew ivvutati €1.2 miljun jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid għal-liema skop hu pproġettat li jintużaw dawn il-finanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont imsemmi f’din il-mistoqsija parlamentari ser ikun qed jintuża għal-proġett ta’ Barts Medical School.
Leg 12 PQ #30752 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Estimi Finanzjarji għas-sena 2017 — Vote 47 Recurrent Item 5862 (Hospital Concession Agreement - Gozo General Hospital)

Question

B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, Vote 47 Recurrent Item 5862 (HospitalConcession Agreement - Gozo General Hospital) fejn ġew ivvutati t-€12.5 miljun, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x'inhu l-iskop li għalihom ġew ivvutati dawn il-finanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-line item imsemmi minnu jirreferi għall-operat tal-Isptar Ġenerali t' Għawdex u jinkludi ħlas ta' dawl u ilma, pagi tal-ħaddiema tal-kuntrattur, mediċini u disposables u spejjeŻ relatati oħra fil-kuntest tal-agreement mal-kuntrattur.
Leg 12 PQ #29666 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm impjegat wieħed li ma baqax jaħdem mas-Segretarjat Privat tiegħi bħala Ministru għas-Saħħa. Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ din il-persuna tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħha.
Leg 12 PQ #30395 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata – bidu ta’ proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-proġett ta' ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm se jiswa u meta se jitlesta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-26 ta’ Jannar tal-2017 ġie ppublikat ir-riżultat tal-Pre Qualification Questionnaire tal-Competitive Dialogue fuq iċ-ċimiterju tal-Addolorata u bħalissa qed jinkiteb l-ITPD (Invitation to Participate in Dialogue).
Leg 12 PQ #30414 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vannijiet ta’ San Pawl u Bormla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn tneħħew vannijiet fosthom ta' San Pawl u ta' Bormla li kienu jesgħu 15-il pazjent + 5 wheelchairs biex iddaħħlu vannijiet iżgħar li jesgħu 8 pazjenti + 3 wheelchairs?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tispeċifika aħjar għal liema vannijiet qed tirreferi.
Leg 12 PQ #30415 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ambulanzi bil-ħsara — kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li hemm jew kien hemm ambulanza bil-ħsara tul ix-xahar ta' Jannar 2017 u li qed tinkera mingħand min isewwi l-istess ambulanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li sabiex jitkompla s-servizz meta jkun hemm ambulanzi bil-ħsara, meta jkun hemm il-ħtieġa jinkrew ambulanzi mingħand il-kuntrattur li rebaħ il-kuntratt tal-kiri tal-ambulanzi non-emergency. Tiswijiet fuq ambulanzi tal-gvern (mhux mikrija) issir wara sejħa għal-offerti.
Leg 12 PQ #30416 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Ward MAU3 – sodod bla dawl

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-Ward MAU3 fl-Isptar Mater Dei, nhar it-Tnejn 23 ta’ Jannar 2017 kien hemm sodod bla dawl min-nofsinhar sa wara s-7pm bil-konsegwenza li d-drips u sodod elettroniċi ma ħadmux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sala msemmija minnha kienu rrapurtati żewg każijiet ta' 'twaqqiegħ ta' salvavita' waħda fis-7.13pm u l-oħra fit-8.22pm fid-data ndikata. Iż-żewġ każijiet ġew riżolti wara interventi immedjati mit-technicians tal-isptar. Filfatt it-technicians intervjenew wara 18 il-minuta fl-ewwel każ u wara 20 minuta fit-tieni każ.
Leg 12 PQ #30417 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid – dust bins

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid inxtraw 18-il dust bin li għalihom il-kuntrattur tħallas €4,000?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li għandha hija żbaljata.
Leg 12 PQ #30418 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Advisory Committee on Heath Care Benefits — laqgħat

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28641, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Advisory Committee on Health Care Benefits iltaqax u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda tal-aħħar laqgħa li saret?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħa li jmiss tal-Advisory Committee on Health Care Benefits hija fis-7 ta’ Frar 2017.
Leg 12 PQ #30443 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi (allowances, overtime, National Insurance Contribution) fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena tan-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bejn l-2012 u l-2015 kienet €20,563,036.75.
Leg 12 PQ #30495 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – dentisti – X-Rays

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan iż-żmien meta dentist fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jordna X-Ray għal pazjent dan qed jittieħedlu ġranet u saħansitra anke ġimgħat wara, meta qabel normalment tali X-Rays kienu jittieħdu dakinhar stess li jkunu ordnati mid-dentist? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal għall-inkonvenjenza kbira għall-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal perjodu qasir ta’ ftit ġranet minħabba raġunijiet ta’ loġistika, pazjenti fl-isptar msemmi minnu li kellhom bżonn Xray dentali ngħataw appuntament fi żmien ta’ ftit granet. Minn dan ix-xahar ser tidħol fis-seħħ sistema fejn l-appuntamenti, fejn hu possibbli, ser isiru fl-istess ġurnata li Xray jiġi ordnat mid-dentist.
Leg 12 PQ #30042 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ftehim bejn l-Isptar t’Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa u Vitalis Global Healthcare

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim sħiħ li ġie ffirmat mal-Vitals Global Healthcare biex imexxu l-Isptar t'Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim sħiħ, salv dawk il-partijiet ta' natura kummerċjali, ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fis-seduta Parlamentari numru 429, ta’ din il-legiżlatura.
Leg 12 PQ #30043 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Memorandum of Understanding bejn il-Gven u l-Montenegro

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mal-Montenegro fit-18 ta' Mejju 2016? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- Memorandum of Understanding li l- Gvern iffirma mal-Montenegro jitratta diversi oqsma ta’ kooperazzjoni fosthom, fit-tisħiħ tas-sistemi tal-kura tas-saħħa; taħriġ għall-professjonisti permezz ta’ parteċipazzjoni f’simpożji, konferenzi, seminars u avvenimenti oħra, kooperazjoni fil-kamp tal-farmaċewtiċi u apparat mediku; fil- promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard; fil-kontrol epidemjoloġiku tal-mard komunikabbli, kif ukoll dak mhux komunikabbli.
Leg 12 PQ #30044 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u r-Russja

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li ffirma l-Ministru Mizzi fir-Russja f'Settembru 2015? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mar-Russja jippromwovi l-koperazzjoni fl-oqsma tal-kura tas-saħħa u x-xjenza medika bħal fit-Traumatology u l- Ortopedija, l- mediċina riġenerattiva u r-Riabilitazzjoni Medika. Dan jinkludi wkoll attivitajiet bħal skambju ta’ speċjalisti u delegazzjonijiet; twettiq ta’ workshops; parteċipazzjoni ta’ speċjalisti f’ kungressi, konferenzi u avvenimenti xjentifiċi oħra organizzati separatament jew flimkien. Abbażi ta’ dan il-ftehim ufficjali Maltin attendew għal taħriġ fil-Kurgan, li tћaddem it-teknika ta’ l- Ilizarov. Pazjenti Maltin ġew mogħtija trattament b’ teknika Ilizarov mit-tim Russu.
Leg 12 PQ #30045 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Memorandum of Understading bejn il-Gvern u l-Iżrael

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma f'Iżrael f'Ottubru 2013? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Memorandum of Understanding fil-Qasam tas-Saħħa u x-Xjenza Medika bejn il-Ministeru tas-Saħħa ta' Malta u l-Ministeru tas-Saħħa ta’ l-Istat ta' Iżrael għas-snin 2013 – 2018 jinkludi diversi oqsma ta’ koperazzjoni fosthom tfassil ta’ servizzi relatati mal-Kwalità tas-Saħħa; fl-epidemjoloġija tal-mard prevalenti fil-pajjiżi rispettivi; prijorità relatati ma’ programmi ta’ Saħħa Nazzjonali; Prevenzjoni tal-Mard li jittieħed; skambju ta’ informazzjoni dwar konferenzi internazzjonali, laqgħat u avvenimenti oħra li jistgħu jsiru fil-pajjiżi rispettivi. Permezz ta’ dan l-MOU professjonisti mediċi Maltin ħadu taħriġ dwar Mass Casualties minn esperti Iżrealiti mill-Universita’ ta’ RAMBAM waqt kors li sar apposta hawn Malta.
Leg 12 PQ #30238 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — person of trust u position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29925 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru hemm 4 full time equivalent f’position of trust u 15 bhala person of trust.
Leg 12 PQ #30377 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karin Grech — ħaddiema

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 29235, jista’ l-Ministru jgħid min fil-preżent qed iħallas lill-ħaddiema tal-Isptar Karin Grech u tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ċjoè jekk hux id-Dipartiment tas-Saħħa jew il-kumpanija Vitals Global Healthcare jew xi kumpanija sussidjarja tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema tal-isptar Karen Grech u tal-isptar Ġenerali t’Għawdex li huma mpjegati mal-Gvern, ser ikompli jitħallsu mill-Gvern.