Passenger Name Record agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni ta’ Malta fir-rigward tal-passenger name record agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti? Jista’ jgħid jekk ikkomunikax din il-pożizzjoni b’mod uffiċjali lill-Unjoni Ewropea?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Malta qatt ma opponiet rigward il-Passenger Name Record Agreement bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti li ġie adottat fis 26 ta’April 2012 u daħal b’effett mil-1 ta’ Lulju 2012.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-lokalitajiet li sar il-proċess tal-bdil tal-karta tal-identità fihom s’issa? Jista’ jgħid kemm kienu dawk li kienu eleġibbli f’kull lokalità sabiex jibdlu l-karta tal-identità tagħhom u kemm kienu dawn in-nies f’kull lokalità li effettivament wieġbu għas-sejħa tal-Uffiċċju għall-Immaniġġar tal-Identità u marru jibdlu l-karta tal-identità tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
L-Uffiċċju għall-Immaniġġjar għall-Identità m’għandux dettalji relatati ma’ kemm kienu dawk li kienu eliġibbli f’kull lokalita sabiex jibdlu l-Karta’ tal-Identita’ tagħhom u għalhekk il-paragun qed isir man-numru ta’ votanti rreġistrati fir-Reġistru Elettorali.
Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina — Applikazzjonijiet għall-Visa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-visa (Schengen area) saru minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza minn ċittadini Ċiniżi li applikaw tramite l-Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina? Kemm minnhom ġew approvati? Kemm, minn dawk li ġew approvati, kien hemm parir, mill-Korp tal-Pulizija jew entitajiet oħra, kontra li tingħata l-visa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2014 kien hemm 3,063 applikazzjoni għall-Visa (Schengen area) minn ċittadini Ċiniżi li applikaw tramite l-Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina. Minnhom 2,400 ġew approvati u 52 minnhom kien hemm parir kontra li tingħata l-Visa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan bejn Jannar u Settembru 2013 u fl-istess perjodu fl-2014?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Settembru tas-sena 2013 saru 5,196 –il rapport u fl-istess perjodu fis-sena 2014 saru 4,930 –il rapport.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Mobile Police unit/station li għadu kemm tqiegħed fuq il-bankina f'Wied il-Għajn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-istruttura temporanja li tpoġġiet f’Marsascala sabiex isservi t’Għassa tal-Pulizija għal dik il-lokalità, hija meqjusa bħala żvillup aċċettabli skond l-Avviż Legali 248 tal-2014 u dan skont ‘clearance letter’ maħruġa mill-MEPA.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nifnorma lill-Onorevoli Interpellant li r-risosta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini Maltin u Għawdxin li għandhom mitt sena jew aktar u li jgħixu f'pajjiżna? Jista' jindika l-età u n-numru ta' persuni f'din l-età?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-Reġistru Pubbliku jinżammu Atti ta' twelid, żwieġ u mewt f'tlett reġistri differenti. Ir-reġistrazzjonijiet tat-twelid jmorru lura sas-sena 1863 u għaldaqstant tfiċċija dwar kemm hemm atti ta' nies ta' mitt sena jew aktar fir-reġistri, ser tirriżulta f'ħafna. Izda peress li, r-Reġistru Pubbliku ma jkollux informazzjoni dwar fejn jgħixu tali nies, jekk emigrawx, jew saħansitra kemm minnhom mietu barra minn Malta; u peress li fl-istess ħin hemm nies barranin u ċittadini Maltin oħra li ma twieldux Malta, iżda huma rreġistrati fir-Reġistru Pubbliku meta dawn mietu f'Malta, ma tistax tingħata tweġiba għall-mistoqsija, ma tistax tingħata ċifra preċiża.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – kuntratti ta’ konsulenza
Question
B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11560, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Kuntratti ta’ konsulenza ingħataw ‘l 2 minn nies u l-proċedura kif ntagħżlu hija l-istess waħda li kienet tintuża fi żmien l-Gvern preċidenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-pulizija li ġew reinstated fil-Korp wara Marzu 2013 hemmx xi wieħed jew waħda li għandhom il-fedina penali mċappsa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li kull min daħal lura mal-Gvern fil-Korp tal-Pulizija għadda minn proċess ta’ kriterji approvati mill-PAHRO liema Dipartiment huwa dak tar-Riżorsi Umani fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru. Għalhekk kull min daħal għadda minn dan l-iskrutinju tal-kriterji u kien sussegwentament jikkwalifika biex jerġa’ jiġi re-instated.
Pulizija — Overtime għal ħidma fil-Festa ta’ San Gejtanu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data tħallsu tal-overtime l-Pulizija li ħadmu l-festa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun ta’ Awwissu 2014?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li l-overtime tal-Pulizija li ħadmu l-festa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun f’Awwissu 2014 tħallsu fil-paga ta’ tal-4 ta' Novembru 2014.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf xi entità għall-Forzi Armati ta' Malta, bħal Bord jew simili, bil-għan li jisma' appelli minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li kellhom każ deċiż kontrihom mill-Ombudsman fl-aħħar snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kelna ħafna talbiet ta’ din ix-xorta u għalhekk qed nistudjaw bir-reqqa kull possibilità.
Jista' l-Ministru jgħid għala l-Lance Bombardier tal-AFM li jinsab u ilu xhur jinsab fil-pożizzjoni ta' seniority li jmissu hu biex ikun trasferit lejn Għawdex, inqabeż minn diversi oħra, inkluż Gunner, meta ma kienx imisshom huma?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal min qiegħed jirreferi minħabba li hemm bosta kriterji minbarra ta’ seniority biex wieħed jiġi trasferit Għawdex.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — direct orders
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11545, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tad-direct orders li ngħataw u ċjoè lil min ingħataw dawn id-direct orders, x’kien is-servizz jew prodott mitlub u kemm kien l-ammont li tħallas mill-Gvern f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar patrol peress li fl-inħawi fejn joqgħod qed ikun hemm abbuż ta’ drogi u prostituzzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi dwar il-ka¿ tal-individwu, li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, dan ġie mitkellem mill-Pulizija u ser jittieħdu passi u kull azzjoni neċessarji. Infurmat ukoll illi f’inhawi ta’ Raħal Gdid saru xi searches/patrols mit Taqsima tad-Drogi kif jidher hawn taħt.
Year
Number
2010
27
2011
27
2012
25
2013
12
2014
10
Il-Fgura — Periklu minħabba scaffolding - każ ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li jidher illi din għandha scaffolding li ilu armat fuq il-bankina quddiem il-bieb tad-dar tagħha, li ritratt tiegħu qiegħed ukoll jintbagħat separatment, u liema scaffolding huwa ta’ periklu kemm għal din il-persuna kif ukoll persuni oħra li jridu jgħaddu minn fuq din il-bankina fi triq li hi traffikuża ħafna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-iscaffolding msemmi mill-Interpellant kien fil-post inidkat peress li ried isir xi tibdil fil-ġebel li kien hemm fil-faċċata tad-dar in kwistjoni. Infurmat ukoll li x-xogħol issa tlesta u l-iscaffolding tneħħa min postu, fit-13 ta’ Novembru 2014.