Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma ta ebda xogħol lill-avukat ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li talab qiegħda ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif mitlub mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk skont l-Avviż Legali 42 tal-2017 dwar Rimborż tat-Taxxa (Pensjonanti), it-taxxa li se tiġi ffrankata fuq il-pensjoni kif imħabbra fil-miżuri tal-Baġit 2017, hijiex se titnaqqas mill-pensjoni ma’ kull pagament li jsir lill-pensjonanti kull 28 ġurnata u allura jekk din it-taxxa hijiex se tkun qed titnaqqas at source jew jekk dan l-ammont ta’ taxxa hekk frankat huwiex se jkun disponibbli biss wara li jintbagħtu u jiġu pproċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena ta’ qabel?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-taxxa li se tiġi ffrankata fuq il-pensjoni kif imħabbra fil-miżuri tal-Baġit 2017 se tkun riflessa fil-pensjoni ma’ kull pagament li jsir lill-pensjonanti kull 28 ġurnata mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31358 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħlas ta' bolol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
It-tagħrif li talab dwaru l-Onor. Interpellant jidher hawn taħt:
Numru ta’ kawżi fil-konfront ta’ awtoritajiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi
Awtorità/Entità
Ġurisdizzjoni
2012
2013
2014
2015
2016
Malta
Financial
Services
Authority
Tribunal
dwar Servizzi Finanzjarji
2
2
1
3
10
Qorti
1
1
-
1
-
Malta
Stock
Exchange
Qorti
3
2
1
1
1
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard – rappre¿entant għall-Ministeru għall-Finanzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Finanzi fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Ms. Marisa Pisani ġiet nominata fit-28 ta’ Ġunju tal-2016 biex tirrappreżenta l-Ministeru għall-Finanzi fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx.
Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ persuni li jokkupaw position of trust fil-Ministeru tiegħi għandhom il-kariga ta’ Ministry Coordinator u Secretariat Officer.
Ministeru għall-Finanzi — kiri/xiri ta’ karozzi għall-użu uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu ta' kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif li talab għalih jinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29412, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-differenza fl-imgħax bejn 1% imħallas u dik li hija r-rata kummerċjali, hiex fi stadju li se titħallas lill-ex impjegati tas-Sea Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-qbil li sar u l-kumpens li ngħata huma finali.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti ngaġġati mill-2014 ‘l hawn u x’kienet ir-remunerazzjoni tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati tlett konsulenti fil-perjodu konċernat u li r-remunerazzjoni tagħhom hi marbuta ma skala 4 fis-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li avolja ma taqbiżx it-€13,000 fis-sena, xorta qed tħallas taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tat-Taxxi Interni ġa għamel kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikulta li kellha setgħet tiġi indirizzata.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ħallset ħafna ħlas żejjed?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tat-Taxxi Interni ġa għamel kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikulta li kellha setgħet tiġi indirizzata.
Ministeru għall-Finanzi — Spejjeż ta’ mobile phones u fuel għall-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż saru minn uffiċjali fil-ministeru tiegħu ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu matul ix-xhur minn April 2013 sa Diċembru 2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tad-defiċit attwali reġistrata sena b’sena mill-2006 ’l hawn? Jista’ jgħid ukoll kif din ir-rata tad-defiċit, varjat tul l-istess perjodu msemmi, minn dik prevista li se tkun waqt id-diskors tal-Baġit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant tidher hawn taħt, ibbazata fuq tagħrif maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Sena
Defiċit bħala %
tal-Prodott Domestiku Gross
Defiċit previst
Defiċit attwali*
2006
2.7
2.6
2007
2.3
2.3
2008
1.2
4.2
2009
1.5
3.3
2010
3.9
3.2
2011
2.8
2.5
2012
2.3
3.6
2013
2.7
2.6
2014
2.1
2.1
2015
1.6
1.4
* Sors: NSO News Release 172/2016 tal-21 ta’ Ottubru 2016
Infakkar lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu ta’ hawn fuq kien hemm zewġ okkazjonijiet fejn ittieħdu proċeduri ta’ defiċit eċċessiv mill-Unjoni Ewropea kontrina għax kien hemm bosta sfidi li kienu qed jheddu s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi u jnaqqsu l-potenzjal tal-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiz. Kien dan il-Gvern li ħadem bil-għaqal u sena wara sena rnexxielna nnaqqsu d-defiċit b’mod konsistenti tant li fl-2017 ir-rata tad-defiċit mistennija tinzel għal 0.5% tal-Prodott Domestiku Gross.
Fond għall-Kawżi Ġusti — Commitment Letters - lista
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ commitment letters sena b’sena minn meta twaqqaf il-Fond għall-Kawżi Ġusti sal-aħħar ta’ Frar 2013? Min ibbenefika, u jagħti l-lokalità ta’ minn fejn kien ġej kull min ibbenefika u kemm kien l-ammont ta’ kull commitment letter?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-perjodu li qed jirreferi għalih kien karatterizzat b’ħafna nuqqasijiet serji fl-organizazzjoni u t-tmexxija ta’ dan il-Fond fi zmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Ir-rapport An analysis of the National Lotteries Good Causes Fund li sar min-National Audit Office f’Novembru 2013 isemmi, per ezempju, li min-nofs is-sena 2012 ’l quddiem intrabtu somom qawwija ta’ flus b’mod li l-ħidma tal-Fond sal-aħħar tal-2014 kienet ristretta sew; li l-parametri ta’ kif kellhom jitqassmu l-fondi mhux dejjem ġew rispettati; li f’xi kazijiet l-għotjiet li ngħataw kienu akbar mill-ammonti mitluba; u li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawzi Ġusti kienet tinzamm b’mod fragmentat, bla ebda sors komprensiv u ċentralizzat fejn kienet tinzamm l-informazzjoni relevanti dwar kull applikazzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ events (ikliet u riċevimenti) sena b’sena mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Marzu 2013? Jista’ jinkludi f’din il-lista l-post fejn inżammu dawn l-events, kemm kien hemm mistidnien, kemm minnhom kienu Deputati Parlamentari, persons of trust u oħrajn? X’kisbet Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji minn dan kollu? Kemm ġew jiswew dawn l-events?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab mgħarraf mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) li t-tagħrif miżmum mill-Awtorità li hu relevanti għal din il-Mistoqsija Parlamentari jinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi –ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda fil-Ministeru għall-Finanzi u fid-dipartimenti u entitajiet li kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Marzu 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Marzu 2013 ġew ingaġġati 570 ħaddiem ġdid fil-Ministeru għall-Finanzi u f’dipartimenti u entitajiet li kienu jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ dan il-Ministeru.