San Pawl il-Baħar – fawran ta’ drenaġġ ħdejn l-iskola primarja
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-fawran spiss li qed ikun hemm ħdejn l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar, jinqata’ darba għal dejjem mhux biss minħabba l-inkonvenjent iżda ukoll minħabba l-fatt li hemmhekk hemm skola li fiha madwar 900 tifel u tifla u numru kbir ta’ għalliema li jkunu preżenti għal sigħat twal matul il-ġurnata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-inċidenza ta’ fawran ħdejn l-iskola msemmija tirriżulta darba biss datata 6 ta’ Novembru 2014. Kif diġa’ kien spjegat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12051 (tnax-il elf, wieħed u ħamsin) bħala provediment kontra inċidenzi simili, f’każ li jkun ser isir xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-pumping station, tinqeda b’mod effettiv permezz tal-bowsers.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar Mater Dei jew f’xi klinika jew spiżerija tal-Gvern jeżistix antivenom minħabba li hawn min għandu annimali valenużi, inkluż sriep?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Ministeru tas-sahha flimkien ma’ dak tal-ambjent qieghed jistudja is-sitwazzjoni u jahdem fuqha.
Jista’ l-Ministru jivverifika każ ta’ persuna li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament rigward każ ta’ kont tal-ARMS?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi mistħarreġ u l-istess individwu qed jinżamm infurmat b’kull żvilupp li qed ikun hemm dwar il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2008 sal-2014, kemm kien, xahar b’xahar, il-prezz internazzjonali taż-żejt u kemm kien xahar b’xahar il-prezz tal-petrol u diesel mibjugħ mill-pompi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena, il-koppji hux se jibqgħu jintalbu li jħallsu għall-medicini (hormonal treatment) involuti fiċ-ċiklu tal-IVF jew jekk il-Gvern hux se jimxi mal-wegħda oriġinali tiegħu li l-IVF ikunu kollu b’xejn?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal- IVF qed jingħata kollu b'xejn u dan jinkludi s-sessjonijiet tal-Infertility Counselling, kull investigazzjoni meħtieġa (bloodwork, genetic testing, andrology tests), follicle tracking, il-proċess tal-IVF / ICSI kif ukoll l-cryopreservation tal-gameti. L-intitolar ta' mediċina b'xejn huwa separatament mis-servizz offrut, u sa issa dawn huma provduti mill-koppja.
Peress li t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 12359 m’għandhiex x’taqsam mal-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-mediċini kollha li ġew approvati mill-GFLAC biex isiru parti mill-formolarju tal-Gvern minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ll-mediċini li jiġu approvati biex isiru parti mill-formolarju tal-Gvern, jiġu approvati mill-Advisory Committee on Healthcare Services.
Peress li dan il-ħlas sar minn fondi pubbliċi, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12360 u jagħti l-lista sħiħa tas-suppliers li mingħandhom xtara mediċini matul l-2013 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2014 u għal kull supplier jgħid b’kemm inxtraw mediċini fis-sena 2013 u fl-ewwel disa’ xhur tal-2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoggi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.
Djar tal-Anzjani fil-Belt Valletta, Furjana, Marsa, il-Ħamrun, Pietà u Santa Venera
Question
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9946 u 12336, minħabba l-bżonn akut li hemm f’dawn il-lokalitajiet, jista’ l-Ministru jirrispondi b’mod aktar ċar u jgħid jekk hemmx pjani konkreti u/jew postijiet identifikati biex jinfetħu djar tal-anzjani, night shelters jew day centres għall-anzjani fil-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, l-Ħamrun, il-Pietà u Santa Venera u għal kull każ jgħid fiex se jkun qed jikkonsisti l-proġett, f’liema stadju qiegħed u meta se jibda jopera?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-ministeru kkoncernat.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 12373, 12374, 12375, 12376, 12377 u 12378, peress li l-informazzjoni (management accounts) li qed tintalab hija għodda bażika ta’ accountability, jista’ l-Ministru jgħid għal xiex ma jridx jippubblika tali informazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-onorevoli interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12378
Politika tal-Gvern dwar l-enerġija – pubblikazzjoni ta’ kuntratti/ftehim
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13712, jista’ l-Ministru sempliċement jelenka l-kuntratti jew ftehim li l-Gvern s’issa ppubblika b’rabta mal-produzzjoni tal-enerġija jew il-politika tal-Gvern dwar l-enerġija?
Public Private Partnership– arranġamenti dwar servizzi tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il arranġament fuq bażi ta’ Public Private Partnership għandu bħalissa l-Gvern ma’ kumpaniji li joffru servizz ta’ high, medium u low dependency?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal-liema servizzi qed tirreferi għalihom.
Public Private Partnership – arranġamenti dwar tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ kumpaniji li magħhom għandu arranġament fuq bażi ta’ Public Private Partnership u jispeċifika għal liema servizzi saru dawn l-arranġamenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tingabar u ghalhekk tinghata f'seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ordni tal-parts tal-cochlear implants saret fil-ħin imma l-approvazzjoni weħlet minħabba burokrazija żejda u/jew nuqqas ta’ effiċjenza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari numru 13966.
Memorandum of Understading bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Ażerbajġan
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13830 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding u kull ftehim ieħor li huwa ffirma f’isem il-Gvern Malti mal-Gvern tal-Ażerbajġan minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Memorandum of Understanding ser ikun qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.