Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7104 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal Ġdid — Ġnien Pawlu Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar min-negozjati biex jiġi rranġat ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid? Hemm il-ħsieb li l-funtani jibdew jaħdmu? Hemm il-ħsieb li s-siġar jinżabru? Hemm il-ħsieb li l-gabbana tinfetaħ? Hemm il-ħsieb li tiġi rranġata l-irħama li tikkommemora lill-Pawlu Boffa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6971 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Ħlas ta' sahra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5448, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilek, ċioe' jista'jara għaliex il-persuna anzjana, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx overtime li kienet għamlet mill-1 sat-30 ta' Settembru, 1997 fil-Ġnien tax-Xlejli, l-Gudja bħala watchman tal-PWD?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija li l-partikolaritajiet tagħha intbagħtu separatament spiċċat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fis-16 ta' Settembru 1994 u qatt ma rritornat lura lejn dan id-Dipartiment. Minn informazzjoni oħra li ġbarna nstab li dan ġie 'medically boarded out' fil-15 ta' Awissu 1997, mill-VAT Department, jiġifieri ma setax ħadem overtime f'Settembru 1997 aktar u aktar ma' dan id-Dipartiment wara li dan kien spiċċa.
Leg 9 PQ #6984 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Kottonera — Squatters

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6845 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid kif u fejn se tpoġġi l-isquatters li hemm fl-inħawi fejn se jsir il-proġett tal-Kottonera? Jekk dan se jsir, tista' tgħidli meta ġew informati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern bi ħsiebu jimxi skond il-poteri mogħtija lilu mill-liġi.
Leg 9 PQ #7002 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Inġiniera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inġiniera fi ħdan id-dipartimenti fid-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi għandhomx id-dritt ta' aċċess għall-internet? Liema inġiniera jgawdu minn din il-faċilita' sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, l-użu ta' l-Internet huwa mxerred kullimkien u huwa bżonnjuż u għalhekk ma hemmx xi prerogattiva ta' xi distinzjoni għall-użu tiegħu fuq xi klassi jew oħra. Madankollu lanqas hemm xi dritt awtomatiku ta' aċċess. Dan l-aċċess jingħata fejn ikun hemm bżonnu u fejn ikun meħtieġ. Bħalissa hemm tmienja (8) minn total ta' sittax (16)-il inġiniera li għandhom dan l-aċċess. Ma nħossx li huwa korrett li noqogħdu nagħtu elenku ta' ismijiet ta' dawn l-inġiniera. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi każ partikulari ta' xi inġinier li lilu ġie miċħud dan l-aċċess huwa mitlub li jinfurmani separatament.
Leg 9 PQ #7003 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dipartiemnti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu mill-allowance għal degree jew diploma li għandhom? Min huma dawn l-impjegati, f'liema dipartimenti jaħdmu, x'inhu x-xogħol u l-grad li għandhom u x'inhu d-degree jew diploma li għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-numru ta'impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Ambjent li jgawdu mill-allowance għal degree jew diploma li għandhom huwa ta' 31. Dawn huma: TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET ISEM DIPARTIMENT DEGREE/ GRAD DIPLO Cachia Fearne Joseph Dir Gen's Off. Dottorat A & CE Attard John Drainage Master Snr A & CE Debattista Mary Ministeru '' Snr Principal Debono Oliver Bldg Eng '' '' Borg Claude '' '' A & CE Camilleri Em. Dir Gen Off. '' Snr Principal Camenzuli Althea Bld & Eng '' Snr A & CE Barbara Carmelo Constr & Maint '' Chief A & CE Buhagiar George Bld & Eng '' '' Ellul Frederick '' '' A & CE Gatt Kevin Ministeru '' A & CE Vassallo Grant A.On paid study leave '' Snr Principal Valentino John Bld & Eng '' Snr A & CE Gatt Norbert '' '' A & CE Ciantar Christ. Manuf Serv '' Engineer Schembri Philip Bld & Eng '' Snr Engineer Cassar Charles Constr & Maint 1st Degree Chief A & CE Coleiro Ivan Bld & Eng '' Snr A & CE Gatt Joseph Dir Gen '' Asst Librarian Borg Grech Jos Constr & Maint '' Snr A & CE Saliba Paul Bld & Eng '' STO Muscat Raymond '' Diploma Snr Eng Borg Raymond Dir Gen '' Book Binder Busuttil Alex Bld & Eng '' Tech Off Jones Raymond Accounts '' E O Ruffini Dorraine Ministeru '' Clerk Tabone Raymond Bld & Eng '' STO DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT ISEM TAQSIMA DEGREE/DIPLOMA XOGĦOL A E Baldacchino Biodiversity MSc (Env Man & P Env Off Planning) Jos M Callus Pollution BSc (Hons) '' Control Co- Ordinating Unit Prassede Grech Marine MSc Biol Env Off Pollution Juliet Fava Salaries & BA (Hons) EO Accounts Public Policy
Leg 9 PQ #7004 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Technical officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm technical officers u assistant technical officers mad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu, kull dipartiment separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent hawn dawn it-Technical Officers u Assistant Technical Officers: TAQSIMA TAX-XOGĦLIJIET DIPARTIMENT ASST TECH OFFICER TECH OFFICER Bldg & Eng 10 24 Bldg Constr & Ind 1 - Constr & Maintenance 10 13 DG's Office 4 11 Finance & Adm - 1 Drainage 18 11 Districts 25 14 Manufacturing & Serv 44 15 Ministry for the Env - 4 Operating Units 5 3 -------------------------------------- TOTAL 117 96 -------------------------------------- BICC - 1 DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TA' L-AMBJENT 7 1
Leg 9 PQ #7008 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Forti San Tumas

Question

Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4317, jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal ix-xogħol li qed isir fil-fortizza tat-Torri ta' San Tumas ġewwa Wied il-Għajn u jistax jiġi preżentat rapport ta' dak li qed jiġi propost li se jsir mill-istess fortifikazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara li kien sar xogħol ta' tindif tat-torri u tneħħa bini li kien qiegħed jingombra l-foss (risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4719 tirreferi), ġiet preparata tender għall-ewwel fażi ta' xogħol ta' restawr fuq waħda mill-faċċati. Din it-tender qiegħda bħalissa tiġi ġġudikata u hu mistenni li x-xogħol jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #7009 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Knisja tal-Madonna tas-Sokkors

Question

Jista' l-Ministru, in vista tad-domanda parlamentari numru 4319, jinforma lill-Kamra jekk l-investigazzjonijiet li kellhom isiru rigward it-tindif l-ewwel tal-partijiet prinċipali interni u esterni tal-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors ġewwa Bormla u t-tieni tal-Mina ta' Santa Liena, issa jistgħux isiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għar-rigward tal-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors f'Bormla, saru studji preliminari biex ikun jista' jiġi diskuss mal-Kunsill Lokali użu kompattibbli għaliha. B'hekk ikun jista' jinbeda xogħol ta' riabilitazzjoni. Rigward il-mina ta' Santa Liena, qegħdin isiru xi studji li jridu jkunu diskussi u approvati mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera meta dan jiġi mwaqqaf.
Leg 9 PQ #7015 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett 12 — Estensjoni ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinformani dwar l-iżvilupp ta' mistoqsija parlamentari numru 23?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #7040 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltin ikunux jistgħu jinżlu jgħumu fil-Port tal-Kottonera n-naħa tal-Birgu u ta' l-Isla meta jitlesta l-Yacht Marina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-kuntratt kif sar mill-Gvern preżenti ma hemm l-ebda projbizzjoni ta' għawm imkien.
Leg 9 PQ #7101 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Rave party

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6929 dan ifisser li l-permess għar-rave party (għal skop ta' profitt) fil-grounds ta' Ta' Qali sar mingħajr ma ġiet stabbilita bil-quddiem rata ta' ħlas mill-promoturi għal din l-attivita'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi t-talba kienet proposta biex jiġi organizzat festival għal 8,000 - 10,000 ruh u parti mill-profitt kien se jmur għal skopijiet filantropiċi u fl-ebda parti mit-talba ma kien indikat rave party. Meta saret din it-talba ma kien għad hawn ebda sistema ta' ħlas peress li attivitajiet f'dan il-post qatt qabel ma kienu suġġetti għal ħlas.
Leg 9 PQ #7102 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

State of the Environment Report

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk l-inizjattiva li ttieħdet mill-gvern preċedenti Laburista, li għall-ewwel darba jsir State of the Environment Report għal pajjiżna tkomplietx minn dan il-gvern? Jekk iva, fiex wasal ix-xogħol fuq dan ir-rapport u meta jaħseb li se jkun lest u ppubblikat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern preżenti jaqbel mal-preparazzjoni u pubblikazzjoni ta' State of the Environment Report fuq bażi regolari. Ninsab infurmat illi r-rapport imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ġie ppreżentat lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u bħalissa qed jiġi studjat mill-uffiċjali tad-dipartiment.
Leg 9 PQ #7187 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Yacht Marina

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi studju li sar (jekk sar) dwar dak li qal l-istess Ministru li yacht marina fil-Kottonera ma tirrendix?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Diġa' indikajt li dan hu l-parir li tat l-Awtorita' Marittima meta l-Gvern staqsa lill-istess Awtorita' riditx tagħmel l-investiment meħtieġ min-naħa tagħha.
Leg 9 PQ #7192 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm retail outlets ġodda fl-areas li ngħataw mill-gvern liż-żewġ consortia għall-proġett tal-Kottonera? X'tip ta' negozju se jkunu qed jagħmlu dawn ir-retail outlets?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 5625.
Leg 9 PQ #6814 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Ġnien 6 ta' Awissu

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5238 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid meta se jibda x-xogħol ta' resurfacing u upgrading fuq il-Ġnien 6 ta' Awissu li jinsab ħdejn il-Marbelt Dept. Store fil-Marsa? Veru li l-gvern preċedenti alloka Lm15,000 għal dan ix-xogħol? Jekk iva, x'sar mill-fondi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol indikat mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #6724 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Protezzjoni ta' l-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'koperazzjoni teżisti bejn id-Dipartiment ta' l-Ambjent u dipartimenti oħra bħalma huma tal-pulizija, avjazzjoni ċivili, edukazzjoni, eċċ kif ukoll dwar tfassil ta' politika biex jiġi protett l-ambjent fl-ambitu kollu tiegħu? X'tagħmir għandu d-Dipartiment ta' l-Ambjent biex jara li ma jkunx hemm tniġġiż ta' l-arja? F'dawn l-aħħar erba' xhur - Jannar sa April - kemm ittieħdu passi mid-dipartiment li wasslu li persuni ttieħdu l-Qorti? Fuq liema kontravenzjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jemmen li relazzjoni tajba bejnu u dipartimenti oħra hi essenzjali biex jiġi salvagwardjat l-ambjent f'pajjiżna. Infatti dan id-Dipartiment jqis lilu nnifsu aktar bħala policy developer u regulatur, u jħalli d-dipartimenti l-oħra flimkien mas-settur privat biex jimplimentaw dawn il-policies. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għandu apparat li jkejjel il-carbon monoxide fl-arja. Dan l-apparat intuża u saru rapporti preliminari li juru li l-livelli ta' dan il-gass jaqgħu fil-limiti gwida ta' l-Organizzazjoni Mondjali tas-Saħħa. Rapport dwar dan kien pubblikat fuq il-website tad-dipartiment. Dan l-aħħar, id-dipartiment xtara apparat ieħor li jkejjel sustanzi perikolużi oħra bħal SOx, NOx, ozone u PM10. Hu maħsub li dan l-apparat jibda jintuża sa l-aħħar tas-sena. Dan id-dipartiment javża lill-pulizija u entitajiet oħra kull meta jiġi a konoxxenza ta' reati kontra l-ħarsien ta' l-ambjent, eż. Rimi ta' skart, kaċċa u nsib, dħul ta' speċi. Dan għamlu f'diversi ċirkustanzi.
Leg 9 PQ #6930 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Luċija — Ġnien taċ-Ċiniżi

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jsir toilet u jiġi stallat telephone għall-watchman tal-ġnien taċ-Ċiniżi li hemm f'Santa Luċija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6150 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Club tar-Regatta - Skal

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jsir skal diċenti għall-użu tal-Club tar-Regatta, fil-Kalkara u oħrajn dilettanti tad-dgħajjes kif kien proġettat li jsir fil-Cottonera Rehabilitation Project? Jekk iva, meta se jiġi esegwit ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ser ngħaddi dan is-suġġeriment lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera meta dan jiġi rikostitwit.
Leg 9 PQ #6872 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' fawran tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta li żbroffa fl-ispiri tal-lokal matul dawn l-aħħar ħames snin? X'investigazzjonijiet saru? X'kienu r-riżultati? X'qed isir sabiex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li qiegħed isir 'research' fuq in-numru ta' fawran f'dawn il-ħames snin li għaddew, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.