Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15442 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus li l-gvern ħallas għall-bini mikri mill-MITTS matul din is-sena? Kemm huwa l-ammont dovut li jrid jitħallas biex il-kirja tkun "according ta' date"?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15511 u jgħid kemm se jibbenefikaw persuni mis-sussidju fuq is-surcharge tad-dawl ta' 55% fuq il-kontijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqisja parlamentari 15571 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema ta' l-Air Malta li ħadu l-early retirement mis-sena 2003 sal-lum, sena b'sena u grad bi grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15082, 15317, 15445 u 15573 u jgħid meta u minn min ġie stabilit li l-Enemalta għandha "ħofra" ta' Lm50 miljun?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' industriji Maltin li għandhom website tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-NSO kien għamel Sample Survey dwar l-użu ta' informatika minn kumpaniji li jimpjegaw minn 10 impjegati 'l fuq (base year 2003). Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq id-dettalji kollha ta' dan is-Survey, jista jikkonsulta fuq is-sit ta' l-NSO. (www.nso.gov.mt)
Jista’ il-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet għal ftuħ ta' fabbriki ġodda, jew estensjonijiet ta' fabbriki, l-Malta Enterprise? Huwa possibbli li tingħata ċifra approssimattiva ta' impjiegi li allura jiġu ġġenerati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm 10 applikazzjonijiet għal-ftuħ ta' fabbriki jew estensjonijiet. Dawn mistennija li jiġġeneraw 109 impjieg.
Billi fi Triq Giovan Mamo, Birkirkara hemm problema bid-dħul tas-sistema tad-drenaġġ, jista' il-Ministru jindaga x'jista' isir biex din il-problema tingħeleb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15081, 15318 u 15482 u jgħid x'miżuri konkreti ttieħdu fl-aħħar sena fuq livell amministrattiv u ta' purchasing biex jiġu ndirizzati l-ineffiċjenzi u l-ħela fil-korporazzjoni Enemalta u x'cost savings saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15084, 15315 u 15444 u jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabilit x'impatt se jkollu fuq il-bottom line tal-korporazzjoni Enemalta jekk u meta tiġi implimentata d-deċiżjoni li l-petrol u d-diesel jibda jiġi mportat minn sorsi oħra barra l-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta għamlet previżjoni ta' l-impatt fuq il-bottom line tal-Korporazzjoni għal meta jinfetaħ is-suq tal-petrol u diesel meta preparat l-estimi 2005/2006. L-Enemalta qed tieħu passi biex tipproteġi l-pożizzjoni tagħha. Peress li dawn il-passi huma ta' natura kummerċjali ma tistax tagħti aktar dettalji.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15123, 15383 u 15438 u jgħid x'inhu l-persentaġġ tad-distribution losses ta' l-elettriku kull sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15370 u jinformana bl-aħħar żvilupp dwar il-pożizzjoni tal-ħaddiema tas-Sea Malta? Huwa minnu li dawn il-ħaddiema vera huma miżmuma li jmorru ma' xi dipartiment governattiv? Jekk fl-affermattiv, għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14887 u jgħid kemm sewa flus biex sar il-ġarr mill-Menqa store għal Camilleri store fejn il-Marsa power station, b'mod speċjali fuq l-inġenji bħal fork lifter, u kif ġie kklassifikat il-piż tal-materjal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol biex jiġi trasferit il-materjal kollu minn Menqa Stores għal Camilleri Stores ġie jiswa Lm4479.28 (VAT inkluż).
Il-piż tad-diversi kaxxi u "bundles" tal-pajpijiet ġie stmat sa l-eqreb tunellata.
Jista' il-Ministru jara kif tista' tiġi rranġata l-problema tad-drenaġġ li għandha koppja anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li toqgħod fi flat isfel u ta' kull ġimgħa qed ikollha problemi bid-drenaġġ, tant li qed ikollha tqabbad ħaddiem privat biex jirrimedja s-sitwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15016 billi jagħti breakdown ta' meta u b'kemm għola l-fuel minn Jannar ta' din is-sena 'l hawn?