Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Psikjatrija — Part-time Social Worker

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn ġiet meħuda deċiżjoni mid-dipartiment tal-psikjatrija biex is-servizz ta' part-time social worker jiġi terminat u dawk it-tfal li kellhom appuntamenti pendenti għal dan is-servizz spiċċaw bla follow-up appointment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-part-time social worker ġiet imwaqqfa biex is-servizz li kienet tagħti jibda jingħata minn social worker ieħor li huwa mpjegat full-time ta' l-Isptar Monte Carmeli.

Ministeru tas-Saħħa — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6632 u cioe' jista' jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi mqabbdin mill-gvern u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Sprinklers

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-isptar Mater Dei hemmx sprinklers f'każ ta' ħruq? Jekk fl-affermattiv, f'liema partijiet ta' l-isptar ma jinstabux dawn l-isprinklers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Isptar Mater Dei, fuq rakkomandazzjonijiet ta' esperti jagħmel użu minn diversi sistemi għall-protezzjoni kontra n-nirien. Sistema ta' automatic water sprinklers tintuża fil-livell ta' taħt ground floor. L-areas fuq ground level huma mqassma f'fire compartments li għandhom fire detectors u smoke detectors; fire rated doors/windows, fire dampers, fire water house needs u wet risers. Aktar minn hekk, areas kbar huma mgħammra b'smoke extract systems. Dan kollu, skond standards internazzjonali.

Sptar San Luqa — Każi ta' MRSA

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati kazi ta' MRSA fl-isptar San Luqa, xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u l-aħħar ta' Settembru? X'qed isir biex l-ebda konsulent ma jkun jista' jostor kazi ta' MRSA li jkollu fis-sala tiegħu? Xi prekawzjonijiet qed jittieħdu biex każi ta' MRSA ma jitħallewx ħdejn pazjenti oħra li faċilment jistgħu jiġu nfettati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' MRSA li ġew irrapurtati fid-diversi swali ta' l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar t'Awissu huwa kif ġej: Jannar 35 Frar 35 Marzu 30 April 27 Mejju 25 Ġunju 22 Lulju 32 Awissu 29 In-notifikazzjoni ta' kull każ ta' MRSA issir mil-laboratorju tal-mikrobijoloġija lill-Infection Control Unit li għalhekk hija f'pożizzjoni li żżomm informazzjoni dettaljata u eżatta. Hija policy ta' l-isptar li kemm jista' jkun il-każijiet kliniċi ta' MRSA jiġu iżolati fis-sala GDW li hija attrezzata għal dan il-għan. Madanakollu din is-sala għandha massimu ta' 14-il sodda u jekk l-ammont ta' każijiet jeċċedi dan in-numru, issir deċiżjoni mill-Konsulent (Hospital Infection Control) fuq liema każijiet jieħdu prijorita' għat-trasferiment fis-sala GDW. Il-pazjent b'MRSA li jibqgħu fis-swali ġenerali jiġu innersjati permezz ta' contact isolation techniques skond il-policy ippubblikata.

Dipartiment tas-Saħħa — Radiographers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm suppost hu l-complement tar-radiographers fid-dipartiment tas-saħħa? Kemm hemm radiographers jaħdmu preżentement? Kemm hemm minnhom fuq study leave, maternity leave, paternity leave, etc?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-complement tar-Radiographers fis-Sezzjoni tas-Saħħa qed jiġi revalwat. In-numru ta' Radiographers li qed jaħdmu preżentamnet huwa 71. Minn dawn hemm: Study Leave 1 Maternity Leave 1 Parental Leave 2 Unpaid Leave 2

Sptar Mater Dei — Kumpannija ta' l-Awditjar

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hija l-kumpannija ta' l-awditjar li għandha l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex tevalwa l-awditjar fuq l-isptar Mater Dei?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-kumpanija ta' awditjar ingaġġata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għall-Isptar Mater Dei hija Grant Thornton.

Dipartiment tas-Saħħa — Persuni nfettati bil-Hepatitis C

Question

Jista' il-Ministru jgħid bħalissa kemm hawn nies, nisa u rġiel, li huma effettwati bil-Hepatitis C (HCV)? Dawn huma kollha Maltin? Jista' jgħid ukoll jekk din il-marda tiġix biss mill-użu ta' siringi minn aktar minn persuna waħda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1996 sa llum kien hemm 14-il każ ta' Epatite Ċ akuta (acute Hepatitis C) nnotifikati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, kif ġej: Sena Numru ta' Notifiki 1996 2 1997 7 1998 2 1999 2 2000 0 2001 0 2002 1 2003 0 Total 14 Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' u biex nipproteġu lill-individwi, informazzjoni fuq in-nazzjonalita' u s-sess ma tingħatax. Il-mod prinċipali li tiġi trasmessa l-Epatite Ċ huwa mill-użu ta' siringi minn aktar minn persuna waħda. Id-demm kollu li jintuża għat-trasfużjonijiet jiġi ttestjat għall-Epatite Ċ. L-Epatite tista' tiġi trasmessa wkoll waqt is-sess u mill-omm għat-tarbija waqt il-ħlas.

Anzjani — Talba għal dħul f'Imtarfa Home

Question

B'riferenza għat-talba urġenti tal-persuna li isimha qed jintbagħat separtament, jista' il-Ministru jara li tiġi akkomodata f'Imtarfa Home m inħabba li l-flus mhux iservuha biex tibqa' fil-home attwali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-qagħda finanzjarja tal-pazjent ma titqies bħala wieħed mill-kriterji prinċipali meta tiġi evalwata t-talba għad-dħul f'dar ta' l-anzjani. Il-qagħda soċjali u medika huma l-aktar kriterji ikkonsidrati.

Dipartiment tas-Saħħa — Suppliers tal-mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' ħlasijiet dovuti lill-supplier għall-mediċini llum u dan wara li tħallsu ammont sostanzjali riċentement?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu dawn l-ammonti dovuti fl-aħħar ta' Ġunju 2004: LM Għall-mediċini u strumenti mediċi 8,639,448 Għal servizzi oħra 9,550 Total 8,648,998 L-ammont li tħallas bejn Jannar u Ġunju 2004 huwa ta' Lm10,852,337. Irridu niċċaraw li l-informazzjoni li qegħdin nipprovdu tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti: (a) fejn l' invoice tkun diġa waslet fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi (b) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.

Sptar Monte Carmeli — Servizz tat-telefon 800

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fl-isptar Monte Carmeli jiddaħħal is-servizz tat-telefon 800 u numru ċellulari b'xejn għall-konsulenti psikjatri, biex meta dawn jiġu ppejġjati fuq l-iskytel ikunu jistgħu jirrispondu l-isptar mill-ewwel, hekk kif hemm fl-isptar San Luqa għall-konsulenti ta' hemmhekk?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Saret talba lil Maltacom biex dan is-servizz jiġi mogħti lill-isptar Monte Karmeli bla ma n-numru jiġi pubblikat fid-direttorju. Sal-lum din it-talba għadha ma ġietx milqugħa. Jekk din it-talba ma tintlaqax din is-sistema ma tistax tiddaħal ġewwa l-isptar Monte Karmeli. Dan għaliex il-freephone ikun sar pubbliku u b'hekk l-isptar jispiċċa jħallas għal kull telefonata li ssir mill-freephone.

SVPR — Mediċini out of stock

Question

Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6730 u cioe' jista' jgħid x'inhuma l-items ta' mediċini out of stock li hemm ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sussidji għall-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-flus ivvutati fl-aħħar budget fejn jidħlu sussidji għall-anzjani fid-djar immexxija mill-privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar budget ġew ivvutati Lm580,000 għad-djar tal-gvern immexxija mill-privat, jiġifieri ż-Żejtun u l-Bormla Home kif ukoll Lm350,000 bħala sussidju għal numru ta' sodod ġewwa residenzi ghall-Anzjani fil-privat.

Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-sussidju ingħata mil 1 ta' April 2004 sal-lum imqassma skond id-djar rispettivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sussidji li ngħataw mill-1 ta' April, 2004 sal-lum huma kif ġejjin:- Villa Messina 6 Casa Serena 2

Djar ta' l-anzjani — Sodod - Bormla u Żejtun

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm sodod okkupati kif ukoll kemm hemm sodod vojta ġewwa d-djar ta' l-anzjani ta' Bormla u dik taż-Żejtun?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' sodod okkupati kif ukoll dawk vojta ġewwa d-djar ta' Bormla u dik taż-Żejtun huma hekk kif ġej:- Dar Sodod Mimlija Sodod Vojta Bormla 128 2 Żejtun 164 3

Sptar San Luqa — Angio Suite

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sar overtime fl-Angio Suite fl-isptar San Luqa matul is-snin 2001, 2002, 2003 u din is-sena s'issa mill-impjegati f'dan id-dipartiment? Min huma dawk li ħadu l-overtime u kemm tħallsu kull wieħed?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Anzjani — Anzjana li ġiet rifjutata li tingħata s-sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-anzjana li isimha qed jintbagħat separatament, li hija residenti ġewwa Villa Messina ġiet rifjutata li tingħata sussidju wara talba li għamlet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-preżent id-Dipartiment mhux qed jilqa' l-ebda talba għal sussidju minn anzjani li diġa qegħdin f'residenza privata għall-anzjani minħabba li qed jiġu stabbiliti kriterji ta' kif għandu jingħata dan is-sussidju.

Anzjani — Talba għal dħul f'Imtarfa Home

Question

B'riferenza għat-talba urġenti bir-referenza ECSD/4/473/2003 tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, jista' il-Ministru jara li tiġi rimedjata f'Imtarfa Home? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-persuna li isimha ntbagħat separatament applikat għall-Imtarfa Home fit-12 ta' Diċembru, 2002. Sarilha l-assessment soċjali fis-27 ta' Diċembru, 2002 fejn il-familja tagħha ġiet mogħtija l-parir biex tapplika għar-Residenza ta' San Vinċenz minħabba l-kundizzjoni tagħha. L-assessment mediku kkonferma dan il-parir.

Ministeru tas-Saħħa — Ħlas pendenti lill-kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6632, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.