Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17810 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae, il-grad li fih ġew impjegati u l-grad li jokkupaw il-lum, id-data tagħhom ta' l-impjieg, f'kull każ jgħid jekk qattx kienu impjegati ta' l-istess fondazzjoni forsi taħt isem ieħor kif ukoll x'salarju, benefiċċji u allowances oħra qegħdin jirċievu fis-sena u jekk l-impjieg tagħhom hux għal żmien definit jew indefinit billi jgħid ukoll meta hi l-iskadenza ta' kull kuntratt ta' xogħol ta' kull individwu rispettiv?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-lista ta' mpjegati ta' l-FMS bil-kariga li jokkupaw qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17917 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Marda ta' l-AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba, paramediċi, eċċ Maltin li huma mħarrġin biex jikkumbattu l-marda ta' l-AIDS? Dawn kollha qed jaħdmu mal-Gvern Malti? Isiru taħdidiet fl-iskejjel? Kemm saru u f'liema skejjel matul is-sena skolastika li għaddiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni inġabret u ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Leg 9 PQ #18310 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Meningite

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena sena, kemm mietu persusni kawża tal-meningite? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu tfal taħt is-16-il sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18310 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Meningite

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena sena, kemm mietu persusni kawża tal-meningite? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu tfal taħt is-16-il sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' mwiet kawża tal-meningite, inkluż dawk ta' 'septicaemia', f'dawn l-aħħar ħames snin huwa: Sena Numru ta' mwiet Numru ta' mwiet taħ t is-16-il sena 1995 3 1 1996 0 0 1997 4 2 1998 4 2 1999 5 2 June 2000* 2 2 *L-istatistika ta' din is-sena għadha proviżorja.
Leg 9 PQ #18311 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena sena f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm iddaħħlu fl-isptarijiet Maltin persuni jbatu minn overdose?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li l-aħħar ħames snin in-numru ta` każi ta` "overdose" li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa jidhru hawn taħt: It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Katagorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċini jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-9 codes E850 - E858; ICD-10 codes X40 - X44). Kategorija B: Attentat ta` suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9code E950.0 - E950.4; ICD-10 codes X60 - X64). Kategorija Ċ: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-9 code E980.0 - E980.5; ICD-10 codes Y10 - Y14). SENA KATEGORIJA NUMRU 1995 A 32 B 1 C 138 ___________________________________ Total 171 ____________________________________ 1996 A 37 B 1 C 178 ____________________________________ Total 216 ____________________________________ 1997 A 27 B 0 C 174 _____________________________________ Total 201 _____________________________________ 1998 A 26 B 0 C 195 _____________________________________ Total 221 _____________________________________ 1999 A 35 B 1 C 209 ______________________________________ Total 245 __________________________________
Leg 9 PQ #18423 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Drug and Therapeutic Committee — Hepatitis C

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta d-Drug and Therapeutic Committee se japprova d-droga Ribaverin biex tingħata lil dawk il-każi tal-Hepatitis C li nstab li bid-droga Interferin ma marrux tajjeb? Billi hemm każ jew każi ta' applikazzjonijiet pendenti mill-bidu ta' din is-sena, jista' jgħid jekk dawn it-talbiet ġewx irrifjutati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sa issa għad ma kien hemm l-ebda talba skond il-proċeduri stabbiliti biex il-mediċina Ribaverin tiġi kkunsidrata mid-Drugs & Therapeutics Committee.
Leg 9 PQ #18776 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera barranin

Question

What is the total number of foreign nurses performing duties in Malta with the Health Division? Where are they allocated? When were they first employed by the Health Division? When does their contract expire?

Response (DEGUARA, LOUIS)

The number of foreign nurses performing duties in the Health Division is 39. The information requested about them is as follows: No. Place of Work Date of First Contract Employment Expires on 1 SLH - Gynae Ward 18.02.94 10.04.2001 1 SLH - Wonderland 06.09.96 17.04.2001 1 SLH - Main Operating 09.05.94 13.06.2001 Theatre 1 SLH - Operating Theatre/ 02.08.95 04.02.2001 Karen Grech 1 SLH - M8 17.02.94 30.03.2001 1 SLH - Wonderland 13.08.98 07.06.2001 1 SLH - Orthopaedic Operating 13.08.98 07.06.2001 Theatre 1 SLH - Operating Theatre/ 14.03.96 18.09.2000 Karen Grech 1 SLH - SCBU 06.10.95 18.09.2000 1 SLH - Operating Theatre/ 03.09.98 07.06.2001 Karen Grech 1 SLH - WS2 21.06.99 12.03.2001 1 SLH - M2 22.08.97 11.11.2000 1 SLH - Gynae Ward 21.06.99 12.03.2001 1 SLH - Main Operating 04.04.97 17.12.2000 Theatre 1 SLH - WS2 01.01.98 11.11.2000 1 SLH - M2 12.09.96 17.04.2001 1 SLH - Gynae Ward 12.07.96 17.04.2001 1 SLH - Reliever 22.08.97 11.11.2000 1 SLH - M8 01.01.98 11.11.2000 1 SLH - Gynae Ward 13.08.98 07.06.2001 1 SLH - WS1 09.09.99 12.03.2001 1 SLH - Gynae Ward 13.08.98 07.06.2001 1 SLH - MS1 29.07.97 11.11.2000 1 SLH - Reliever 24.11.98 07.06.2001 1 SLH - WS1 01.09.98 11.11.2000 1 SLH - Endoscopy Unit 01.09.98 11.11.2000 1 SLH - M2 13.08.98 07.06.2001 1 SLH - M6 01.09.98 11.11.2000 1 SLH - M3 13.08.98 07.06.2001 1 SLH - WS1 21.06.99 12.03.2001 1 SLH - M7 09.09.99 12.03.2001 1 SLH - Gynae Ward 31.10.94 31.10.2000 1 SLH - ITU 28.08.97 11.11.2000 1 SLH - Psychiatric Out- 09.05.94 08.05.2001 Patients Clinic 1 SLH - ITU 11.06.97 11.11.2000 1 SLH - SCBU 03.06.96 17.04.2001 1 SLH - ITU 23.03.93 05.05.2001 1 SLH - Main Operating 05.08.96 11.09.2000 Theatre 1 SLH - M4 12.04.96 17.04.2001
Leg 9 PQ #18777 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera barranin

Question

What is the policy of the Health Division regarding foreign nurses working in Malta on a contract basis? In view of the shortage of qualified nurses, is it the intention of the Health Division to renew the contract of these nurses?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18809 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tas-Saħħa u li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa huwa 67. Dawn l-impjegati qegħdin mqassmin kif ġej hawn taħt: ETA` RAGEL MARA Bejn 21 u 25 sena - 2 Bejn 26 u 30 sena - 5 Bejn 31 u 35 sena 1 25 Bejn 36 u 40 sena 1 28 Bejn 41 u 45 sena 1 3 Bejn 46 u 50 sena - - Bejn 51 u 56 sena - - Iktar minn 56 sena - 1 ________ ________ TOTAL 3 64 ________ ________
Leg 9 PQ #18869 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Beauty parlours/centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji għandhom bżonn il-beauty parlours jew centres? Jekk il-liċenzja tagħhom tinkludix wkoll permess li jamministraw kuri mediċi relatati mal-ġilda li jirrikjedi pariri ta' nies kwalifikati fil-mediċina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li bħal kull negozju ieħor il-beauty parlours jew centres għandhom bżonn liċenzja tal-Pulizija. Ħadd ma jista' jipprattika xi professjoni jew xogħol li huwa rregolat mil-'Statutory Boards' tad-Dipartiment tas-Saħħa, jekk ma jkunx irreġistrat mal-Board rispettiv.
Leg 9 PQ #18604 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18124?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18605 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18238?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18628 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17361 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18261 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Awtoritajiet tas-Saħħa — Razzett fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jinstemgħu fil-Qorti l-każ li ressqu l-awtoritajiet tas-saħħa kontra s-sid tar-razzett fi Triq San Ġorġ, San Pawl il-Baħar għax żamm tjur u bhejjem b'mod illegali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-ewwel ta` Settembru 2000.
Leg 9 PQ #18620 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17351 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18184 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Catering

Question

Issa li għaddew sitt xhur oħra mindu poġġejt il-mistoqsija parlamentari numru 13247 dwar l-għoti ta' kuntratt lill-kumpannija biex tmexxi l-catering fl-isptarijiet, jista' jgħid fiex wasal il-proċess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li r-rapport fuq l-offerti għat-tmexxija tal-"Catering" fl-isptarijiet tlesta u ntbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #18423 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Drug and Therapeutic Committee — Hepatitis C

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta d-Drug and Therapeutic Committee se japprova d-droga Ribaverin biex tingħata lil dawk il-każi tal-Hepatitis C li nstab li bid-droga Interferin ma marrux tajjeb? Billi hemm każ jew każi ta' applikazzjonijiet pendenti mill-bidu ta' din is-sena, jista' jgħid jekk dawn it-talbiet ġewx irrifjutati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18424 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Genito-Urinary Ward

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-konsulent responsabbli mill-genito-urinary ward fl-isptar Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ispeċjalista responsabbli mill-'genito-urinary cases' fl-Isptar Boffa huwa Dr. Philip Carabott.
Leg 9 PQ #18574 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mewt ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni dipartimentali tal-persuna li isimha u l-ID card tagħha qed jintbagħtu separatament li mietet fis-16 ta' Jannar, 1999? Jekk l-inkjesta tlestiet, x'passi ttieħdu? Il-familja qed tiġi nformata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18406 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati - Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dipartiment tas-saħħa li qalgħu aktar minn żewġ transfers mis-6 ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

No response available.