Jista' l-Ministur jgħid kif jispjega li fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena il-persentaġġ ta' l-istima annwali (31%) ta' income tax miġbura kien aktar baxx minn dak ta' l-ewwel ħames xhur tas-sena l-oħra (34%)?
Response (DALLI, JOHN)
Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant din is-sena iddaħħlet is-sistema tas-Self Assessment li ġabet magħha tibdil fiż-żmien meta għandhom jintbagħtu l-formoli tat-taxxa kif ukoll meta għandu jsir il-ħlas tat-taxxa dovuta. Fejn taħt is-sistema wżata sas-sena l-oħra il-bilanċ tat-taxxa tal-kumpaniji u tas-self employed li jirriżulta għas-sena ried jitħallas sa Ġunju, taħt is-sistema l-ġdida dan il-ħlas issa għandu jsir sal-aħħar t`Awissu fil-każ tas-self employed u sal-aħħar ta` Settembru fil-każ ta` kumpaniji. Għalhekk kif mistenni dan ħalli l-impatt fil-ġbir tat-taxxa għax-xhur li għaddew li, iżda, għandu jkun irkuprat fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-merger fl-amministrazzjoni ta' l-Inland Revenue, Customs u VAT li jirriferi għalih ir-rapport ta' l-IMF dwar Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Il-proċess ta` re-engineering tad-Dipartiment tal-Income Tax jinstab fl-istadju ta` analiżi tal-bażi legali li tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni.
B'riferenza għar-rapport ta' l-IMF dwar Malta, x'inhi ir-reazzjoni tal-Gvern għall-konklużjoni tagħhom li "in the absence of structural reforms to expenditure, increased taxation was likely to be required, to meet the deficit targets?
Response (DALLI, JOHN)
Din ir-reazzjoni diġa tajtha fid-diskors tal-budget li għadda. L-IMF ma qalu xejn ġdid.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8716?
Response (DALLI, JOHN)
B referenza ghall-mistoqsija numru 8911, nixtieq naghrraf lill-Onor Membru li l-informazzjoni mitluba qeghda fit-tabella mpoggija fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm flus dovuti lil suppliers/kuntratturi għall-provvisti u xogħlijiet li saru lill-gvern qabel il-31.5.99?
Jista' jagħti breakdown skond is-setturi li fihom saru dawn il-provvisti u xogħlijiet flimkien ma' indikazzjoni dwar kemm ilhom pendenti dawn il-ħlasijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf l-Onor Interpellant li serva bhala Ministru resonsabbli mill-Finanzi, l-ikkuntjar tal-infiq u d-dhul tal-Gvern ma jsirx fuq bazi ta accruals imma fuq cash basis. Barra minn dan, mhux il-Ministeri u d-Dipartimenti kollha tal-Gvern huma mqabbda mad-Departimental Accounting System (DAS) li hi s-sistema elettronika li, fost informazzjoni bazika, toffri rapporti bhal dawk mitluba mill-Onor Interpellant. Min mhux fuq id-DAS ghadu jahdem bis-sistema manwali. Il-pagamenti jidhlu elettronikament fuq is-sistema tat-Tezor meta dawn jaslu ghandu ghal-hlas.
Ghaldaqstant, biex isir stocktaking ta x kellhom jiehdu s-suppliers u l-kuntratturi ghall-provvisti u xoghlijiet li saru lill-Gvern sal-31 ta Mejju li ghadda, trid tingabar manwalment l-informazzjoni permezz taż letter circular mal-Ministeri u d-Dipartimenti kollha.
Naturalment, pagamenti ghal dawn is-servizzi, provvisti ikunu qed isiru b mod regolari hekk kif dawn ikunu certifikati.
Nzid ngharraf lil-Onor Interpellant li qed isiru sforzi biex is-sistema elettronika DAS tkun mifruxa mal-Ministeri u d-Dipartimenti kollha sal-ahhar tas-sena d-diehla. B hekk, kif diga ghidt, titjieb is-sistema ta reporting finanzjarji aktar f waqtu.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tat-Taxxi Interni huwiex qed jirrikorri għal tagħrif miġbur mill-banek kummerċjali fl-investigazzjonijiet tiegħu dwar returns tat-taxxi ta' taxpayers ta' individwi jew negozjanti żgħar?
Response (DALLI, JOHN)
Il-banek huma obbligati skond l-Atti dwar it-Taxxi li jagħtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni id-dettalji kollha ta` l-imgħaxijiet imħallsa minnhom fejn it-taxxa ta` 15 fil-mija ma tkunx tnaqqset.
Id-dipartiment juża din l-informazzjoni għall-iskopijiet tiegħu skond il-liġi irrispettivament mit-tip ta` taxpayer jew indivdwu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu l-ministri u s-segretarji parlamentari wieħed wieħed, kemm huma u kull membri tad-delegazzjoni li akkumpanjawhom fuq safar uffiċjali mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Kemm-il safra saret, kemm damet, fejn marru, għaliex u kemm intnefqu fuq kull safra u fuq xiex intnefqu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) jekk inħarġitx sejħa għall-offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta` tindif fl-Uffiċċju tal-Ministeru bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-21 ta` Ġunju 1999 sar minn impjegat tal-gvern.
Jista' l-Ministru jivverifika fiex wasal l-appell quddiem il-Bord ta' l-Appell fil-VAT Department tal-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, bin-numru tal-VAT 1058-2535 li ilu pendenti sa minn Awissu, 1995?
Response (DALLI, JOHN)
L-appell imsemmi ġie ppreżentat fl-1997 u mhux fl-1995 u qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Billi hemm numru ta` każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Appelli tal-VAT, il-Ministeru tal-Finanzi ħatar it-tielet Bord ta` l-Appelli sabiex jittratta appelli pendenti.
Fid-dawl tar-rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali dwar il-possibbilta' ta' l-introduzzjoni tal-VAT fuq l-ikel, il-mediċinali u l-ischooling, jista' l-Ministru jagħti assikurazzjoni kategorika jekk għandniex nistennew l-introduzzjoni tal-VAT fuq dawn l-items jew le?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant, ex-Ministru tal-Finanzi, missu jaf li ebda Ministru tal-Finanzi li jaf x`inhu jagħmel ma` jista` jagħti l-assikurazzjoni kategorika li qed jirreferi għaliha.
Jikkonferma l-Ministru li r-rapport tal-Fond Internazzjonali Monetarju dwar Malta li ppubblika kien biss executive summary ta' rapport ferm itwal? Hemm ħsieb li dan ir-rapport jiġi sottomess għall-iskrutinju pubbliku? Kemm kien fih faċċati r-rapport sħiħ?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-rapport li ġie ppubblikat huwa r-rapport sħiħ, li ġie preżentat għad-diskussjoni lill-Bord tal-IMF.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-allowance ta' Lm600 lill-Awdituri interni wara erba' xhur għadha ma bdietx titħallas? Jekk il-Ministeru, issa li l-kondizzjonijiet s'issa ġew imwettqa minn naħa ta' l-impjegati, għandux il-fehma li jonora dan il-kuntratt ma' l-Awdituri interni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-`appointment` u l-ewwel pagament ta` l-`allowance` dovuti lill-awdituri l-ġodda huma kundizzjunati b`perijodu ta` sitt xhur `probation`. Malli jiskadu s-sitt xhur dawn jingħataw l-`appointment` u jitħallsu nofs is-somma annwali ta` l-`allowance`. Wara dan, jibdew jitħallsu ħamsin lira kull xahar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju, 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Għar-rigward ta` l-ewwel parti tal-mistoqsija, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa totali f`petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru, għal-perjodu Frar\Ġunju 1999. Nirreferi l-onorevoli interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Numru 4258 rigward il-perjodu Settembru 1998 \ Jannar 1999.
Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella oħra dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma` infieq f`diesel u petrol ta` karozzi ta` diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta` dan il-Ministeru f`perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta` qabel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpannija ta' l-assikurazzjoni hawn reġistrata f'pajjiżna? Min minnhom huwa kkwotat fuq il-borża ta' Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn kumpanniji u korpi ta` l-assigurazzjoni awtorizzati taħt l-Att ta` l-1998 dwar il-Kummerċ ta` l-Assigurazzjoni biex imexxu f`Malta l-kummerċ ta` l-assigurazzjoni hawn 25 magħmulin kif ġej:
Kumpanniji Maltin 5
Kumpanniji barranin 19
Korpi barranin (Lloyd`s) 1
Dwar min minn dawn il-kumpanniji u korpi huma kkwotati fil-Borża ta` Malta, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kumpannija Maltija waħda biss hi kkwotata. Din hi l-Middle Sea Insurance plc.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tad-Dwana li ngħataw taħriġ kif jgħarfu annimali li huma protetti mis-Cites Convention, illum li qed isir ħafna traffikar illegali tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
L-ewwel seminar `Awareness of C.I.T.E.S.` sar fit-22 ta` Settembru 1997. Min dak inhar saru dsatax il-seminar ieħor għall-impjegati tad-Dwana u fihom ipparteċipaw 313. Is-Seminars tmexxew minn esperti fuq is-suġġett mid-Dipartiment ta` l-Ambjent.
Fl-1992 u 1996 żewġ membri ta` l-istaff tad-Dwana attendew għall-seminars barra minn Malta fuq is-C.I.T.E.S. Convention.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-ammont li ntnefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f`għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f`tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, kif ukoll in-nefqa f`perjodu simili mill-amministrazzjoni ta` qabel kien kif ġej:
Nefqa
Sett.`98 - Ġun.`99
Lm
Ministeru 6,875.00
Diretturi (Ministeru) 346.00
Direttur (VAT) 182.85
Direttur (Kuntratti) NIL
Direttur (Taxxi Interni) 1 380.00
2 NIL
Direttur (Dwana) 1 408.37
2 126.45
Chairpersons NIL
TOTAL 8,318.67
Ministeru tal-Finanzi — Servizz ta' project management
Question
Il-Ministeru tal-Finanzi aċċetta t-talba tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li jestendi l-ftehim mal-Malta University Services Ltd biex tipprovdi servizz ta' project management f'dawn l-oqsma: sports complexes project; Universal Community Service Project; Bighi Site Development Project; IT in Education Project; College of Arts, Science & Technology Project; Museum of Contemporary Art Project? Kemm se jiswa f'kull każ dan is-servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-talba mill-Ministeru tal-Edukazzjoni għall-estenzjoni tal-ftehim mal-Malta University Services Ltd. għall-provvista ta` servizz ta` project management għada qed tkun mistħarrġa mill-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-International Foundation ta' 54, West Street, Valletta VLT 10 hijiex qed isegwi l-liġijiet ta' taxxa ta' Malta b'mod partikolari jekk hijiex qed tissottometti dikjarazzjoni tad-dħul kull sena u jekk hijiex tiddikjara s-salarju jew ħlasijiet oħra li qed tagħmel lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li taħdem bħala segretarja ta' l-istess fondazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Minħabba d-dispożizzjonijiet ta` segretezza u kunfidenzjalita` li jinsabu fl-Atti dwar it-Taxxi, d-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f`pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba, iżda huwa lest li jieħdu l-passi neċessarji jekk jinstab li jkun hemm xi nuqqasijiet.