Legislature:
Category:
Reset
Active:

Furjana/Belt Valletta — Sheltered housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett ta' sheltered housing tal-Furjana u tal-Belt Valletta? F'liema stadju jinsab illum? Kemm ġie jiswa kull proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proġett ta’ Sheltered Housing fil-Furjana tlesta u l-units ġew allokati b’kera. Ninsab infurmata li l-proġett, inkluż l-akkwist ta’ l-art tal-bini li flokhom inbena l-proġett il-ġdid, ġie jiswa Lm148,000. Ninsab infurmata wkoll li l-proġett simili fi Triq Merkanti, l-Belt, inbeda f’Awissu 2005. In-nefqa fuq dan il-proġett mistennija li tilħaq Lm238,000.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'miżuri introduċiet l-awtorita' tad-djar fis-sena 2004/2005 għall-bini ta' appartamenti ġodda li permezz tagħhom jonqos il-konsum ta' l-elettriku? F'liema lokalita'? Kemm hi n-nefqa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Madwar sena u nofs ilu, l-Awtorita’ tad-Djar wettqet proġett pilota b’energy saving features f’Tal-Ftieh, B’Kara, li kien jikkonsisti f’10 appartamenti u 13-il garaxx bi spiża ta’ madwar Lm22,500 fuq dawn il-features. Dawn kienu jikkonsistu f’aperturi b’double glazing, persjani, insulation fis-soqfa u l-ħitan, solar water heaters, sun pipes u photovoltaic panels. Kull proġett ġdid li nbeda minn din is-sena mistenni li jkollu numru ta’ energy saving features li jinkludu aperturi b’double glazing, persjani, bjar, insulation fis-soqfa u l-attrezzi neċessarji biex ikunu jistgħu jiġu stallati solar water heaters. Ninsab infurmata li l-Awtorita’ qed tistalla 80 solar water heater fl-appartamenti l-ġodda fi Triq Pietru Darmanin, Pembroke, bi spiża ta’ Lm25,600.

Appartamenti tal-gvern — Stallar ta' lifts

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-programm ta' l-istallar ta' lifts fi blokki eżistenti tal-gvern? Kemm ġew stallati lifts? F'liema lokalita'? Kemm ġie jiswa kull lift?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fl-awtorita' tad-djar? Min huma? Xi grad għandhom? Meta daħlu ma' l-awtorita' tad-djar? Fuq liema bażi jaħdmu, full-time jew part-time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Liġi tal-kera — White paper

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija tiġi ppreżentata l-white paper rigward il-liġi tal-kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hu mistenni li draft tal-White Paper dwar ir-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera tersaq quddiem il-Kabinett għal diskussjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Housing department/Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslu t-taħditiet biex id-dipartiment tal-housing u l-awtorita' tad-djar jiġu amalgamati? Min qed jieħu sehem f'dawn it-taħditiet? Meta bdew dawn it-taħditiet? Il-Ministru hija informata bil-mod kif inhuma sejrin dawn it-taħditiet u diskussjonijiet rigward din l-amalgamazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13552 f’Seduta Numru 293. F’dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid ma dik it-Tweġiba.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il unit bniet l-awtorita' tad-djar din is-sena li tqassmu bil-kiri? F'liema lokalitajiet? Kemm hu l-prezz tal-kri ta' kull unit?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ngħid li l-kera kummerċjali ndikata tkun sussidjata skond id-dħul ta’ l-applikanti..

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm-il unit għaddiet l-awtorita' tad-djar lid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali din is-sena? F'liema lokalitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li din is-sena l-Awtorita’ tad-Djar għaddiet 27 post milli bniet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dawn huma fl-Isla, l-Furjana u l-Imsida.

Pjan Nazzjonali dwar il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-pjan nazzjonali oriġinali dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali li kopja updated tiegħu tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta 305 tat-18 ta' Ottubru, 2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W93 f'Seduta Numru 164.

Ċentru Detox — Xiri ta' methadone

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13989, tista’ il-Ministru tgħid s’issa matul din is-sena kemm–il litru methadone inxtara bħala sostitut ta’ l-eroina u kemm sewa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xiri tal-Methadone isir mid-Dipartiment tas-Saħħa li jissuplixxi din il-mediċina liċ-Ċentru Detox. Ninsab infurmata wkoll li minn Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2005, intużaw 8,115 litri ta' Methadone miċ-Ċentru Detox.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'titjieb sar fil-policies ta' l-awtorita' tad-djar fis-sena 2004/2005 biex tkun soċjali u ta' għajnuna għal dawk li huma l-iżjed vulnerabbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Programm ta' bini ta' postijiet ġodda

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-programm tal-bini ta' postijiet ġodda f'Birżebbuga, Burmarrad, Mosta, Imtarfa, Pembroke u Qawra tlestiex? B'liema skema ġew allokati? Kemm ġew jiswew kull binja? Kemm suppost ġiet tiswa kull binja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ħarġu postijiet għall-bejgħ mill-awtorita' tad-djar? F'liema lokalita'? Kemm ingħata sussidju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti ta' slum clearance

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk sarux porġetti ta' slum clearance? F'liema lokalita? Kemm twaqqa' bini? Kemm inbnew binjiet, jiġifieri kemm units f'kull binja? Kemm ġiet tiswa kull binja? Kif ġew allokati, kemm għall-bejgħ u kemm għall-kiri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar — Servizz tal-care and repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw quddiem l-awtorita' tad-djar biex jibbenefikaw mis-servizz care and repair? Kemm ibbenefikaw? Kemm tħallsu flus min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar fis-sena 2004/2005 għal dan is-servizz? Kemm kien/hu l-budget ta' l-awtorita' tad-djar għal dan is-servizz care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid min huma l-membri tal-bord ta' l-awtorita' tad-djar? Għandhom jew kellhom fil-passat konnessjoni ma' xi partit politiku? Min huma dawn il-persuni? Fuq liema mertu jinħatru fuq dan il-bord? X'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed u waħda minnhom u x'benefiċċji għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel u l-aħħar Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13072 f’Seduta Numru 285 filwaqt li ninfurmah li l-informazzjoni li tajt dak inhar, dwar il-komposizzjoni tal-Bord ta’ l-Awtorita’ tad-Djar u r-remunerazzjoni u l-benefiċċji tal-membri, għadha treġi llum wara li l-Bord reġa’ nħatar mill-ġdid b’seħħ mis-17 ta’ Settembru 2005. Dwar it-Tieni u t-Tielet Parti tal-Mistoqsija naħseb li l-Onor. Interpellant jaf daqsi li Dr Jean Pierre Farrugia kien Membru Parlamentari u Ms Micallef kienet kandidata għall-Elezzjonijiet Generali f’isem il-partit preżenti fil-Gvern. Il-membri ta’ dan il-Bord jinħatru a bażi tal-mertu u l-kapaċitajiet personali tagħhom.

Dipartiment tal-manutenzjoni

Question

Minħabba li fil-fond indikat separatament ġew stallati twieqi ġodda, tista' il-Ministru ġentilment titlob lid-dipartiment tal-manutenzjoni biex jagħmlu x-xogħol ta' tikħil wara li tlesta dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed nassumi li l-bdil tat-twieqi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant sar mill-inkwilini. Jekk dan hu l-każ, ix-xogħol relatat li qed jintalab li jsir mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar hu wkoll responsabbilta’ ta’ l-inkwilini.

Dipartiment tat-tiswija u manutenzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk id-dipartiment tat-tiswija u manutenzjoni jistax jipprovdi xi forma ta' arranġament dwar tindif tal-komun fil-blokki ta' l-appartamenti tal-gvern meta jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn l-inkwilini?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma narax li r-raġuni msemmija mill-Onor. Interpellant hi waħda valida biex id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar jassumi r-responsabbiltajiet ta’ l-inkwilini kif qed jiġi suġġerit.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ tas-sinjura li tirċievi r-relief u li dan l-aħħar ġie mwaqqaf wara spezzjoni li għamlu fid-dar tagħha? Tista' din is-sinjura tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar invalidita'

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ dwar invalidita' tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' dan is-sinjur jiġi nfurmat bl-iżviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.