Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19239 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ajruport — Persuni Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena l-oħra u din is-sena ma tħallewx jidħlu Malta meta waslu fl-ajruport internazzjonali ta' Malta? Kemm minnhom huma Għarab, Afrikani, Ewropej u kemm minnhom kienu ġejjin mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar persuni li ma tħallewx jidħlu Malta meta waslu fl-ajruport Internazzjonali ta` Malta huwa kif ġej : Pajjiż 1999 2000* Għarab 1,329 1,504 Afrikani 101 51 Ewropa 133 117 Unjoni Ewropea 32 24 Oħrajn 156 74 Total 1,751 1,770 * Sal-31 ta` Awissu.
Leg 9 PQ #19229 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Mdina — Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' residenti fl-Imdina li għandhom permess għall-aċċess ta' parking? Kemm huwa n-numru ta' permessi tal-parking u tad-dħul ta' vetturi li tat il-pulizija illum fl-Imdina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma toħroġx permessi għal parkeġġ ta` vetturi ġewwa l-Imdina. Ir-Regolamenti ta` l-1988 dwar Restrizzjoni ta` dħul u passaġġ fl-Imdina ma japplikax għal vetturi liċenzjati f`isem residenti ta` l-Imdina. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi hemm 160 vettura li għandhom permess mill-Pulizija sabiex jidħlu ġewwa l-Imdina.
Leg 9 PQ #19230 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-policy ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq talbiet għall-estensjonijiet jew twessieħ ta' bini fl-Imdina nkluż il-bini storiku? Kemm ingħataw permessi għall-estensjonijiet u twessieħ ta' bibien, eċċ., fuq il-faċċata tal-bini matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, u kemm-il talba ġiet irrifjutata matul l-istess perijodu?

Response (BORG, TONIO)

Il-policies eżistenti ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fuq dawn it-tip ta` talbiet huma dawk indikati fil-Pjan ta` Struttura, u dawk aktar speċifiċi fid-Design Guidance - Development Control within Urban Conservation Areas, Part A. Ta` min wieħed isemmi ukoll l-attenzjoni li tingħata sabiex jiġi kkonservat l-iskyline ta` l-Imdina fir-rigward ta` żvilupp wieqaf. Kull applikazzjoni hija evaluata fuq il-merti tagħha partikolari, skond il-grad ta` skedar, u skond dak li jirriżulta mill-konsultazzjoni mal-Heritage Advisory Committee. Il-lista ta` permessi mitluba qed tiġi annessa ma` din ir-risposta. Jogħġbu l-Onorevoli Interpellant jinnota li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni ta` din ix-xorta li ġiet rifjutata matul dan il-perjodu.
Leg 9 PQ #19667 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistrar ta' l-Artijiet

Question

Minħabba li r-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 19517 mhijiex ċara biżżejjed jista' l-Ministru jgħid jekk permess ta' l-iskema ta' reġistrar ta' l-artijiet, art okkupata abbużivament, kenitx se tiġi regolarizzata?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19517, l-Iskema tal-Qbiela tagħti l-opportunita` lil dawk il-persuni li għal dawn l-aħħar sentejn kienu qed jokkupaw art tal-Gvern għal skop agrikolu bla ebda titolu u bla ma jħallsu ebda kera tagħha, sabiex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. L-Iskema tispeċifika wkoll li tibqa` biss fil-prerogattiva assoluta tal-Kummissarju tal-Artijiet jekk jagħtix jew le xi konċessjoni fuq l-art lill-applikant. Dan ovvjament wara li jkunu ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.
Leg 9 PQ #19499 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19064 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Xemxija — Opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk hux qed issir investigazzjoni dipartimentali għar-rigward ta' l-inċident tal-ħruġ taż-żewġ opri tal-baħar, f'San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija fejn seta' kellu inċident aktar gravi? X'kienu r-raġunijiet li ma kienx hemm kaptan fuqil-Galibardi sabiex jassisti mill-ewwel fuq l-inċident li kkawża nirien kbar fuq l-opri tal-baħar?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19062 f`Seduta 378.
Leg 9 PQ #19135 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Liġi kontra d-Dagħa

Question

Peress li fil-liġi kontra d-dagħa ta' l-1949 hemm stipulat li min jinsab ħati jista' jeħel piena ta' ħabs, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm persuni li nstabu ħatja li kissru din il-liġi u ntbagħtu l-ħabs b'riżultat ta' din il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19378 f`Seduta 377.
Leg 9 PQ #19062 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Galibardi

Question

Fir-rigward ta' l-inċident li nqala' dan l-aħħar, jirriżultax lill-Ministru li fuq il-Galibardi ma kienx hemm kaptan minħabba nuqqas ta' overtime? Jekk huwa l-każ, jista' l-Ministru jgħid x'inhija s-sitwazzjoni ta' ħaddiema oħra li għandhom gradi simili u ekwivalenti fil-funzjoni tax-xogħol tagħhom mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Peress li dan l-inċident seta' kellu perkussjonijiet aktar serji u traġiċi, jista' l-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tad-dipartiment sabiex jiġi evitat dan in-nuqqas amministrattiv?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm l-Onorevoli Interpellant m`huwiex qed jindika għal liema inċident qiegħed jirreferi, qiegħed nassumi illi qed issir riferenza għall-inċident li nqala` fit-8 ta` Settembru, 2000 f`San Pawl il-Baħar fejn inħarqu żewġ opri tal-baħar. Huwa minnu li fuq il-vapur Garibaldi ma jkunx hemm kaptan il-ħin kollu u dan mhux minħabba kwistjonijiet ta` overtime iżda minħabba li dan il-vapur jintuża biss f`emerġenzi li ma humiex daqshekk frekwenti. Fil-Protezzjoni Ċivili hemm kaptan li jkun dejjem stand-by u li jista` jasal fuq il-Garibaldi f`ħin qasir. Minħabba n-natura ristretta tax-xogħol tal-Garibaldi ma jitqiesx li huwa validu li jiġu mpjegati mill-inqas erba` kaptani oħra, speċjalment meta wieħed iqis illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu żewġ laneċ oħra, iżgħar u aktar manuverabbli li jitħaddmu mill-Armata fuq bażi ta`erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Fir-rigward tat-tieni domanda, din ma teħtieġx risposta billi m`huwiex il-każ ta` nuqqas ta` overtime. Billi jirriżulta li f`dan il-każ ma setatx tiġi mħaddma l-Garibaldi billi kienet tagħmel ħafna iktar ħsara milli ġid fiċ-ċirkostanzi u kien ikun għalhekk illi seta` jkun hemm riperkussjonijiet aktar serji u traġiċi, ma jirriżultax li kien hemm xi nuqqas amministrattiv f`dan l-inċident.
Leg 9 PQ #19112 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18315?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, il-Pulizija akkużat quddiem il-Qorti, 10 professjonisti, filwaqt li bejn l-1 ta` Jannar 2000 u d-19 ta` Settembru 2000 tressqu 19. Minn dawn kollha, 7 ma nstabux ħatja, filwaqt li l-każijiet l-oħra għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #19130 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Kordin — Faċilita' Korrettiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u eventwalment x'passi ittieħedu dwar rapporti fil-media li sar ittapjar tat-telephone fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid min kien involut f'dan il-każ u x'inhuma l-azzjonijiet dixxiplinarji li ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ir-regolament 59 tar-Regolamenti dwar il-Ħabs (1995) jipprovdi illi kull telefon fil-ħabs għandu jkun mgħammar b`apparat li jimmonitorja u jirrekordja konversazzjonijiet. Dana sabiex it-telefons li jiġu jew jistgħu jiġu użati mill-priġunieri jkunu moniterjati kif jipprovdi l-istess regolament. Skond l-istess regolament, "id-Direttur jista` jawtorizza s-smigħ intenzjonali ta` dawk il-konversazzjonijiet biex jissalvagwardja membru tal-pubbliku, jew is-sigurta` tal-ħabs jew biex jimpedixxi l-promozzjoni ta` xi attivita` illegali.
Leg 9 PQ #19133 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xufier ta' Supretendent

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le li fl-4 ta' Settembru 2000 xufier ta' supretendent (6PD) li dettalji tiegħu qiegħed nibgħat separatament għamel assalt sesswali waqt il-qadi ta' dmirijietu fuq segretarja ta' bank li d-dettalji tiegħu wkoll qiegħed nibgħat separatament? Jista' l-Ministru jikkonferma wkoll li uffiċjali tal-pulizija li d-dettalji tagħhom ukoll qed nibgħat separatament huma wkoll informati bil-każ? Jista' l-Ministru f'dan ir-rigward jgħid x'passi ittieħdu fuq dan il-każ u jekk saritx investigazzjoni nterna dwar l-istess każ? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu u x'irriżulta mill-investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-5 ta` Settembru 2000, l-Ispettur li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant kien irċieva informazzjoni mingħand persuna li riedet tibqa` anonima, li tfajla li taħdem ġewwa bank f`Tas-Sliema kienet stqarret ma` impjegat/a oħra li kienet ħassitha imbarazzata bl-atteġġjament ta` membru tal-Korp tal-Pulizija li kien detailed xogħol il-bank. Il-persuna li allegatament għamlet din l-istqarrija ġiet mitkellma mill-ispettur li rċieva l-informazzjoni, fejn stqarret li hija la qatt kienet ġiet attakata sesswalment u lanqas ma kellha xi lment x`tagħmel kontra xi membru tal-Korp tal-Pulizija. Fid-dawl ta` dan, ma jirriżultax li hemm lok għal aktar passi.
Leg 9 PQ #19416 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Konsulenzi -Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 18129 u Nru. 18616.
Leg 9 PQ #19462 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Paola — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu żgħażagħ mil-lokalita' ta' Paola fil-pussess ta' droga? Kemm hemm persuni mil-lokalita' ta' Paola li jinsabu fil-faċilita' Korrettiva ta' Kordin, f'liema sena daħlu u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena (sal-25 ta` Settembru) ma nqabdux żagħazagħ minn Raħal Ġdid li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fis-27 ta` Settembru 2000 fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kienu qegħdin jinżammu ħames (5) persuni li għandhom irreġistrat bħala Raħal Ġdid l-indirizz tagħhom. Sena li daħlu Reat 1998 Stupru u arrest ta` persuna illegalment 1996 Serq 1995 Serq Serq Serq Multa 1998 Attentat ta` qtil 1999 Serq u ksur ta` sentenza sospiża
Leg 9 PQ #19464 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Tarxien — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu żgħażagħ mil-lokalita' ta' Tarxien fil-pussess ta' droga? Kemm hemm persuni mil-lokalita' ta' Tarxien li jinsabu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, f'liema sena daħlu u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena (sal-25 ta` Settembru) il-Pulizija qabdet żewġ żagħżagħ li joqogħdu Ħal Tarxien li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi fis-27 ta` Settembru 2000 fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kienu qegħdin jinżammu sitt (6) persuni li għandhom irreġistrat bħala Tarxien l-indirizz tagħhom. Sena li daħlu Reat 2000 Pussess u traffikar ta` droga Multa Omiċidju Volontarju 2000 Omiċidju Volontarju 1999 Ġrieħi ta` natura gravi 1998 Pussess u traffikar ta` droga 2000 Pussess ta` droga 1997 Irċeva oġġetti misruqin
Leg 9 PQ #19546 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Xogħol fl-Iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmmx postijiet li qegħdin iservu ta' skola li huma skedati minħabba l-importanza storika/kulturali tagħhom? Jekk fl-affermattiv, liema huma u f'liema grad? L-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara li minn żmien għall-ieħor ma jsirx xogħol illegali fihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iskejjel skedati mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar huma dawk kif jidher hawn taħt. Id-database li għandha l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tiffoka fuq il-valur ta` wirt storiku fuq il-bini: Site G.N. No. G.N. Date Degree Government School, Triq Depiro, Sliema 700/95 11/10/95 2 Alcazar School of Beauty, Rudolph Street, Sliema 700/95 11/10/95 2 Institute of Tourism Studies School, St. George`s Bay 755/95 12/05/95 2 School, Triq l-Iskola, Tarxien 199/96 26/03/96 2 Pembroke Fort, Pembroke 583/96 06/09/96 1 Victoria Pub (Part of St. Michael School) 583/96 06/09/96 1 Sprach Café`, Pembroke 583/96 06/09/96 1 Italian School, Pembroke 583/96 06/09/96 1 M`hemmx proċedura stabbilita dwar spezzjonijiet regolari ta` bini skedat, inkluż dawk imsemmija fil-lista. Jirriżulta, iżda, li ma sar l-ebda intervent fl-iskejjel indikati.
Leg 9 PQ #19547 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Xogħol fl-Iskejjel

Question

Tista' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tgħid kemm kellha applikazzjonijiet din is-sena biex isir xogħol ta' tibdil fl-istruttura, twaqqigħ, estensjoni ta' bini minn skejjel ta' l-istat, tal-knisja u dawk indipendenti? Meta u minn min saret kull applikazzjoni u għal-liema xogħol? Dan ix-xogħol ġie approvat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19549 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar

Question

1) Matul din is-sena kemm-il post twaqqa' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? 2) Kemm matul l-istess żmien l-istess awtorita' aċċettat li tirrevedi il-pożizzjoni tagħha u taċċetta dak li qabel kien jitqies bħala illegali? 3) F'kull każ jista' l-Ministru jagħti l-lokalita' u n-natura tal-bini? 4) Mindu twaqqfet l-awtorita' kemm kien hemm każi ta' twaqqigħ ta' lukandi, estensjoni ta' lukandi, blokki ta' appartamenti, eċċ., għaliex instabu li ma kenux inbnew skond dak approvat mill-awtorita'? 5) Fil-każ ta' (2) x'kienet ir-raġuni tar-reviżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej : - 1. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħadet 33 azzjoni diretta. 23 minnhom kienu twaqqiegħ ta` postijiet (djar, kmamar u/jew garages). 2. L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-illegalitajiet jiġu rriveduti bil-ħruġ tal-permessi neċessarji. 3. L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 4. M`hu rrekordjat l-ebda każ ta` twaqqiegħ mill-Awtorita` ta` din ix-xorta. 5. L-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18916 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Rabat - Għar Barka

Question

B'riferenza għal konvenji li saru bejn ir-residenti ta' Għar Barka u l-Awtorita' tad-Djar u l-fatt li l-akkwist ta' l-art irid jiġi finalizzat bejn id-dipartiment ta' l-artijiet u l-awtoritajiet eklesjastiċi, jista' l-Ministru jinfurmani x'sar mid-dipartiment ta' l-artijiet matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena, sabiex jiġi rimedjat dan il-bżonn urġenti ta' dawn il-180 familja li jgħixu fir-Rabat, Malta? Ma jħossx il-Ministru li wasal il-mument fejn bla aktar telf ta' żmien jintlaħqu l-arranġamenti fuq l-imsemmija konvenji li saru fis-snin '80?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin sar ħafna xogħol fuq l-akkwisti ta` l-artijiet in kwistjoni li flimkien jiffurmaw il-Housing Estate ta` Għar Barka, Rabat, Malta. Ix-xogħol wasal fl-aħħar stadju, fejn wara li l-Knisja tibgħat l-informazzjoni neċessarja sabiex l-Uffiċċju Konġunt ikun jista` jirreġistra l-artijiet imsemmija fir-Reġistru ta` l-Artijiet skond kif rikjest mill-Liġi, ikun jista` jsir l-akkwist ta` l-art mill-Gvern.
Leg 9 PQ #19360 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' karozzi għandhom il-Pulizija? Ta' liema kumpannija nxtraw? Meta nxtraw? Kemm kien l-prezz tagħhom? Kien hemm karozzi li ngħataw b'donazzjoni lill-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti dawn it-tweġibiet mis-sena 1990?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar donazzjonijiet ta` karozzi lill-Korp tal-Pulizija, ninsab infurmat li karozza waħda u żewġ karozzi oħra ġew mogħtija fl-1993 u fl-1994 mill-Ġermanja, filwaqt li fl-1997 ingħataw għaxar karozzi mill-Kumpanija li timporta d-Daewoo.
Leg 9 PQ #19378 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Persuni fuq dagħa

Question

Fl-aħħar għaxar snin kemm kien hemm każi fejn persuni weħlu l-ħabs għax instabu ħatja ta' dagħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-aħħar għaxar snin ma kien hemm l-ebda persuna li weħħlet piena ta` ħabs speċifikament fuq akkuża ta` dagħa biss. Mhux eskluża l-possibilita` li diversi sentenzi jkunu jkopru fihom anke piena dwar dagħa flimkien ma` piena għal akkużi oħra.