Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-għalliema tal-beginners course fil-kompjuter li qed jingħata fl-iskola tal-gvern Verdala is-Sibt fil-għodu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kwalifiċi taż-żewg Trainers li qed joffru korsijiet għal nies mill-komunita' li jixtiequ jiffamiljarizzaw rwiehom mal-kompjuters għandhom dawn il-kwalifiċi:
a.Trainer tal-kors dwar X'Inhu Kompjuter: (a) Certification STMicroelectronics FACILITATION SKILLS; EFFECTIVE WRITTEN COMMUNICATION ONLINE; (b) Learning Institute Certificate of Accomplishment EFFECTIVE PRESENTATION SKILLS; MS WORD; MICROSOFT TOOLS POWERPOINT; MSOFFICE EXCEL; (c) London Chamber of Commerce and Industry TYPEWRITING (DISTINCTION); THIRD LEVEL TYPEWRITING; (D) Computer Business Certificate in WORD PROCESSING; SPREADSHEET; DATABASE.
b. Trainer tal-kors għal beginners (Basic Computer Skills): (a) MCAST: ECDL; (2) MATSEC: Information Technology; (3) London Chamber of Commerce and Industry: TEXT PRODUCTION 1st, 2nd and 3rd levels; (4) The Computer Training Course Ltd.: BASIC PROGRAMMING; (5) 2nd Year B.A. Hons Youth & Community Studies; ETC.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għandhomx teaching practice l-għalliema li qed jagħtu l-ewwel parti tal-course ta' l-ECDL?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema li jgħallmu l-ECDL fid-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni huma kollha għalliema bil-warrant u bi kwalifiki għolja fil-qasam tal-ICT.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-istitut għall-istudji turistiċi peress li donnu jinsab fil-limbu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-ewwelnett l-Istitut għall-Studji Turistiċi qed jopera b'mod normali il-korsijiet tiegħu għal mijiet ta' studenti. Numru minn dawn l-istudenti jiksbu kwalifiki rikonoxxuti mill-Universita' u jkomplu l-istudji tagħhom f'korsijiet ta' Degree fl-Universita'.
Il-futur ta' dan l-Istitut hu wieħed mill-oqsma li l-kummissjoni għal Edukazzjoni Ogħla ser tevalwa flimkien ma' dawk kollha involuti, b'mod partikolari dawk li jmexxu l-industrija tat-turiżmu. Ikun fid-dawl ta' din l-evalwazzjoni li l-Gvern jista' jingħata pariri bl-iskop li tissaħħaħ l-istruttura u l-kwalita' ta' l-Istitut għall-Studji Turistiċi li hu ta' importanza nazzjonali u li qed jagħti riżultati tajbin frott ta' l-impenn u d-dedikazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija u l-għalliema u l-ħaddiema tiegħu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użati mill-membri ta' l-istaff tiegħu, minn min qed jintużaw, min awtorizza tali użu u kemm huwa s-ceiling għal kull mobile phone?
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Petrol allowance
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih: Is-segretarju permanenti; id-diretturi ġenerali; id-diretturi; l-assistenti personali tiegħu; u s-segretarju tiegħu?
Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-snin 2004 u 2005?
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati settijiet tal-mobile phones bħala mitlufa , misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ebda mobile phone ma ġie rappurtat mitluf jew misruq.
Informat ukoll li l-mobile phones li ġew ritornati bil-ħsara jew għaliex ma kienx hemm aktar bżonnhom huma dawn :-
Għamla (Lm) - (Il-valur oriġinali ta' meta nxtraw xi 3/4 snin ilu)
Siemens 180
Siemens 180
Philipps 160
Philipps 160
Alcatel 80
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-2003 inxtara mobile wieħed Nokia 6610 li kien jiswa Lm180. Fl-2004 ma nxtraw l-ebda mobile phones filwaqt li nxtraw żewġ mobile phones fl-2005, li kienu Nokia 6220 li jiswa Lm60 u Samsung X640 li jiswa Lm85.
Informat ukoll li ħadd mis-Segretarjat Privat ma xtara aktar minn mobile phone wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala Ministru u s-second car humiex government owned jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont, inkluż il-VAT, li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' government owned cars, jista' jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament? F'każ affermattiv, kemm inkriet kuljum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li karozza uffiċjali hija mikrija bir-rata ta' Lm11.50ċ kuljum. It-tieni karozza hija tal-Gvern.
Informat ukoll li l-ispiża għall-manutenzjoni/tiswijiet fuq it-tieni karozza, kienet ta' Lm270.23ċ, fl-2004 u Lm290.53ċ, fl-2005. Fil-perjodu msemmi, ma nkriet l-ebda karozza oħra temporanjament.
Jista' il-Ministru jara x'jista' isir sabiex studenta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tinsab fl-iskola primarja tas-Siġġiewi tingħata l-għajnuna li għandha bżonn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din l-istudenta diġa tingħata attenzjoni speċjali kuljum ta' Complimentary Teacher u li l-proċess ta' statementing għadu għaddej.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser ikunu lesti, u allura jistgħu jintużaw, il-home economic/food lab ta' l-iskola sekondarja tal-bniet Adelaide Cini fil-Ħamrun?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola msemmija hemm żewġ food laboratories li huma lesti diġa u jistgħu jintużaw.
Jista' il-Ministru jgħid meta l-iskola sekondarja tal-bniet Adelaide Cini fil-Ħamrun ser ikollha s-servizz ta' l-internet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru arranġamenti bejn il-MITTS u l-FTS biex isir ċaqlieq ta' laboratorju tal-Computers. Ix-xogħol issa huwa kollu lest u din il-ġimgħa żewġ timijiet tal-MITTS se jagħmlu configuration tan-Network u s-Server biex l-istudenti ikollhom is-servizz ta' l-Internet.
Jista' il-Ministru jgħid min jagħmel użu minn karozza li għandha n-numru EAK554 u għalxiex tintuża?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-karozza tintuża fit-transport pool tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li bħalissa qiegħda f'idejn l-Education Assessment Unit, tissostitwixxi Skoda GVN 127, li qiegħda għat-tiswija.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16585 u jgħid: Wara li l-Ministru f’diskors li għamel fil-jiem li għaddew qal li ntnefqu ma' l-Lm400,000 f’xogħlijiet fil-pixxina nazzjonali, jista’ ġentilment jagħti breakdown f’liema xogħlijiet intnefqu u kemm giet tiswa kull biċċa xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li jinħtieġ aktar żmien biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar parti mill-art li kienet parti mill-iskola primarja Biċe Vassallo ta' Pembroke li nbena ħajt ġo fiha sabiex allegatament din l-art tintuża minn club sportiv privat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-art inkwestjoni għadha parti mill-iskola msemmija u terzi persuni interessati fiha ġew informati li f'dan l-istadju m'għandhomx jużawha. Il-materja kollha hija taħt konsiderazzjoni tal-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tobba u dentisti li jservu speċifikament fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Dawn jaraw ukoll tfal fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.