Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imsida – proġetti ta’ tisbiħ/manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità tal-Imsida (inkluż is-Swatar) bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x- xogħolijiet li saru fil-lokalita’ tal-Imsida mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t- 18 ta’ Ottubru 2015 huma: Triq il-Wied- road maintenance; Triq M.A. Vassalli - road maintenance; Triq il- Harrub- road maintenance; Tal- Qroqq, Aquatic Centre- kostruzjoni minuri; Msida, Xatt ta’ l- Imsida- road maintenance u tiswija ta’ promenade bollards. Barra minn hekk, apparti numru ta' xogħlijiet żgħar, Tranpsort Malta wettqet dawn ix-xogħlijiet fil-lokalita’ msemmija: - Msida / Pieta’ Bus Priority Lane - Refreshing ta’ line markings Triq M.A. Vassalli Msida - Refreshing ta’ line markings fil-junction li twassal għall-isptar Mater Dei min- naħa tal-Emerġenza - Bdil u nstallazzjoni ta’ sinjali tat-traffiku, Triq Reġjonali Msida - Major patching Triq M.A. Vassalli Msida

Is-Swieqi – proġetti ta’ tisbiħ/manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità tas-Swieqi (inkluż il-Madliena u l-Ibraġġ) bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x xogħolijiet ta’ manutenzjoni mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul il-perijodu msemmi jinkludu numru ta’ xogħolijiet fuq il-bini tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi kif ukoll ristrutturazzjoni ta’ ħajt fi Triq Sant Andrija, Swieqi. Barra minn hekk Tranpsort Malta wettqet dawn ix-xogħlijiet fil-lokalita’ msemmija: - Kostruzzjoni u surfacing ta’ p/o minn Triq il-Ħabba / Triq l-Iskud, Swieqi - Kostruzzjoni u surfacing ta’ Triq l-Istasija u Triq Menville, Swieqi - Kostruzzjoni u surfacing ta’ Triq it-Talja, Swieqi - Modifikazzjoni t’alinjament ta’ footpath u nstallazzjoni ta’ crash barriers fi Triq Sant' Andrija k/m Triq Villa Rosa, Swieqi - Kostruzzjoni u surfacing ta’ p/o minn Triq il-Qasam, Swieqi - Kostruzzjoni u surfacing ta’ p/o minn Triq il-Ġiebja, Swieqi

Ta’ Xbiex – proġetti ta’ tisbiħ/manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-lokalita’ ta’ Ta’ Xbiex bejn l- 1 ta Marzu 2014 u t- 18 ta’ Ottubru 2015 huma: Bankina ħdejn il- Youth Club; Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq funtana f’Ta’ Xbiex Waterfront. Barra minn hekk Tranpsort Malta wettqet dawn ix-xogħlijiet fil-lokalita’ msemmija: - Kostruzzjoni u surfacing ta’ p/o minn Triq Antonio Nani, Ta’ Xbiex

Il-Għargħur – proġetti ta’ tisbiħ/manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti ta’ tisbiħ u/jew manutenzjoni saru fil-lokalità tal-Għargħur bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-18 ta’ Ottubru 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fil-lokalita’ tal-Għargħur matul il-perjodu msemmi jinkludu xogħlijiet ta’ ristrutturazzjoni fuq ħajt mġarraf taħt Triq il-Ġnien kif ukoll skavar ta’ wieħed u tletin ħofra bi preparazzjoni għall-installazzjoni ta’ l-arbli tal-festa fi Triq Għaxqet l-Għajn.

CHOGM – Traffic Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ traffic plan għandu lest għall-attivitajiet li se jkun hawn matul iċ-CHOGM? Jista’ jikkonferma li, in vista tal-inkonvenjent li diġà qed jinħoloq minħabba n-numru ta’ toroq li hemm maqlugħin ġewwa San Ġwann u li issa ilhom maqlugħin għal numru ta’ xhur, ir-residenti ta’ San Ġwann mhux se jkunu affettwati minn xi diversions jew pjanijiet oħra għat-traffiku li se jsiru minħabba ċ-CHOGM?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Transport Malta mhix l-entita’ responsabbli mill-organizazzjoni u l-loġistika tac-CHOGM.

San Ġwann – Triq in-Naxxar, Triq San Mikiel u Triq San Pawl — xogħlijiet

Question

Jaħseb il-Ministru li hu prudenti li r-residenti ta’ Triq in-Naxxar, Triq San Mikiel u Triq San Pawl f’San Ġwann jirċievu notifikazzjoni jumejn biss qabel jibda x-xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek fit-toroq imsemmija, liema ittra li rċevew tgħid “Due to these works, you will not have access to your premises”? Jista’ jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jittaffa dan l-inkonvenjent?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittri li qed tirreferi għalihom ma ntbagħtux minn Transport Malta u lanqas ma ntbagħtu minn terzi fuq struzzjonijiet tal-istess Awtorita’. It-toroq imsemmija ma ġewx magħluqa kompletament għat-traffiku u x-xogħlijiet issa tlestew.

Ajruplani tal-Gwerra – spazju ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk irriżultalhiex lill-Transport Malta li fil-jiem bejn it-Tlieta, 20 ta’ Ottubru u l-Ħamis, 22 ta’ Ottubru għaddew xi ajruplani tal-gwerra mill-ispazju tal-ajru ta’ Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’hiex l-entita’ responsabbli fuq dan is-suġġett. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

12-il distrett — proġetti ta’ restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta' restawr li qed iwettaq il-Ministeru fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Malta Public Transport – rotta f’Għajnsielem

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fid-diskussjonijiet mal-Malta Public Transport jara li jkun hemm rotta li tgħaddi minn Triq il-Ħamri f’Għajnsielem, peress li minn din l-area ta’ Għajnsielem ma tgħaddi l-ebda karozza tal-linja u f’din l-area hemm ammont ta’ nies joqogħdu fosthom ħafna anzjani?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment. Nixtieq infakkar ukoll li it-tfassil tar-rotot il-ġodda li ġew implimentati f’Ġunju ta’ din is-sena ġewwa Għawdex saru wara konsultazzjoni kemm mal-Kunsilli Lokali kif ukoll mal-pubbliku.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Technical Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih jien responsabbli huwa kif ġej; Assistant Technical Officer 33 Principal Technical Officer 31 Senior Technical Officer 45 Technical Officer 39

Ħal Qormi — Triq u Sqaqien ta' Dun Marju - problema ta' għargħar

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19767 rigward il-problema tal-għargħar fi Triq Dun Marju f’Ħal Qormi, fejn il-Ministru wieġeb li ‘l-problema tal-għargħar fi Triq Dun Marju diġà ġiet identifikata u se jsiru culverts biex jinġabar l-ilma tax-xita minn fejn Triq Dun Marju tiltaqa’ ma Triq San Ġorġ sa Triq il-Wied’, jista’ l-Ministru jara li terġa’ tiġi analizzata l-problema sabiex il-culverts jibdew minn Sqaq Numru 2 għaliex il-proposta eżistenti mhux se tkun qed isolvi l-problema tar-residenti ta’ dan l-isqaq u l-madwar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura ser jerġa’ janaliżża s-sitwazzjoni tal-ilma tax-xita fit-triq u sqaqien msemmija u jaghmel rapport b'rakkomandazjonijiet.

Triq tal-Marsa ħdejn ix-Shipbuilding – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibdew ix-xogħolijiet fit-triq tal-Marsa ħdejn ix-Shipbuilding u minn fejn ser jiġu l-fondi?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika jekk huwiex qed jirreferi għax-xogħlijiet ppjanati għall-Junction tal-Marsa.

Ħruġ ta’ liċenzji ta’ baħħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ta’ baħħara ġodda fis-sena 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015 u sal-aħħar t’Ottubru nħarġu dawn il-liċenzji ta’ baħħara ġodda: Liċenzji Ġodda - 879 Liċenzji Mġedda - 515 Ħruġ ta’ Liċenzji Mitlufa - 95

Liċenzji ġodda tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda tas-sewqan fis-sena 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li din is-sena, inħarġu 4,262 liċenza ġdida tas-sewqan. Dan l-ammont ikopri ix-xhur ta’ bejn Jannar u Ottubru 2015.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17744, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-mistoqsija oriġinali sal-lum u jelenka l-f’liema entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba għall-Mistoqsija Parlamentari 17744.

San Ġwann – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità ta’ San Ġwann (inkluż il-Kappara) li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha ppjanat dawn ix-xogħlijiet ġewwa San Ġwann / Kappara: Lokalita' Triq Tip ta' Xogħol Bidu Tmiem San Gwann Road Works in connection with KJP Diversion Routes in Triq G. Briffa and Triq il-Plejju, San Ġwann Resurfacing Q1 2016 Q1 2016 San Gwann Road Works in connection with KJP Diversion Routes in Triq l-Istefanotis, San Ġwann Resurfacing Q1 2016 Q1 2016 San Gwann Road Works in connection with KJP Diversion Routes in Triq R. Caruana Dingli, San Ġwann Resurfacing Q4 2015 Q1 2016 San Gwann Road Works in connection with KJP Diversion Routes in Triq Birkirkara, San Ġwann Resurfacing Q1 2016 Q1 2016

L-Imsida – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità tal-Imsida (inkluż is-Swatar) li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha ppjanat xogħol ta’ kostruzzjoni u formazzjoni ta’ parti Triq il-Ħarrub ġewwa l-Imsida. Dan ix-xogħol mistenni jibda u jitlesta fit-tieni kwart tas-sena d-dieħla.

Ta’ Xbiex – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha ppjanat xogħol ta’ kostruzzjoni u asfaltar ta’ Triq l-Imradd u parti minn Triq Nani ġewwa l-lokalita’ ta’ Ta’ Xbiex. It-tender għal dawn ix-xogħlijiet ġie ppublikat u evalwat u se jkun appuntat offerent preferut. Skont il-programm li Transport Malta għandha bħalissa, jidher illi dawn ix-xogħlijiet se jinbdew u jitlestew bejn April u Ġunju tas-sena d-dieħla madanakollu d-dettalji u l-programm finali għadhom iridu jiġu stabbiliti mal-istess offerent preferut.

Is-Swieqi – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità tas-Swieqi (inkluż il-Madliena u l-Ibraġġ) li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha ppjanat xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Triq il-Majjistral ġewwa s-Swieqi, liema xogħol mistenni jibda fl-ewwel kwart tas-sena 2016, u jitlesta fit-tieni kwart tal-istess sena.

Il-Għargħur – tenders għal xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-lokalità tal-Għargħur li diġà ħarġu t-tenders biex isir xi xogħol fuqhom, iżda x-xogħol għadu ma bediex? Jista’ jgħid x’tip ta’ xogħol se jsir fuqhom? F’kull każ, jekk ix-xogħol fuq dawn it-toroq għadu ma nbediex, meta hu mistenni li jinbeda, u meta hu mistenni li jitlesta kollu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta m’għandha l-ebda tenders maħruġa għal xogħlijiet f’din il-lokalita’.