Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30435 Sitting 480 2017-02-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

IM&T – IT Strategy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-IT strategy li kellha ssir mill-Information Management and Technology Unit (IM&T unit) saritx jew le?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Information Management Unit tinsab fi stadju avvanzat fit-tħejjija tal- Health Digital Strategy.
Leg 12 PQ #30425 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU – kawża kontra l-kuntrattur li ħadem it-tapit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)/il-Gvern għandux kawża l-Qorti kontra l-kuntrattur li ħadem it-tapit li tpoġġa fil-bini tas-CPSU?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CPSU intavolat ittra uffiċċjali fil-qrati kontra l-perit u l-kuntratturi nvoluti u qegħda fil-proċess li tiftaħ kawża legali kontra l-kuntrattur.
Leg 12 PQ #30426 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU – problema bis-sistema tal-ixkaffar

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm problema bis-sistema tal-ixkaffar fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li kienet innotata xi ħsara fl-ixkaffar fl-istore tas-CPSU sar e¿erċizzju komplut ta’ spezzjonijiet tal-ixkaffar kollu u bdew jittieħdu passi sabiex jiġu ndirizzati l-problemi identifikati.
Leg 12 PQ #30427 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

IT Audit Mater Dei Hospital – rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Mejju 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x'azzjoni ttieħdet fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali fir-rapport IT Audit Mater Dei Hospital?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttiehdu diversi azzjonijiet fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Generali fir-Rapport fosthom: -L-Isptar ħa passi sabiex is-software applications jsiru izjed robusti u biex jakkomodaw għall-ħtiġijiet tas-servizz. Fost dawn l-applications hemm l-Electronic Case Summary, ir-Referral Ticketing System u DCU Helpline. Ittieħdu passi wkoll biex is-source code u t-technical manuals jinżammu f’post sikur f’MDH. -B’referenza għas-CPAS, sar Escrow Agreement fejn is-source code tiġi aġġornata regolarment u tinżamm f’secure location barra minn MDH. -MDH flimkien mall-Ministeru ħadet inizzjattiva biex jiżdiedu l-impjegati f’dan id-Dipartiment. Sal-llum il-ġurnata żdiedu 6 ICT Support Officers ġodda u ICT Officer. Għal din is-sena MDH talab li jissaħħaħ it-tim ta’ systems administrators biex ikun hemm iżjed nies jissaportjaw is-sistemi u biex tonqos id-dipendenza fuq persuna waħda. -Rigward il-proġett ta’ scanning, MDH għamel studju kif il-Medical Records jistgħu jiġu ikkuppjati. Id-deċiżjoni kienet li jintgħażlu dokumenti speċifiċi bħal l-A&E sheets u jsir proġett pilota biex tiġi ddeterminata jekk il-professjonisti ta MDH jibbenfikawx minnu. Dan il-proġett ghadu ghaddej pero il-feedback inizjali hu pożittiv. -Fuq ir-rakomandazzjoni biex il-Hard discs ikunu wiped din hija proċedura li tniedet mill-ewwel. - Fuq l-e-training, MDH xtarta l-apparat mehtieg u qed jahdem biex jimplimenta l-ewwel fazi izjed tard din is-sena. -Fuq l-Access Dimensions MDH flimkien mal-Ministeru beda l-passi biex din is-sistema timxi fuq il-Health stack sa nofs din is-sena. -Fuq l-Patient Adminstration System l-antik, beda l-proċess ta’ decomissioning billi tnehhew l-accessi kollha u qed jigi diskuss l-extraction tal-informazzjoni. -Fuq il-patient dempographics ittiehdu passi biex jiffacilita il-process biex dan isir minn fuq is-CPAS b’mod izjed standardised u tniediet kampanja biex dan isir b’moghod regolari mill-haddiema ta’ MDH. -li jkun hemm audit trail fid-Dakar- u din gie implimentata. Ghaldaqstant dan il-process ghadu ghaddej.
Leg 12 PQ #30428 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-IT — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-IT Department tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment tal-IT fl-isptar Mater Dei jagħmel parti mid-Direttorat tal- Health Informatics. F’dan id-dipartiment hemm 29 impjegat.
Leg 12 PQ #30429 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – IT Consultants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm IT Consultants fl-Isptar Mater Dei? Kemm minnhom huma external?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-isptar Mater Dei ma jimpjegax konsulenti tal-informatika.
Leg 12 PQ #30430 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-IT — organigram

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigram tad-Dipartiment tal-IT fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid kemm hemm vacancies f'dan id-dipartiment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-organigram tad-Dipartiment tal-IT fl-Isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #30559 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Każ rigward appuntament – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward appuntament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #30753 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, Vote XII Capital Item 7215 — Gozo (Construction works and equipment at the Gozo General Hospital

Question

B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, Vote XII Capital Item 7215 - Gozo (Construction works and equipment at the Gozo General Hospital ) fejn kienu ġew ivvutati miljun ewro, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-finanzi ġewx użati kollha? Jista' jgħid fuq liema xogħlijiet jew apparat intefqu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-figura li qed jagħmel referenza għaliha hu, hija mill-estimi approvati tal-2015 u mhux tal-2016.
Leg 12 PQ #30777 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech –pagi ta’ Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi (allowances, overtime, National Insurance Contribution) fl-Isptar Karin Grech għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena tan-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi fl-Isptar ta’ Karen Grech bejn l-2013 u l-2016 kienet €8,825,610.50.
Leg 12 PQ #30778 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

ART Clinic – ammont minfuq

Question

B’referenza għar-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 30380 u 28883, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tammonta l-ispiża tal-laboratorju għat-testijiet tad-demm, il-ħlas lill-ispeċjalisti li jieħdu sehem fil-proċess u spejjeż relatati ma’ outpatient visits għall-proċeduri li jsiru fl-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 l-istima tal-ispejjeż tat-testijiet relatati li jsiru fil-laboratorju tal-isptar Mater Dei b’konnessjoni mal-proċess tal-IVF kienet ta €36,324,41, l-istima ta’ ħlas għal konsulenti u speċjalisti li jieħdu sehem f’dan il-proċess kienet €42,030.70 u l-istima ta’ spejjeż oħrajn li jinkludu dawk tal-outpatient visits kienet ta’ €274,886.90.
Leg 12 PQ #30419 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Council for the Professions Complementary to Medicine – laqgħat

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30002, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda ta' dawn iż-żewġ laqgħat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċeduri ta’ dan il-kunsill huma kunfidenzjali, kif imsemmi fil-Leġislazzjoni Sussidjarja tal-2006, 464.10, preċiżament artiklu 37, li nikkwota “Il-provedimenti kollha tal-Kunsill u tas-sottokumitati tiegħu għandhom jitqiesu li huma kunfidenzjali."
Leg 12 PQ #30420 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Mistiedna marbuta mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea — lukandi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30001, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li qed tirreferi għall-ispezzjonijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lukandi fejn il-mistiedna marbuta mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea kienu u ser ikomplu jkunu spezzjonati b’mod regolari skont il-ħtieġa. Dawn l-ispezzjonijiet saru: Hotel Kempinski, Corinthia Palace, Corinthia San Gorg, dB San Antonio, Grand Hotel Excelsior, Hilton, Intercontinental, Le Meridien, Radisson Blue Resorts, The Palace, The Victoria Hotel, Westin Dragonara u il-Fortina.
Leg 12 PQ #30421 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali – Spezzjonijiet fuq is-siti marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — spezzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30000, jista' l-Ministru jgħid meta bdew dawn l-ispezzjonijiet u jekk tlestew, meta tlestew?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet f’siti marbutin mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ilhom isiru minn Diċembru tal-2016 u ser ikomplu jsiru tul dawn ix-xhur li ġejjin.
Leg 12 PQ #30422 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU — audit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-audit li sar fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) u li sar bejn is-16 u l-24 ta' Jannar 2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern ma ħallas xejn għall-audit imsemmi minnha.
Leg 12 PQ #30423 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU – audit – problemi fis-sistemi tal-IT

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li meta sar l-audit tas-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) f'Jannar 2017, kien hemm problemi kbar bis-sistemi tal-IT?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-audit imsemmi minnha sar preċiżament sabiex jikxef problemi potezjali fis-sistema l-ġdida ta' stock management li qed tiġi nstallata mis-CPSU. Fil-fatt l-audit sar mill-iżviluppatur stess sabiex jittieħdu passi korrettivi jekk ikun hemm il-bżonn.
Leg 12 PQ #30424 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

CPSU – audit – kumpanija tal-awditjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-kumpanija tal-awditjar li tqabbdet tagħmel l-audit fis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) f'Jannar 2017? Kien hemm sejħa pubblika għal dan l-audit jew dan ix-xogħol sar permezz ta' direct order?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-audit imsemmi minnha sar mill-iżviluppatur stess.
Leg 12 PQ #30520 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq il-Konverzjoni – sors ta’ ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu s-sors ta’ ilma li qed jinżel minn żmien għall-ieħor minn Triq il-Konverzjoni, (Conversion Str.), f’San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar x'passi se jieħu, jew ħa, biex dan l-ilma ma jibqax joħroġ fit-toroq ta' dawn l-inħawi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva lment fl-1 ta’ Frar, 2017 u saret spezzjoni mill-uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fit-2 ta’ Frar. Waqt l-ispezzjoni ma ġiex innutat ħruġ ta’ ilma u għal din ir-raġuni ma kienx possibbli li jittieħed kampjun iżda kien evidenti li fluss ta’ ilma kien seħħ peress li t-triq kienet imxarrba. Ninfurmah ukoll illi qed issir investigazzjoni neċessarja sabiex jinstab/jinstabu s-sidien ta’ żewġ katusi tal-ilma tax-xita li ġew indikati waqt din l-ispezzjoni u kif ukoll is-sors tal-ilma sabiex ikun jista jiġi eliminat kull inkonvenjent mill-aktar fis possibbli.
Leg 12 PQ #30536 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Parir fuq pilloli – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq parir fuq pilloli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Leg 12 PQ #30539 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-hipbone – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward operazzjoni tal-hipbone?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.